<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-297/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0297</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:141">EU:C:2018:141</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180301">1.3.2018</DATE> – Kawża C‑297/16</HT></P><P>CMVRO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20180301">1 ta’ Marzu 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/123/KE</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi fis-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-prattikanti veterinarji biss id-dritt għall-bejgħ bl-imnut u għall-użu tal-prodotti organiċi, tal-prodotti kontra l-parassiti kif ukoll tal-prodotti mediċinali veterinarji</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit li l-kapital tal-istabbilimenti li jbigħu bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jkun miżmum biss minn prattikanti veterinarji</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑297/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160301">1 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Asociația Națională a Distribuitorilor de Produse de Uz Veterinar din România</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan, D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170628">28 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO), minn R.‑I Ciocaniu, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Asociaţia Naţională a Distribuitorilor de Produse de Uz Veterinar din România, minn L. Gabor u C. V. Toma, avocat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R.‑H. Radu, A. Wellman u L. Liţu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Nicolae, H. Tserepa‑Lacombe u L Malferrari, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar is-servizzi fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2006">ĠU L 376, p. 36</REF.DOC.OJ>) kif ukoll tal-Artikolu 63(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Colegiul Medicilor Veterinari din România (CMVRO) (il-Kulleġġ tat-Tobba Veterinarji tar-Rumanija) u l-Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor (l-Awtorità Nazzjonali għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel, ir-Rumanija, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), sostnuta mill-Asociația Națională a Distribuitorilor de Produse de Uz Veterinar din România (l-Assoċjazzjoni Nazzjonali ta’ Distributuri ta’ Prodotti Veterinarji tar-Rumanija, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Assoċjazzjoni ta’ Distributuri ta’ Prodotti Veterinarji<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar talba għal annullament ta’ deċiżjoni, meħuda mill-Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel, li l-adozzjoni tagħha kellha bħala effett, skont iċ-CPVO, li jitneħħa l-obbligu li l-kapital azzjonarju tal-istabbilimenti li jbigħu bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji għandu jinżamm biss minn prattikanti veterinarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/123</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 22 tad-Direttiva 2006/123 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-esklużjoni tal-kura tas-saħħa mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkopri servizzi ta’ kura tas-saħħa u farmaċewtiċi pprovduti minn professjonisti tas-saħħa lil pazjenti biex jivvalutaw, iżommu u jirrestawraw l-istat ta’ saħħa fejn dawk l-attivitajiet huma rriżervati għal professjoni regolata tas-saħħa fl-Istat Membru fejn huma pprovduti s-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kamp ta’ Applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi fil-paragrafu (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn l-attivitajiet:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>servizzi tal-kura tas-saħħa, kemm jekk huma pprovduti permezz ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa kif ukoll jekk le, u jkunu x’ikunu l-mezzi li permezz tagħhom huma organizzati jew iffinanzjati fuq livell nazzjonali u jekk humiex pubbliċi jew privati;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Relazzjoni ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jmorru kontra dispożizzjoni ta’ att Komunitarju ieħor li jirregola aspetti speċifiċi ta’ aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz fis-setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi, id-dispożizzjoni ta’ l-att Komunitarju l-ieħor jipprevalu u għandhom japplikaw f’dawk is-setturi jew professjonijiet speċifiċi.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva skond ir-regoli tat-Trattat dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Libertà għall-Istabbiliment ta’ Fornituri<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Dan jinkludi t-Taqsima 2, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ħtiġijiet Ipprojbiti jew Suġġetti għal Evalwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, li taħtha huma inklużi l-Artikoli 14 u 15 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Rekwiżiti li Għandhom Jiġu Evalwati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk, taħt is-sistema legali tagħhom, kwalunkwe mir-rekwiżiti elenkati fil-paragafu 2 huma imposti u għandhom jiżguraw li tali rekwiżiti huma kompatibbli mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jaddattaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom sabiex jagħmluhom kompatibbli ma’ dawk il-kondizzjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk is-sistema legali tagħhom tagħmilx l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha soġġetta għal konformità ma’ kwalunkwe minn dawn ir-rekwiżiti mhux-diskriminatorji:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>rekwiżiti li huma relatati mal-proprjetà f’ishma ta’ kumpannija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>rekwiżiti, għajr dawk li jikkonċernaw kwistjonijiet koperti mid-Direttiva 2005/36/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="255" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU 2005 L 255, p. 22</REF.DOC.OJ>)], jew previsti fi strumenti Komunitarji oħrajn, li jirriżervaw l-aċċess għall-attività ta’ servizz ikkonċernata għal fornituri speċifiċi skond in-natura speċifika ta’ l-attività;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>non-diskriminazzjoni: ir-rekwiżiti m’għandhomx ikunu diskriminatorji la direttament lanqas indirettament skond in-nazzjonalità jew, fir-rigward ta’ kumpanniji, skond il-post ta’ l-uffiċċju rreġistrat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>bżonn: ir-rekwiżiti għandhom ikunu ġġustifikati b’raġuni aktar importanti li għandha x’taqsam ma’ l-interess pubbliku;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>proporzjonalità: ir-rekwiżiti għandhom ikunu adatti biex jiżguraw li jintlaħaq l-objettiv mixtieq; m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv; u ma għandux ikun possibbli li dawk ir-rekwiżiti jiġu sostitwiti minn miżuri oħrajn, anqas restrittivi li jwasslu għall-istess riżultat.