|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1948 |
11.7.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1948
tad-9 ta’ Lulju 2024
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2024) 4955)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) hija marda virali infettiva fl-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, u dawn imbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjoni tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħrajn fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri għall-kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1452 (4) wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-Bulgarija li kienu meħtieġa jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1452, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tas-sottotip H7N5 tal-HPAI, fi stabbiliment fejn kien jinżamm il-pollam, fl-Istat tas-Sassonja t’Isfel. |
|
(7) |
Barra minn hekk, it-tifqigħa kkonfermata fil-Ġermanja tinsab qrib ħafna tal-fruntiera man-Netherlands. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk iż-żewġ Stati Membri kkollaboraw kif xieraq fir-rigward tal-istabbiliment taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza meħtieġa, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, billi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jestendu fit-territorju tan-Netherlands. |
|
(8) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja u tan-Netherlands ħadu l-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar fejn seħħet it-tifqigħa. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ttieħdu mill-Ġermanja u min-Netherlands f’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri, u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja u tan-Netherlands jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI. |
|
(10) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, attwalment ma hemm l-ebda żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Ġermanja u għan-Netherlands. |
|
(11) |
Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, huwa neċessarju li ssir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Ġermanja u man-Netherlands, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu elenkati żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Ġermanja u għan-Netherlands fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447. |
|
(13) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq mill-Ġermanja u min-Netherlands, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(15) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1452 tas-17 ta’ Mejju 2024 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarjab’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2024/1452, 21.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1452/oj).
ANNESS
Parti A
Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
NIEDERSACHSEN |
||
|
Landkreis Grafschaft Bentheim 3 km um den Ausbruchsbetrieb mit den GPS Koordiniaten 7.076164 / 52.354830. Betroffen sind Teile der Gemeinden Bad Bentheim, Isterberg, Quendorf und Nordhorn. |
27.7.2024 |
|
Stat Membru: In-Netherlands
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Province Overijssel |
||
|
DE-HPAI(P)-2024-00010 |
Those parts of the province Overijssel contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on GPS coordinates 7.076164 / 52.354830. |
27.7.2024 |
Parti B
Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
NIEDERSACHSEN |
||
|
DE-HPAI(P)-2024-00010 |
Landkreis Grafschaft Bentheim 10 km um den Ausbruchsbetrieb mit den GPS Koordiniaten 7.076164 / 52.354830. Betroffen sind die Gemeinde Isterberg und Teile der Gemeinden Bad Bentheim, Quendorf, Nordhorn, Engden und Schüttorf. |
5.8.2024 |
|
Landkreis Grafschaft Bentheim 3 km um den Ausbruchsbetrieb mit den GPS Koordiniaten 7.076164 / 52.354830. Betroffen sind Teile der Gemeinden Bad Bentheim, Isterberg, Quendorf und Nordhorn. |
28.7.2024 - 5.8.2024 |
|
Stat Membru: In-Netherlands
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Province Overijssel |
||
|
DE-HPAI(P)-2024-00010 |
Those parts of the province Overijssel extending beyond the area described in the protection zone contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on GPS coordinates 7.076164 / 52.354830. |
5.8.2024 |
|
Those parts of the province Overijssel contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centered on GPS coordinates 7.076164 / 52.354830. |
28.7.2024 - 5.8.2024 |
|
Parti C
Żoni ristretti oħrajn fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: L-ebda
|
Żona li tinkludi: |
Data sa meta l-miżuri għandhom jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 3a |
|
|
|
|
* |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1948/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)