02013D0328 — MT — 01.01.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għal ċerti speċijiet demersali u pelaġiċi fl-Ilmijiet tal-Unjoni l-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (ĠU L 175 27.6.2013, p. 61) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/10 tal-5 ta' Jannar 2017 |
L 3 |
34 |
6.1.2017 |
|
ID-DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Ġunju 2013
li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għal ċerti speċijiet demersali u pelaġiċi fl-Ilmijiet tal-Unjoni l-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES.
(2013/328/UE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm uniku speċifiku ta' kontroll u spezzjoni applikabbli għas-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw, il-lingwata, il-barbun tat-tbajja' fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIIa u IV, u ċertu sajd li jisfrutta l-kavalli, l-aringa, is-sawrell, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċa kaħla; Is-sallura tar-ramel, u l-merluzz tan-Norveġja; il-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu, il-pollakkju iswed, l-awwista tan-Norveġja, il-lingwata komuni, il-barbun tat-tbajja', il-merluzz, il-gamblu tat-Tramuntana, fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIIa u IV u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni tal-ICES Iia (“Iż-żoni konċernati”).
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkopri, b’mod partikolari, l-attivitajiet li ġejjin:
(a) l-attivitajiet tas-sajd skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fiż-żoni konċernati, u
(b) l-attivitajiet relatati mas-sajd, inklużi l-użin, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd,
1a. Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni japplika għal:
(a) is-sajd definit fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 ( 1 );
(b) is-sajd definit fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 ( 2 );
(c) il-ħażniet koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 1342/2008 u (KE) Nru 676/2007.
2. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2018.
3. Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiġi implimentat mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, minn Franza, mill-Irlanda, mill-Pajjiżi l-Baxxi, mill-Isvezja u mir-Renju Unit (minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Istati Membri konċernati”).
KAPITOLU II
OBJETTIVI, PRIJORITAJIET, PROĊEDURI U PUNTI TA’ RIFERIMENT
Artikolu 3
Objettivi
1. Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għandu jiżgura l-implimentazzjoni uniformi u effettiva tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1a).
2. L-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mwettqa skont dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandhom, b’mod partikolari, jimmiraw li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u kwalunkwe kundizzjoni speċifika assoċjata magħha, inkluż il-monitoraġġ tal-utilizzazzjoni tal-kwota u tar-reġim tal-isforz fiż-żoni konċernati;
(b) l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw għall-attivitajiet tas-sajd, b’mod partikolari l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata;
(c) l-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha ta' speċi li huma soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), u l-miżuri biex jitnaqqas ir-rimi tal-ħut previst fit-Titolu IIIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 ( 4 ).
Artikolu 4
Prijoritajiet
1. L-Istati Membri konċernati għandhom iwettqu attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd u ta’ attivitajiet relatati mas-sajd minn operaturi oħra fuq il-bażi tal-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, f’konformità mal-Artikolu 4(18) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 98 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
2. Kull bastiment tas-sajd, grupp ta' bastimenti tas-sajd, kategorija tal-irkaptu tas-sajd, operatur, u/jew attività relatata mas-sajd, għal kull stokk imsemmi fl-Artikolu 2(1a), għandu jkun soġġett għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell ta' prijorità attribwita skont il-paragrafu 3.
3. Kull Stat Membru konċernat għandu jattribwixxi l-livell ta’ prijorità fuq il-bażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 5.
Artikolu 5
Il-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw ir-riskji fir-rigward tal-istokkijiet u ż-żona/i elenkati fl-Artikolu 1 skont il-metodoloġija stabbilita b'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA).
2. Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi li l-Istat Membru kkonċernat:
(a) jikkunsidra, abbażi tal-esperjenza tal-passat u bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli u rilevanti, sa fejn huwa probabbli li jseħħ nuqqas ta' konformità kif ukoll, li kieku dan kellu jiġri, il-konsegwenza(i) potenzjali;
(b) jistabbilixxi l-livell ta' riskju — skont is-sajd u l-istokkijiet, iż-żona koperta, iż-żmien tas-sena — abbażi tal-okkorrenza (frekwenti, medja, rari, mhux) u l-konsegwenzi potenzjali (serji, sinifikanti, aċċettabbli jew marġinali). Il-livell ta' riskju stmat għandu jiġi espress bħala “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” jew “għoli ħafna”.
3. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw ta' sikwit lista tal-bastimenti tagħhom li tindika, tal-anqas il-bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna. Il-lista aġġornata ta' bastimenti gradati skont ir-riskji għandha tintuża waqt il-kampanji ta' pjan tal-użu konġunt rilevanti.
4. F'każ fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li mhux Stat Membru kkonċernat, jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, jopera fiż-żona(i) imsemmija fl-Artikolu 1, għandu jingħata livell ta' riskju b'konformità mal-paragrafu 2. Fin-nuqqas ta' informazzjoni u sakemm l-awtoritajiet tal-bandiera tiegħu ma jagħtux, fil-qafas tal-Artikolu 9, ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom b'konformità mal-Artikolu 4(2) u l-paragrafu 3 li jwassal għal livell tar-riskju differenti, għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd b'livell tar-riskju “għoli ħafna”.
Artikolu 6
Strateġija tal-ġestjoni tar-riskju
1. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, kull Stat Membru konċernat għandu jiddefinixxi strateġija tal-ġestjoni tar-riskju ffukata fuq l-iżgurar tal-konformità. Strateġija bħal din għandha tinkludi l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-allokazzjoni ta’ strumenti ta’ kontroll u mezzi oħra ta’ spezzjoni xierqa u kosteffettivi, b’rabta man-natura u l-livell stmat ta’ kull riskju, kif ukoll il-kisba tal-punti ta’ riferiment fil-mira.
2. L-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkoordinata fil-livell reġjonali permezz ta’ pjan ta’ eżerċizzju konġunt kif definit fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005.
Artikolu 7
Rabta ma’ proċeduri ta’ pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti
1. Fil-qafas ta' pjan ta' użu konġunt, fejn applikabbli, kull Stat Membru konċernat għandu jikkomunika lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu mwettqa skont l-Artikolu 5(2) u, b'mod partikolari, lista ta' livelli tar-riskju stmati flimkien ma' miri korrispondenti għall-ispezzjoni.
2. Fejn xieraq, il-livelli tar-riskju u l-listi tal-miri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġornati billi tintuża l-informazzjoni miġbura waqt l-attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza. L-EFCA għandha tiġi informata immedjatament wara t-tlestija ta’ kull aġġornament.
3. L-EFCA għandha tuża l-informazzjoni li tkun waslet mill-Istati Membri konċernati biex tikkoordina l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju fil-livell reġjonali, skont l-Artikolu 6(2).
Artikolu 8
Punti ta’ riferiment fil-mira
1. Għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1a)(c), il-punti ta' riferiment fil-mira definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 ( 5 ), għandhom japplikaw għal bastimenti tas-sajd u/jew operaturi oħra b'livell ta' riskju “għoli” u “għoli ħafna”.
2. Għas-sajd imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a) u (b), il-punti ta' riferiment mira definiti fl-Anness II għandhom japplikaw għal bastimenti tas-sajd u/jew operaturi oħra b'livell ta' riskju “għoli” u “għoli ħafna”.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw alternattivament punti ta’ riferiment fil-mira differenti, espressi f’termini ta’ livelli ta’ konformità mtejba, sakemm:
(a) analiżi ddettaljata tal-attivitajiet tas-sajd jew tal-attivitajiet relatati mas-sajd u tal-kwistjonijiet tal-infurzar relatati tiġġustifika l-ħtieġa tal-iffissar ta’ punti ta’ riferiment fil-mira fil-forma ta’ livelli ta’ konformità mtejba,
(b) il-punti ta’ riferiment espressi f’termini ta’ livelli ta’ konformità mtejba huma nnotifikati lill-Kummissjoni, u sakemm din ma toġġezzjonax għalihom fi żmien 90 jum, ma jkunux diskriminatorji, u ma jaffettwawx l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-proċeduri bbażati fuq ir-riskju definiti mill-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.
4. Il-punti ta’ riferiment fil-mira kollha għandhom jiġu eżaminati kull sena fuq il-bażi tar-rapporti tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) u, fejn xieraq, għandhom jiġi riveduti kif meħtieġ fil-qafas tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(4).
5. Fejn applikabbli, pjan ta’ eżerċizzju konġunt għandu jagħti effett lill-punti ta’ riferiment fil-mira msemmija f’dan l-Artikolu.
KAPITOLU III
IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 9
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri konċernati għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.
2. Fejn xieraq, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri konċernati.
3. L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.
Artikolu 10
Attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza
1. Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi nazzjonali tal-kontroll tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri konċernati għandhom iwettqu spezzjonijiet konġunti u attivitajiet ta’ sorveljanza fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom u, fejn xieraq, fuq it-territorju tagħhom. Fejn applikabbli, dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu fil-qafas ta’ pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005.
2. Għall-fini tal-attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza, l-Istati Membri konċernati għandhom:
(a) jiżguraw li l-ispetturi mill-Istati Membri konċernati l-oħra jkunu mistiedna sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza;
(b) jistabbilixxu proċeduri operattivi konġunti li jkunu applikabbli għad-dgħajjes ta’ sorveljanza tagħhom;
(c) jinnominaw punti tal-kuntatt kif imsemmi fl-Artikolu 80(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fejn xieraq.
3. L-uffiċjali u l-ispetturi tal-Unjoni jistgħu jipparteċipaw f’attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza.
Artikolu 11
Skambju ta’ dejta
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni, kull Stat Membru konċernat għandu jiżgura l-iskambju dirett elettroniku ta’ dejta kif imsemmi fl-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 mal-Istati Membri l-oħra konċernati u mal-EFCA.
2. Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma’ attivitajiet tas-sajd u mal-attivitajiet relatati mas-sajd li jsiru fiż-żona(i) koperti b’dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.
Artikolu 12
Informazzjoni
1. Sakemm issir l-implimentazzjoni sħiħa tat-Titolu XII, tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u skont il-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni, kull Stat Membru konċernat għandu jikkomunika b’mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u lill-EFCA, sal-31 ta’ Jannar wara kull sena kalendarja, l-informazzjoni li ġejja dwar is-sena preċedenti:
(a) l-identifikazzjoni, id-data, u t-tip ta’ kull operazzjoni ta’ kontroll u/jew ta’ spezzjoni mwettqa matul is-sena preċedenti;
(b) l-identifikazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd (in-numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni), vettura u/jew operatur (l-isem tal-kumpanija) suġġett għal kontroll u/jew għal spezzjoni;
(c) fejn xieraq, it-tip ta’ rkaptu tas-sajd spezzjonat, u;
(d) fil-każ fejn ġie osservat ksur serju wieħed jew aktar:
(i) it-tip(i) ta’ ksur serju(i);
(ii) il-qagħda fir-rigward tas-segwitu tal-ksur serju(i) (pereżempju każ taħt investigazzjoni, pendenti, taħt appell), u
(iii) is-sanzjoni(jiet) imposti bħala segwitu tal-ksur serju(i): il-livelli ta’ multi, il-valur tal-ħut u/jew irkaptu kkonfiskat, il-punti assenjati skont l-Artikolu 126(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, u/jew tip ieħor ta’ sanzjonijiet.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata għal kull kontroll u/jew spezzjoni u għandha tkompli tiġi elenkata u aġġornata f’kull rapport sakemm l-azzjoni tiġi konkluża skont il-liġijiet tal-Istat Membru konċernat. Fejn ma tittieħed l-ebda azzjoni wara l-iskoperta ta’ ksur serju, għandha tiġi inkluża spjegazzjoni.
Artikolu 13
Evalwazzjoni
1. Kull Stat Membru konċernat għandu, sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja rilevanti, jibgħat lill-Kummissjoni u lill-EFCA rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-effettività tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mwettqa skont dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.
2. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu, tal-anqas, jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tagħhom, l-Istati Membri konċernati jistgħu wkoll jinkludu azzjonijiet oħrajn bħal sessjonijiet ta’ taħriġ jew informazzjoni mfassla biex ikollhom impatt fuq il-konformità min-naħa ta’ bastimenti tas-sajd jew operaturi oħrajn.
3. Għall-valutazzjoni annwali tagħha tal-effettività ta’ pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005, l-EFCA, għandha tqis ir-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
4. Darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura sabiex tiġi evalwata l-konvenjenza, l-adegwatezza u l-effettività tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni u l-impatt globali tiegħu fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd u minn operaturi oħra, fuq il-bażi tar-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-punti ta’ riferiment fil-mira stabbiliti fl-Anness II jistgħu jiġu riveduti skont dan.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
▼M1 —————
ANNESS II
PUNTI TA' RIFERIMENT MIRA GĦALL-ISPEĊIJIET DEMERSALI
1. Il-livell ta' spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluża s-sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)
Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin ( 6 ) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq il-baħar tal-bastimenti tas-sajd u l-istokkijiet involuti bis-sajd imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a) u (b), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq il-baħar huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd u jagħmlu parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju:
|
Il-punti ta' riferiment għal kull sena (1) |
Il-livell tar-riskju stmat għall-bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2) |
|
|
Għoli |
għoli ħafna |
|
|
Sajd |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
|
(1) espress f'% ta' vjaġġi tas-sajd fiż-żona li jagħmlu bastimenti tas-sajd li għandhom riskju għoli/għoli ħafna fis-sena |
||
2. Il-livell ta' spezzjonijiet fuq l-art (inklużi kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ)
Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin ( 7 ) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq l-art (inkluż kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ) ta' bastimenti tas-sajd u ta' operaturi oħra involuti fis-sajd u fl-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1a) (b) u (c), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq l-art huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u huma parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju.