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/82/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 3), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 188, p. 14</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Direttiva 2001/82<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-provvista bl-imnut ta’ prodotti mediċinali veterinarji issir biss minn persuni li għandhom permess jagħmlu operazzjonijiet bħal dawn bill-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 67 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Bla ħsara għar-regoli Komunitarji jew nazzjonali aktar stretti li jirrigwardaw prodotti mediċinali veterinarji u biex tkun imħarsa s-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali, preskrizzjoni għandha tkun meħtieġa biex il-pubbliku jkun jista’ jingħata prodotti mediċinali veterinarji.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 68(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li persuni awtorizzati mill-liġijiet nazzjonali tagħhom biss ikollhom jew jikkontrollaw prodotti mediċinali veterinarji jew sustanzi li jistgħu jintużaw bħala prodotti veterinarji mediċinali li għandhom proprjetajiet anaboliċi, anti-infettivi, anti-parassitiċi, anti-infjammatorji, ormonali jew psikotropiċi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 69 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sidien jew dawk li jżommu annimali li jipproduċu l-ikel jistgħu jipprovdu evidenza dwar ix-xiri, pussess u amministrazzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji li fihom is-sustanzi preskritti fl-Artikolu 68; l-Istati Membri jistgħu jestendu dan l-obbligu għal prodotti mediċinali veterinarji oħra.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2005/36</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(3) tad-Direttiva 2005/36 kif emendata bid-Direttiva 2013/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20131120">20 ta’ Novembru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="132" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 354, p. 132</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Direttiva 2005/36<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>It-taħriġ tal-kirurgi veterinarji għandu jagħti l-garanzija li l-professjonist inkwistjoni jkun kiseb l-għarfien u l-kompetenzi li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>għarfien adegwat tax-xjenzi li fuqhom huma bbażati l-attivitajiet tal-kirurgu veterinarju u tad-dritt tal-Unjoni relatat ma’ dawk l-attivitajiet;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="5"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 160/1998</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-Legea nr. 160/1998 pentru organizarea şi exercitarea profesiunii de medic veterinar (il-Liġi Nru 160/1998 dwar l-Organizzazzjoni u l-Prattika tal-Professjoni ta’ Prattikant Veterinarju, <HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 289, tas-<DATE ISO="19980806">6 ta’ Awwissu 1998</DATE>, u ppubblikata mill-ġdid fil-<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 433, tat-<DATE ISO="20050523">23 ta’ Mejju 2005</DATE>; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Liġi Nru 160/1998<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Il-professjoni ta’ prattikant veterinarju għandha tiġi pprattikata fir-Rumanija minn kull persuna li tkun ċittadina Rumena u li jkollha diploma fil-mediċina veterinarja jew l-ekwivalenti tagħha skont il-liġi, u minn ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, […] li jkollhom diplomi fil-mediċina veterinarja, ċertifikati, jew kwalifiki oħra indikati mil-liġi u maħruġa minn istituzzjoni edukattiva tal-Istat ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-professjoni ta’ prattikant veterinarju tibbenefika minn esklużività fl-oqsma ta’ kompetenza li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-kummerċ bl-imnut u l-użu ta’ prodotti organiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16 tal-imsemmija liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kwalifika ta’ membru [taċ-CMVRO] tista’ tkun akkwistata minn kull prattikant veterinarju ta’ nazzjonalità Rumena jew ċittadin tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea […] li:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>jeżerċita legalment il-professjoni ta’ prattikant veterinarju fir-Rumanija, skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ma jkunx jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ diżunur previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>ikun medikament tajjeb sabiex jeżerċita l-professjoni ta’ prattikant veterinarju.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kwalifika ta’ membru [taċ-CMVRO] hija obbligatorja għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ prattikant veterinarju.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 ta’ din l-istess liġi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Regolament imħejji mi[ċ-CMVRO] b’kollaborazzjoni mal-[Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel] jistabbilixxi s-setgħat u l-kompetenzi tal-prattikanti veterinarji indipendenti kif ukoll it-twettiq ta’ ċerti kompiti pubbliċi.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta tal-Prattikanti Veterinarji</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Karta tal-Prattikanti Veterinarji, adottata bid-Deċiżjoni Nru 3/2013 tal-Kulleġġ tat-Tobba Veterinarji (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 676 tas-<DATE ISO="20140916">16 ta’ Settembru 2014</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Karta tal-Prattikanti Veterinarji<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Għall-finijiet ta’ din il-karta:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(m)</NO.P><TXT>Reġistru uniku tal-prattiki veterinarji li għandhom jew li ma għandhomx personalità ġuridika jfisser — dokument uffiċjali u pubbliku taħt il-kontroll tal-Uffiċċju Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali taċ-[CMVRO] li jinkludi dan li ġej:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>spiżeriji veterinarji u ħwienet farmaċewtiċi veterinarji, jekk il-kapital tagħhom ikun esklużivament miżmum minn prattikanti veterinarji jew jekk ikun inġabar mod ieħor b’konsegwenza ta’ emendi leġiżlattivi sussegwenti;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 37(1) tal-Karta tal-Prattikanti Veterinarji jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Fil-kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mediċinali veterinarji, prattikanti veterinarji rreġistrati għandhom ikunu organizzati esklużivament bħala persuni ġuridiċi […] u għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-istrutturi veterinarji awtorizzati li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ħwienet farmaċewtiċi veterinarji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>spiżeriji veterinarji.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 38(3) u (4) ta’ din il-karta:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Prodotti mediċinali veterinarji, prodotti kontra l-parassiti u prodotti organiċi veterinarji għandhom jintużaw u jiġu amministrati esklużivament minn prattikanti veterinarji li jkunu sidien ta’, jew li jkunu impjegati fi, strutturi ta’ kura veterinarja jew ta’ konsulenza […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Permezz ta’ deroga mill-paragrafu (3), is-sidien tal-annimali jistgħu jamministraw prodotti mediċinali veterinarji preskritti u rrakkomandati minn prattikant veterinarju li għandu ċertifikat validu li jiċċertifika d-dritt tiegħu li jeżerċita, bl-esklużjoni madankollu tal-forom injettabbli.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regoli dwar is-Saħħa Veterinarja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel adottat l-Ordinul nr. 83/2014 pentru aprobarea Normei sanitare veterinare privind condiţiile ta’ organizare şi funcţionare a unităţilor farmaceutice veterinare, precum Sanitară şi Procedura de înregistrare a Veterinară Veterinară/autorizare Sanitară unităţilor şi activităţilor din domeniul farmaceutic veterinar (l-Ordni Nru 83/2014 li tapprova r-Regoli dwar is-Saħħa Veterinarja li jirregolaw il-kundizzjonijiet għall-organizzazzjoni u għat-tmexxija ta’ strutturi farmaċewtiċi veterinarji u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni tas-saħħa veterinarja/l-awtorizzazzjoni<?PAGE NO="7"?> tas-saħħa veterinarja ta’ strutturi u attivitajiet tas-settur farmaċewtiku veterinarju, <HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 541 tat-<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE>), kif emendata u kkompletata sussegwentement (iktar ’il quddiem ir- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Regoli dwar is-Saħħa Veterinarja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regoli dwar is-Saħħa Veterinarja jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Dawn ir-regoli dwar is-saħħa veterinarja jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-organizzazzjoni u għat-tmexxija ta’ strutturi farmaċewtiċi veterinarji u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni tas-saħħa veterinarja/l-awtorizzazzjoni tas-saħħa veterinarja ta’ strutturi u attivitajiet tas-settur farmaċewtiku veterinarju.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dawn ir-regoli jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Għall-finijiet ta’ dawn ir-regoli dwar is-saħħa veterinarja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>spiżerija veterinarja tfisser - stabbiliment farmaċewtiku veterinarju li jkollu u jbiegħ bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji, […] u prodotti veterinarji oħra […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>ħanut farmaċewtiku veterinarju jfisser - stabbiliment farmaċewtiku veterinarju li l-attività tiegħu tkun tikkonsisti fil-bejgħ bl-imnut limitat għal prodotti mediċinali veterinarji mogħtija mingħajr riċetta medika, prodotti veterinarji oħra […].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-imsemmija regoli jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Il-persunal speċjalizzat ta’ spiżerija veterinarja għandu jkun magħmul minn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>persunal b’edukazzjoni ogħla speċjalizzata fil-qasam tal-mediċina veterinarja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>persunal b’edukazzjoni sekondarja speċjalizzata fil-qasam tal-mediċina veterinarja, mediċina għall-bniedem, farmakoloġija, kimika, bijoloġija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>persunal amministrattiv.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(2) u (3) tal-istess regoli jsemmi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>(2)</NO.PARAG><ALINEA>It-tmexxija ta’ spiżerija veterinarja teħtieġ il-preżenza ta’ prattikant veterinarju li jkollu ċertifikat sabiex jipprattika din il-professjoni maħruġ miċ-[CMVRO].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali veterinarji ta’ spiżerija veterinarja għandu jsir, permezz tal-kummerċ bl-imnut biss, mill-persunal imsemmi fl-Artikolu 11(a) u (b).<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tar-Regoli dwar is-Saħħa Veterinarja jipprevedi l-applikazzjoni, għall-ħwienet farmaċewtiċi veterinarji, ta’ regoli analogi għal dawk imsemmija fl-Artikoli 11 u 12(2) tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Ordni Nru 31/2015</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-Ordni Nru 31/2015 tas-<DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, li temenda u tikkompleta r-Regoli dwar is-Saħħa Veterinarja approvati bl-Ordni Nru 83/2014 tal-Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Nru 235 tas-<DATE ISO="20150407">7 ta’ April 2015</DATE>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Ordni Nru 31/2015<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), l-Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel ħassret l-Artikolu 43(j) u l-Artikolu 51(g) tal-imsemmija regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dawn l-artikoli essenzjalment kienu jipprovdu, li, sabiex jinħareġ il-permess ta’ saħħa veterinarja għat-tmexxija, rispettivament, tal-ispiżeriji veterinarji u tal-ħwienet farmaċewtiċi veterinarji, ir-rappreżentant legali tal-istruttura kkonċernata kellu jippreżenta lill-Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel kompetenti, applikazzjoni li jkollha kopja taċ-ċertifikat ta’ dħul fir-Reġistru uniku tal-prattiki veterinarji li għandhom jew li ma għandhomx personalità ġuridika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Iċ-CMVRO ppreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju intiż għall-annullament tal-Ordni Nru 31/2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, dan il-kulleġġ b’mod partikolari jsostni li l-imsemmija ordni tikser l-Artikolu 4(i) tal-Liġi Nru 160/1998 li jistabbilixxi l-kompetenza esklużiva tal-professjoni ta’ prattikant veterinarju fil-qasam tal-kummerċ bl-imnut u tal-użu ta’ prodotti organiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju. Fil-fatt, tali esklużività timplika dritt ta’ deċiżjoni min-naħa tat-tobba veterinarji, dritt li jista’ jkun effettiv biss jekk il-kapital azzjonarju tal-ispiżeriji u tal-ħwienet farmaċewtiċi veterinarji jkun esklużivament miżmum, jew għall-inqas il-biċċa l-kbira tiegħu tkun miżmuma, minn prattikanti veterinarji rreġistrati. Huwa barra minn hekk għal din ir-raġuni li l-Karta tal-Prattikanti Veterinarji tipprevedi li biss l-ispiżeriji jew il-ħwienet farmaċewtiċi li l-azzjonisti tagħhom huma esklużivament prattikanti veterinarji jistgħu jiddaħħlu fir-Reġistru uniku tal-prattiki veterinarji. Issa, sa fejn l-obbligu ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ dħul f’dan ir-reġistru tneħħa permezz tal-Ordni Nru 31/2015 tal-Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel, l-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit relatat maż-żamma tal-kapital azzjonarju ma hijiex iktar iggarantita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, l-Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel issostni li t-tneħħija tal-obbligu ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ dħul fir-Reġistru uniku tal-prattiki veterinarji kienet neċessarja sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma kinux konformi mad-Direttiva 2006/123 u sa fejn, skont nota tal-Consiliul Concurenţei (il-Kunsill dwar il-Kompetizzjoni, ir-Rumanija), dawn setgħu jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-suq tal-kummerċ bl-imnut tal-prodotti veterinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Assoċjazzjoni ta’ Distributuri ta’ Prodotti Veterinarji, li intervjeniet insostenn tal-Awtorità għas-Saħħa Veterinarja u s-Sigurtà tal-Ikel, tikkontesta, min-naħa tagħha, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(i) tal-Liġi Nru 160/1998, issuġġerita miċ-CMVRO, li tipprovdi li l-kompetenza esklużiva li minnha tgawdi l-professjoni ta’ prattikant veterinarju f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ ċerti prodotti ma tiksirx id-dritt tal-konsumaturi li jiksbu u li jżommu prodotti mediċinali veterinarji li l-Artikoli 67 u 69 tad-Direttiva 2001/82 jirrikonoxxu lis-sidien tal-annimali u lill-dawk li jżommu l-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Kummissjoni Ewropea kienet indirizzat lir-Rumanija talba għal informazzjoni dwar ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni b’riżultat tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha applikabbli għall-ispiżeriji veterinarji u b’mod partikolari b’riżultat tar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-kapital azzjonarju. Barra minn hekk, din il-qorti tqis li, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja diġà tat deċiżjoni dwar professjonijiet jew attivitajiet li għandhom similaritajiet mal-professjoni ta’ prattikant<?PAGE NO="9"?> veterinarju jew mal-attività tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji, is-sitwazzjoni tal-prattikanti veterinarji għandha ċertu karatteristiċi li jistgħu jiġġustifikaw soluzzjoni differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>(1)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-veterinarji esklużività fil-kummerċ bl-ingrossa [imnut] u fl-użu ta’ prodotti bijoloġiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ mediċini għal użu veterinarju?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk tali esklużività titqies li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, dan tal-aħħar jipprekludi li din l-esklużività tirrigwarda wkoll l-istabbilimenti li jeżerċitaw il-kummerċ inkwistjoni, fis-sens ta’ rekwiżit li l-istabbiliment ikun fil-maġġoranza jew esklużivament proprjetà ta’ veterinarji jew numru ta’ veterinarji?<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Assoċjazzjoni ta’ Distributuri ta’ Prodotti Veterinarji ssostni li din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli peress li l-formulazzjoni tad-domandi magħmula ma ssemmix ir-regola jew ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fost ir-rekwiżiti li talba għal deċiżjoni preliminari għandha tissodisfa, stabbiliti fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm ir-rekwiżit, fl-Artikolu 94(c), li din it-talba tkun tinkludi espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċertu dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tindika li, għalkemm il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwar attivitajiet li għandhom ċertu similaritajiet mal-attività ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji, il-kawża li tressqet quddiemha għandha ċertu karatteristiċi partikolari li ma jippermettux li tiġi applikata, f’dan l-istat, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ppreċiżat l-implikazzjonijiet tal-libertà ta’ stabbiliment fir-rigward ta’ tali attivitajiet. Konsegwentement, fir-rigward tal-kawża prinċipali, din il-qorti tqis neċessarju li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn wieħed mill-motivi ta’ annullament invokati quddiemha jista’ jiġi milqugħ biss jekk l-esklużività, għall-benefiċċju tal-prattikanti veterinarji, tal-kummerċ bl-imnut u tal-użu ta’ prodotti organiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li l-qorti tar-rinviju spjegat b’mod suffiċjenti r-raġunijiet li wassluha tistaqsi dwar l-interpretazzjoni ta’ ċertu dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali, hemm lok li din it-talba għal deċiżjoni preliminari tiġi ddikjarata ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li, fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju hija meħtieġa tapplika leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-eżerċizzju, b’mod stabbli, tal-attivitajiet ta’ kummerċ bl-imnut u ta’ użu ta’ prodotti organiċi veterinarji, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju li, bħala prinċipju, jista’ jaqa’ taħt il-Kapitolu 3 tad-Direttiva 2006/123, dwar il-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Ċertament, mill-Artikolu 2(2)(f) tad-Direttiva 2006/123 jirriżulta li s-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>servizzi tal-kura tas-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> huma espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Madankollu, skont il-premessa 22 ta’ din tal-aħħar, is-servizzi koperti minn din l-esklużjoni huma dawk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[i]pprovduti minn professjonisti tas-saħħa lil pazjenti biex jivvalutaw, iżommu u jirrestawraw l-istat ta’ saħħa<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fatt li jimplika li dawn huma pprovduti lill-bnedmin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, għalkemm l-attivitajiet ta’ kummerċ bl-imnut u ta’ użu ta’ prodotti organiċi veterinarji, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju effettivament jaqgħu taħt il-qasam tas-saħħa, dawn, madankollu, ma jikkostitwixxux servizzi tal-kura tas-saħħa pprovduti lil bnedmin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali attivitajiet ma jaqgħux taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 2(2)(f) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-qorti tar-rinviju rreferiet ħafna, fit-talba tagħha, għad-Direttiva 2001/82 li tistabbilixxi numru ta’ prinċipji relatati mad-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji, huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk dawn il-prinċipji jipprekludux l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123 f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/123, jekk id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola aspetti speċifiċi tal-aċċess għal attività ta’ servizzi jew għall-eżerċizzju tagħha f’setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni għandha tipprevali u għandha tapplika għal dawn is-setturi jew professjonijiet speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm id-Direttiva 2001/82 tirregola ċertu aspetti tad-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji bil-għan tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, din madankollu ma tistax titqies bħala li tirregola l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lil persuni li ma għandhomx il-kwalifika ta’ prattikant veterinarju jipprattikaw il-kummerċ bl-imnut tas-sustanzi veterinarji differenti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jużaw dawn is-sustanzi, u għaldaqstant jamministrawhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Ċertament, ċertu regoli li jirregolaw dawn l-attivitajiet huma msemmija fl-Artikolu 66(1) u fl-Artikolu 68(1) ta’ din id-direttiva. Madankollu, l-Artikolu 66(1) tagħha jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jirriżervaw l-eżerċizzju tal-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mediċinali veterinarji biss għall-persuni awtorizzati jagħmlu dan mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, filwaqt li jħalli lil dawn l-istess Stati liberi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw tali awtorizzazzjoni. Konsegwentement, l-imsemmi artikolu jagħti lill-Istati Membri l-kompitu li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-imsemmija attivitajiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 68(1) tad-Direttiva 2001/82, dan jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li biss il-persuni awtorizzati jkollhom jew jikkontrollaw prodotti mediċinali veterinarji jew sustanzi li jistgħu jintużaw bħala prodotti veterinarji mediċinali u li għandhom proprjetajiet ta’ kontra l-parassiti, mingħajr lanqas ma jippreċiża liema huma dawn il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>persuni awtorizzati<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandha tiġi miċħuda wkoll l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/82 sostnuta mill-Assoċjazzjoni ta’ Distributuri ta’ Prodotti Veterinarji, li tipprovdi li mill-Artikoli 67 u 69 ta’ din id-direttiva jista’ jiġi dedott dritt, għas-sidien tal-annimali, jamministraw huma stess lill-annimali tagħhom il-prodotti mediċinali veterinarji li ġew preskritti lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat f’dan ir-rigward li, minn naħa, għalkemm l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2001/82 huwa intiż li jirregola l-kunsinna ta’ prodotti mediċinali lill-pubbliku, dan l-istess artikolu jindika li huwa applikabbli bla ħsara għal regoli nazzjonali iktar stretti intiżi li jipproteġu s-saħħa tal-bniedem. Min-naħa l-oħra, għalkemm l-Artikolu 69 ta’ din id-direttiva jimponi li s-sidien tal-annimali jkunu jistgħu jiġġustifikaw l-użu ta’ kull prodott mediċinali veterinarju għal perijodu ta’ ħames snin, din id-dispożizzjoni madankollu ma tispeċifikax li s-sidien tal-annimali għandhom dritt jamministraw huma stess dawn il-prodotti mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ż-żewġ domandi magħmula, li jillimitaw ruħhom jirreferu għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> mingħajr ma jispeċifikaw dispożizzjonijiet preċiżi ta’ dan id-dritt, għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tad-Direttiva 2006/123 biss u, iktar preċiżament, tal-Artikolu 15 tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jinftiehem li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tipprova, essenzjalment, tiddetermina jekk l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, favur il-prattikanti veterinarji, esklużività tal-kummerċ bl-imnut u tal-użu ta’ prodotti organiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2006/123, l-Istati Membri għandhom, l-ewwel nett, jeżaminaw jekk is-sistema ġuridika tagħhom tipprevedix wieħed mir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 15(2), sussegwentement, fl-affermattiv, jiżguraw li dan ir-rekwiżit huwa kompatibbli mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3) u, finalment, jekk ikun il-każ, jadattaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom sabiex jirrenduhom kompatibbli ma’ dawn il-kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fost ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>[r]ekwiżiti li għandhom jiġu evalwati<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> imsemmija fl-Artikolu 15(2) ta’ din id-direttiva, hemm, fl-Artikolu 15(2)(d), dak intiż li jirriżerva l-aċċess għal attività lil fornituri speċifiċi minħabba n-natura speċifika tal-attività inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirriżerva l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ kummerċ bl-imnut u ta’ użu ta’ ċertu prodotti mediċinali veterinarji għall-prattikanti veterinarji biss u b’hekk tinvolvi rekwiżit tat-tip ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 15(2)(d), tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, tali rekwiżit għandu jissodisfa t-tliet kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(3) ta’ din id-direttiva, jiġifieri ma jkunx diskriminatorju, ikun meħtieġ u jkun proporzjonat mat-twettiq ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, xejn fil-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jindika li r-rekwiżit imsemmi fil-punt 53 ta’ din is-sentenza huwa direttament jew indirettament diskriminatorju, fis-sens tal-Artikolu 15(3)(a), tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tat-tieni waħda mill-imsemmija kundizzjonijiet, għandu jiġi ppreċiżat li l-Gvern Rumen indika li dan ir-rekwiżit huwa intiż li jiggarantixxi l-protezzjoni tas-saħħa pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-protezzjoni tas-saħħa pubblika hija fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni u li tali raġuni tista’ tiġġustifika l-adozzjoni, minn Stat Membru, ta’ miżuri intiżi li jiżguraw provvista sikura u ta’ kwalità ta’ prodotti mediċinali għall-popolazzjoni (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Venturini <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/12 sa C‑161/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:791">EU:C:2013:791</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda t-tielet kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123, din tippresupponi li jkunu ssodisfatti tliet elementi, jiġifieri li r-rekwiżit għandu jkun adatt sabiex jiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex, ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq u ma jistax jiġi ssostitwit b’miżura inqas restrittiva li tippermetti li jintlaħaq l-istess riżultat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel element, għandha titfakkar, b’mod ġenerali, in-natura partikolari ħafna tal-prodotti mediċinali, peress li l-effetti terapewtiċi tagħhom jiddistingwuhom sostanzjalment minn prodotti oħra (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090519">19 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Apothekerkammer des Saarlandes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑171/07 u C‑172/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:316">EU:C:2009:316</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet, b’mod partikolari, li rekwiżit intiż li jirriżerva l-kummerċ ta’ prodotti mediċinali għal ċerti professjonisti jista’ jiġi ġġustifikat mill-garanziji li dawn tal-aħħar joffru u mill-informazzjoni li dawn għandhom ikunu f’pożizzjoni li jipprovdu lill-konsumaturi (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090519">19 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑531/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:315">EU:C:2009:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’dan is-sens fil-qasam tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, għandu jiġi enfasizzat, b’mod partikolari, li ċertu mard tal-annimali jista’ jiġi trażmess lill-bniedem u li l-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-bnedmin meta dawn ikun dderivati minn annimali morda jew li jġorru batterji reżistenti għat-trattamenti, kif ukoll meta dawn ikun fihom residwi ta’ prodotti mediċinali użati għat-trattament tal-annimali. Issa, jekk is-sustanzi veterinarji jkunu amministrati b’mod jew fi kwantità mhux korretta, jew l-effikaċja terapewtika tagħhom tista’ tisparixxi, jew l-użu eċċessiv tagħhom jista’, b’mod partikolari, iwassal għall-preżenza ta’ tali residwi fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali kif ukoll, jekk ikun il-każ, fuq perijodu fit-tul, għal reżistenza għat-trattamenti ta’ ċertu batterji preżenti fil-katina tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunsiderazzjonijiet prevalenti dwar il-kummerċ tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem esposti fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza huma bħala prinċipju trasponibbli fil-qasam tal-kummerċ ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju u ta’ prodotti simili. Madankollu, sa fejn tali prodotti mediċinali jipproduċu biss effetti indiretti fuq is-saħħa tal-bniedem, il-portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Istati Membri għandhom f’dan it-tieni qasam ma tistax neċessarjament tkun l-istess bħal dik prevalenti fil-qasam tal-kummerċ tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, l-esklużività tal-kummerċ u tal-użu ta’ ċertu sustanzi veterinarji mogħtija lill-prattikanti veterinarji, peress li dawn għandhom l-għarfien u l-ħiliet professjonali sabiex jamministraw huma stess b’mod u fi kwantità korretta dawn is-sustanzi, jew sabiex iħarrġu b’mod korrett dwar dan lil persuni oħra kkonċernati, tikkostitwixxi miżura adatta sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika identifikat fil-punt 57 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni element ta’ din it-tielet kundizzjoni, jiġifieri li r-rekwiżit inkwistjoni ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-imsemmi għan, għandu jitfakkar li l-protezzjoni tas-saħħa pubblika tokkupa l-ewwel post fost il-beni u l-interessi protetti mit-Trattat UE u li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu sa liema livell huma jixtiequ jiżguraw din il-protezzjoni kif ukoll il-mod li bih dan il-livell għandu jintlaħaq. Peress li dan jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor, l-Istati Membri għandhom jiġu rrikonoxxuti marġni ta’ diskrezzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:492">EU:C:2008:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ tali marġni hija iktar u iktar neċessarja peress li, meta jkun hemm inċertezzi dwar l-eżistenza jew l-importanza ta’ riskji għas-saħħa tal-persuni, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà jieħdu miżuri ta’ protezzjoni mingħajr ma jkollhom għalfejn jistennew li r-realtà ta’ dawn ir-riskji tkun kompletament murija. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu kull miżura li tista’ tnaqqas, kemm jista’ jkun possibbli, riskju għas-saħħa, inkluż għall-provvista sikura u ta’ kwalità ta’ prodotti mediċinali għall-popolazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Venturini <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/12 sa C‑161/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:791">EU:C:2013:791</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, mid-dispożizzjonijiet iċċitati mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li dan l-Istat Membru preċiżament iddistingwa bejn il-prodotti veterinarji skont il-gravità tar-riskju għas-saħħa involut. Fil-fatt, għalkemm l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tippermettix lis-sidien tal-annimali jamministraw prodotti mediċinali preskritti f’forma injettabbli li, evidentement, tippreżenta riskji addizzjonali, hija tirrikonoxxilhom, min-naħa l-oħra, il-possibbiltà li jamministraw huma stess tali prodotti mediċinali f’forom mhux injettabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, xejn fil-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jindika li, billi adotta l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Istat Membru kkonċernat eċċeda l-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha tiġi rrikonoxxuta lilu f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-aħħar nett, it-tielet element tat-tielet kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123 relatat mal-assenza ta’ miżuri inqas restrittivi li jippermettu li jintlaħaq l-istess għan, il-Kummissjoni ssostni li l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika seta’ jintlaħaq b’mod daqstant effikaċi permezz ta’ miżura li tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti inkwistjoni minn professjonisti oħra debitament ikkwalifikati, bħal spiżjara jew persuni oħra li għandhom taħriġ professjonali avvanzat fil-qasam farmaċewtiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm dawn il-professjonisti l-oħra jistgħu effettivament ikollhom għarfien fil-fond ħafna dwar il-proprjetajiet tal-komponenti differenti tal-prodotti mediċinali veterinarji, xejn ma jindika li huma għandhom taħriġ speċifiku adattat għas-saħħa tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jidhirx b’mod evidenti li l-miżura proposta mill-Kummissjoni tista’ tiżgura l-istess riżultat bħal dik prevista minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt, ukoll invokat mill-Kummissjoni, li l-bejgħ ta’ ċertu prodotti mediċinali veterinarji huwa suġġett għal riċetta medika, bil-fehim li din diġà tindika l-metodu ta’ amministrazzjoni u d-dożaġġ ta’ dawn il-prodotti mediċinali, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Istati Membri għandhom, dawn tal-aħħar jistgħu jqisu li, fiha nfisha, riċetta medika ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi eskluż ir-riskju li l-prodotti mediċinali hekk preskritti jiġu amministrati b’mod jew fi kwantità mhux korretta (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:772">EU:C:2010:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li r-rekwiżit stabbilit minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta li huwa konformi mat-tielet kundizzjoni prevista fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li jeħtieġ li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, favur prattikanti veterinarji, esklużività tal-kummerċ bl-imnut u tal-użu ta’ prodotti organiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi li l-kapital azzjonarju tal-istabbilimenti li jikkummerċjalizzaw bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jinżamm biss jew, għall-inqas, fil-parti l-kbira, minn prattikant veterinarju wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif il-Kummissjoni ġustament enfasizzat, id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali ċċitati mill-qorti tar-rinviju jipprevedu biss li l-kapital kollu tal-istabbilimenti li jikkummerċjalizzaw bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji għandu jkun miżmum biss minn veterinarji, filwaqt li l-ebda każ ta’ detenzjoni biss fil-parti l-kbira ma jissemma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li tingħata risposta għal din id-domanda biss inkwantu din tirrigwarda l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi detenzjoni esklużiva, minn prattikant veterinarju wieħed jew iktar, tal-kapital tal-istabbilimenti li jeżerċitaw il-kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mediċinali veterinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 15(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123 isemmi, fost ir-rekwiżiti li għandhom jiġu evalwati, dawk relatati maż-żamma tal-kapital azzjonarju. Għalhekk, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tali rekwiżit relatat mal-istatus tad-detenturi tal-ishma tal-istabbiliment ikkonċernat tista’ titqies bħala kompatibbli mal-imsemmi Artikolu 15 biss jekk din tissodisfa t-tliet kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel nett, huwa paċifiku li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissodisfa l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet relatata mal-assenza ta’ diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, relatata man-neċessità tar-rekwiżit inkwistjoni, jidher li, bl-adozzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni, il-leġiżlatur Rumen ried b’mod partikolari jiggarantixxi li t-tmexxija tal-kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mediċinali veterinarji tkun effettivament ikkontrollata minn prattikanti veterinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, tali għan għandu jiġi kkunsidrat bħala li jaqa’ taħt dak, iktar wiesa’, tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, li jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, fl-aħħar nett, it-tielet kundizzjoni dwar il-proporzjonalità ta’ dan ir-rekwiżit, din teħtieġ, l-ewwel nett, li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tkun adatta sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan li hija trid tilħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni li Stat Membru għandu, kif imfakkra fil-punt 64 ta’ din is-sentenza, huwa jista’ jqis li jeżisti riskju li, jekk persuni li ma humiex prattikanti veterinarji jkunu jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq it-tmexxija tal-istabbilimenti li jikkummerċjalizzaw bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji, dawn jadottaw strateġiji ekonomiċi li jistgħu jippreġudikaw l-għan ta’ provvista sikura u ta’ kwalità ta’ prodotti mediċinali għal dawk li jżommu l-annimali kif ukoll l-indipendenza tal-prattikanti veterinarji involuti f’dawn l-istabbilimenti, b’mod partikolari billi jitħeġġu<?PAGE NO="15"?