12.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1537

tal-4 ta' Settembru 2017

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

—

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017 ġie adottat definittivament fl-1 ta' Diċembru 2016  (2),

—

fit-30 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2017,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 ġiet adottata fl-4 ta' Settembru 2017.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.