2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/42


P9_TA(2022)0007

Oġġezzjoni għal att delegat: Determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli skont ir-Regolament (UE) 2019/817

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli (C(2021)05056 – 2021/2913(DEA))

(2022/C 336/11)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2021)05056),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 28(5) u 73(6) tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

A.

billi l-Artikolu 3 tar-regolament delegat tal-Kummissjoni jipprevedi li l-każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies simili huma stabbiliti fl-Anness II tiegħu;

B.

billi l-punt 2 tal-Anness II tar-regolament delegat tal-Kummissjoni jipprevedi li “eu-LISA għandha tuża algoritmu sabiex tikkalkula s-similarità bejn id-data tal-identità f'kampijiet tad-data differenti mis-sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE.”;

C.

billi l-punt 2 tal-Anness II tar-regolament delegat tal-Kummissjoni jipprevedi wkoll li “[d]ak l-algoritmu għandu jkun ibbażat fuq limiti stabbiliti minn qabel ta' similarità.”;

D.

billi l-punt 2 tal-Anness II tar-regolament delegat tal-Kummissjoni barra minn hekk jipprevedi li “[s]abiex tiddefinixxi dak l-algoritmu, eu-LISA għandha tkun assistita u mogħtija pariri minn esperti mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-aġenziji tal-Unjoni li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u l-komponenti ta' interoperabbiltà.”;

E.

billi l-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) 2019/817 jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-proċeduri biex jiġu ddeterminati l-każijiet li fihom id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili;

F.

billi jidher b'mod ċar li r-regolament delegat tal-Kummissjoni ma jistabbilixxix il-proċeduri biex jiġu ddeterminati l-każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies simili, iżda jissottodelega dik is-setgħa lill-eu-LISA u lill-esperti mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-aġenziji tal-Unjoni li jużaw is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE u l-komponenti tal-interoperabbiltà;

1.

Joġġezzjona għar-regolament delegat tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u tinnotifikaha li r-regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27.