> jbigħu prodotti mediċinali li l-ħażna tagħhom ma għadhiex profittabbli jew billi jnaqqsu l-ispejjeż operattivi (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090519">19 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Apothekerkammer des Saarlandes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑171/07 u C‑172/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:316">EU:C:2009:316</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, billi timplika li t-tmexxija tal-istabbilimenti inkwistjoni sseħħ f’kundizzjonijiet li jiżguraw lill-prattikanti veterinarji ż-żamma esklużiva tal-kapital ta’ dawn l-istabbilimenti, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija adatta sabiex tnaqqas tali riskju u sabiex b’hekk tiggarantixxi t-twettiq tal-għan li hija trid tilħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-prattikanti veterinarji li huma l-proprjetarji tal-kapital ta’ stabbiliment li jikkummerċjalizza bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji huma suġġetti, kuntrarjament għall-operaturi ekonomiċi li ma humiex prattikanti veterinarji, għal regoli ta’ kondotta professjonali intiżi li jimmoderaw din it-tfittxija ta’ profitti, b’tali mod li l-interess tagħhom marbut mal-kisba ta’ profitti jista’ jiġi mmoderat mir-responsabbiltà li huma għandhom, peress li ksur eventwali tar-regoli legali jew ta’ kondotta professjonali jdgħajjef mhux biss il-valur tal-investiment tagħhom, iżda wkoll l-eżistenza professjonali tagħhom stess (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090519">19 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Apothekerkammer des Saarlandes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑171/07 u C‑172/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:316">EU:C:2009:316</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fit-tieni lok u fit-tielet lok, sabiex ir-rekwiżit li l-kapital ta’ stabbiliment li jikkummerċjalizza bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji għandu jkun esklużivament miżmum minn prattikanti veterinarji jista’ jitqies bħala proporzjonat, dan għandu wkoll ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan intiż u ma jistax jiġi ssostitwit minn miżuri oħra inqas vinkolanti li jippermettu li jintlaħaq l-istess riżultat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Issa, għalkemm, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata fil-punt 82 ta’ din is-sentenza, Stat Membru jista’ leġittimament jimpedixxi li operaturi ekonomiċi li ma humiex prattikanti veterinarji jkunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw influwenza determinanti fuq it-tmexxija ta’ stabbilimenti li jikkumerċjalizzaw bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji, l-għan invokat f’dan l-istess punt ta’ din is-sentenza ma jistax jiġġustifika li dawn l-operaturi jkunu kompletament esklużi milli jżommu l-kapital ta’ dawn l-istabbilimenti, peress li ma huwiex eskluż li kontroll effettiv jista’ jiġi eżerċitat mill-prattikanti veterinarji fuq dawn l-istabbilimenti anki fl-ipoteżi fejn dawn ma jżommux il-kapital kollu ta’ dawn l-istabbilimenti, sa fejn iż-żamma mill-persuni li ma humiex prattikanti veterinarji ta’ parti limitata minn dan il-kapital mhux neċessarjament tostakola tali kontroll. Għalhekk, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li hija trid tilħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Tali kunsiderazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mit-tagħlim li jirriżulta mis-sentenza tad-<DATE ISO="20090519">19 ta’ Mejju 2009</DATE>, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑531/06, EU:2009:315), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja qieset bħala kompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment u mal-moviment liberu tal-kapital leġiżlazzjoni nazzjonali li kienet tipprekludi mhux biss li persuni li ma humiex spiżjara jżommu, f’kumpanniji li joperaw spiżeriji, ishma sostanzjali li jagħtuhom ċerta influwenza fuq it-tmexxija tagħhom, iżda wkoll li investituri li ma jkunux spiżjara minn Stati Membri oħra jiksbu, f’dawn il-kumpanniji, ishma inqas sostanzjali li ma jagħtux tali influwenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm, hekk kif jirriżulta mill-punt 62 ta’ din is-sentenza, bħala prinċipju, il-kunsiderazzjonijiet prevalenti fil-qasam tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jistgħu jiġu trasposti fil-qasam tal-kummerċ ta’ prodotti mediċinali għall-użu veterinarju, il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha tiġi rrikonoxxuta lill-Istati Membri bl-għan li tiġi żgurata l-kwalità tal-provvista tal-prodotti mediċinali veterinarji u l-indipendenza tal-prattikanti veterinarji involuti fil-kuntest ta’ stabbilimenti li jikkummerċjalizzaw tali prodotti mediċinali hija iktar ristretta minn dik li huma jistgħu jibbenefikaw minnha f’ċertu setturi oħra marbuta iktar mill-qrib mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ma tistax, għalhekk, tiġi estiża sal-esklużjoni ta’ kull parteċipazzjoni ta’ persuni li ma humiex prattikanti veterinarji fil-kapital ta’ tali stabbilimenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi li l-kapital azzjonarju tal-istabbilimenti li jikkummerċjalizzaw bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jinżamm esklużivament minn prattikant veterinarju wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, favur prattikanti veterinarji, esklużività tal-kummerċ bl-imnut u tal-użu ta’ prodotti organiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ prodotti mediċinali għal użu veterinarju.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi li l-kapital azzjonarju tal-istabbilimenti li jikkummerċjalizzaw bl-imnut prodotti mediċinali veterinarji jinżamm esklużivament minn prattikant veterinarju wieħed jew iktar.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>