|
Il-punti ta' riferiment għal kull sena (1) |
Livell ta' riskju għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej) |
|
|
għoli |
għoli ħafna |
|
|
Sajd |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 10 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 15 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” |
|
(1) espressi f'% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna/għal kull sena |
||
Spezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trażbord għandhom jintużaw, b'mod partikolari, bħala mekkaniżmu ta' kontroverifika biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.
PUNTI TA' RIFERIMENT MIRA GĦALL-ISPEĊIJIET PELAĠIĊI
1. Il-livell ta' spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluża s-sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)
Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin ( 8 ) għandhom jintlaħqu għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar tal-bastimenti tas-sajd involuti bis-sajd għall-aringa, għall-kavalli, għas-sawrell, għall-istokkafixx, għall-merluzz tan-Norveġja, għal-laċċa kaħla u għas-sallur tar-ramel fis-sajd, imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq il-baħar huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd u sakemm jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju:
|
Il-punti ta' riferiment għal kull sena (1) |
Il-livell tar-riskju stmat għall-bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2) |
|
|
għoli |
għoli ħafna |
|
|
Aringa, kavalli u sawrell |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
|
Merluzz tan-Norveġja, laċċa kaħla u sallur tar-ramel |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
|
Stokkafixx |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
|
(1) espress bħala % ta' vjaġġi tas-sajd fiż-żona (meta jsir sajd bi rkaptu bil-malji tax-xbieki fejn l-ispeċi tkun waħda fil-mira) minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna/għal kull sena. |
||
2. Il-livell ta' spezzjonijiet fuq l-art (inklużi kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ)
Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin ( 9 ) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq l-art (inkluż kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ) ta' bastimenti tas-sajd u ta' operaturi oħra involuti fis-sajd għall-aringa, għall-kavalli, għas-sawrell, għall-istokkafixx, għall-merluzz tan-Norveġja, għal-laċċa kaħla u għas-sallur tar-ramel fis-sajd, imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq l-art huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u huma parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju.
|
Il-punti ta' riferiment għal kull sena (1) |
Livell ta' riskju għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej) |
|
|
għoli |
għoli ħafna |
|
|
Aringa, kavalli u sawrell |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” |
|
Merluzz tan-Norveġja, laċċa kaħla u sallur tar-ramel |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 2,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” |
|
Stokkafixx |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” |
|
(1) espressi f'% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna/għal kull sena. |
||
Spezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trażbord għandhom jintużaw, b'mod partikolari, bħala mekkaniżmu ta' kontroverifika biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.
ANNESS III
INFORMAZZJONI PERJODIKA DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA’ KONTROLL U SPEZZJONI
Format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 12 għal kull spezzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport:
|
Isem |
Kodiċi |
Deskrizzjoni u kontenut |
|
Identifikazzjoni ta’ spezzjoni |
II |
Kodiċi ISO alfa2 tal-pajjiż + 9 numri, eż. DK201200000 |
|
Data ta’ spezzjoni |
DA |
SSSS-XX-JJ |
|
Tip ta’ spezzjoni jew kontroll |
IT |
Il-baħar, ix-xatt, it-trasport, id-dokument (indika) |
|
Identifikazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd, vettura jew operatur |
ID |
In-numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni tal-bastiment tas-sajd, l-identifikazzjoni tal-vettura, u/jew l-isem tal-kumpanija tal-operatur. |
|
Tip ta’ rkaptu tas-sajd |
GE |
Il-kodiċi tal-irkaptu skont il-Klassifikazzjoni Statistika Standard Internazzjonali tal-Irkaptu tas-Sajd |
|
Ksur serju |
SI |
I = iva, L = le |
|
Tip ta’ ksur serju osservat |
TS |
Indika t-tip ta’ ksur serju osservat, b’riferenza għan-numru (kolonna tax-xellug) fl-Anness XXX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. Barra minn hekk, il-ksur serju msemmi fl-Artikolu 90(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jiġi identifikat rispettivament bin-numri “13”, “14” u “15”. |
|
Qagħda attwali tas-segwitu |
FU |
Indika l-qagħda attwali: PENDENTI, APPELL jew MAGĦLUQ |
|
Multa |
SF |
Multa f’EUR, pereżempju 500 |
|
Konfiska |
SC |
QABDA/IRKAPTU għal konfiska fiżika. L-ammont sekwestrat fil-każ tal-valur tal-qabda/irkaptu f’EUR, pereżempju 10 000 |
|
Oħrajn |
SO |
Fil-każ tal-irtirar tal-liċenzja/tal-awtorizzazzjoni, indika LI jew AU + l-għadd ta’ jiem, pereżempju AU30 |
|
Punti |
SP |
Għadd ta’ punti assenjati, pereżempju 12 |
|
Rimarki |
RM |
F’każ ta’ ebda azzjoni meħuda wara l-iskoperta ta’ ksur serju, spjegazzjoni għaliex fil-forma ta’ test liberu. |
ANNESS IV
KONTENUT TAR-RAPPORTI TA' EVALWAZZJONI
I. Dejta dwar l-attivitajiet ta' kontroll, spezzjoni u infurzar imwettqa minn [l-Istat Membru kkonċernat] fuq il-baħar u fuq l-art
Tabella 1
Analiżi ta' attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar
|
Jiem ta' pattulja |
Għadd ta' spezzjonijiet (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli) |
Għadd ta' ksur serju maqbud (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli) |
Il-medja tar-rata ta' ksur serju (ksur konfermat/spezzjonijiet) |
Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju baxx u medju (ksur/spezzjonijiet) |
Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna (ksur/spezzjonijiet) |
|
|
Fornuti |
Impenjati |
|||||
|
30 (*) |
30 |
100/70/30 |
4/3/1 |
4:100 = 4 % |
3:70 = 4,3 % |
1/30 = 3,3 % |
Tabella 2
Analiżi ta' attivitajiet ta' spezzjoni fuq l-art
|
Spezzjoni persuni/jiem fuq l-art |
Għadd ta' spezzjonijiet (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli) |
Għadd ta' ksur serju maqbud (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli) |
Il-medja tar-rata ta' ksur serju (ksur konfermat/spezzjonijiet) |
Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju baxx u medju (ksur/spezzjonijiet) |
Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna (ksur/spezzjonijiet) |
|
|
Fornuti |
Impenjati |
|||||
|
200 (1) |
200 |
400/350/50 |
40/30/10 |
40:400 = 10 % |
30:350 = 8,6 % |
10:50 = 20 % |
|
(1) It-tieni ringiela fit-tabelli Nru 1 u Nru 2 tagħti eżempju bl-għan li jitħaffef il-mili tat-tabella. |
||||||
II. Analiżi ta' punti ta' riferiment mira espressi f'termini ta' livelli ta' konformità mtejba
Jekk l-Istat Membru japplika punti ta' riferiment alternattivi, imsemmija fl-Artikolu 8(3) ta' din id-Deċiżjoni, għandha tiġi rrappurtata din l-informazzjoni.
Tabella 3
Il-kisba ta' livelli ta' konformità mtejba.
|
Deskrizzjoni tat-taqsima tal-attività ta' theddida/riskju/bastiment |
Riskju għoli ħafna/riskju għoli/riskju medju/riskju baxx/riskju baxx ħafna — Livell ta' theddida/riskju fil-bidu tas-sena, espressi f'livelli ta' konformità — Titjib mira fil-livell ta' konformità — Livell ta' theddida/riskju fi tmiem is-sena, espressi f'livelli ta' konformità — Għadd ta' spezzjonijiet — Għadd ta' ksur serju osservat — analiżi ex-post, spjega fil-każ li l-livell mira ta' konformità ma ntlaħaqx |
III. Analiżi ta' attivitajiet oħra ta' spezzjoni u kontroll: it-trażbord, is-sorveljanza mill-ajru, l-importazzjoni/l-esportazzjoni, kif ukoll azzjonijiet oħra bħal sessjonijiet ta' taħriġ jew informazzjoni mfassla biex iħallu impatt fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd u minn operaturi oħra
IV. Proposta/i sabiex titjieb l-effettività tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar imwettqa (għal kull Stat Membru kkonċernat)
( 1 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35).
( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 42).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22)
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1);
( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1)
( 6 ) Għall-bastimenti li jdumu inqas minn 24 siegħa fuq il-baħar f'kull vjaġġ tas-sajd, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.
( 7 ) Għall-bastimenti li jħottu l-art inqas minn 10 tunnellati f'kull azzjoni tal-ħatt l-art, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.
( 8 ) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
( 9 ) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.