Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2008 – Leche Celta vs UASI – Celia (Celia)
(Kawża T-35/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Celia – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti CELTA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 49)
Suġġett
| Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, tal-5 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 294/2006-4) relattiva għal proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Leche Celta, SL u Celia SA. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Celia SA |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark figurattiva Celia għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 29 u 38 – Applikazzjoni Nru 2977221 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni: |
Leche Celta, SL |
|
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni: |
Trade mark nazzjonali verbali CELTA għal prodotti fil-klassi 29 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni miċħuda |
|
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Leche Celta, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |