|
6.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 267/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUFOR RCA/5/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)
(2014/646/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2014/73/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjonijiet proposti minn Stati terzi. |
|
(2) |
Wara r-rakkomandazzjoni dwar kontribuzzjoni mis-Serbja mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UEFOR RCA u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribuzzjoni mis-Serbja għandha tiġi aċċettata. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kontribuzzjoni mis-Serbja għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) hija aċċettata u hija kkunsidrata bħala sinifikanti.
2. Is-Serbja hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUFOR RCA.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS