Official Journal L 016 , 24/01/1995 P. 0003 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 97/95 tas-17 ta’ Jannar 1995 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 rigward il-prezz minimu u l-pagament kumpensatorju li għandu jitħallas lill-produtturi tal-patata u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwota fir-rigward tal-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tal-kummerċ taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1866/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1543/93 ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 li jiffissa l-ammont tal-premium imħallas lill-produtturi tal-lamtu tal-patata matul is-snin tas-suq ta’ l-1993/94, 1994/95 u 1995/96 [3], u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta’ kwota fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata [4], u partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu, Billi r-Regolament (KE) Nru 1868/94 jipprovdi sistema ta’ kwoti għal produzzjoni ta’ lamtu tal-patata li tista’ tibbenefika mill-għajnuna mill-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom jallokaw dawk il-kwoti fuq il-bażi ta’ produzzjoni fil-perjodu ta’ referenza u ta’ investimenti magħmula minn impriżi li jipproduċu l-lamtu tal-patata qabel il-31 ta’ Jannar 1994 li ma kinetx tat bidu għal produzzjoni fil-perjodu ta’ referenza; billi ż-żewġ kriterji huma ta’ importanza ugwali; billi huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni għal aġġustament proporzjonali fl-allokazzjonijiet sabiex jassigura li dawk il-produtturi ma jeċċedux il-kwota ta’ Stat Membru; Billi għandhom isiru kondizzjonijiet biex jassiguraw li investimenti ġenwini biss li jkunu taw bidu għal aktar miż-żieda minima fil-produzzjoni qabel il-31 ta’ Jannar 1994 għandhom ikunu meqjusa mill-Istati Membri fl-allokazzjoni tas-subkwoti; Billi għandhom ikunu inklużi kondizzjonijiet biex jassiguraw li r-riserva ta’ 110000 tunnellati, maħluqa biex tkopri l-produzzjoni fil-Ġermanja fis-sena tas-suq 1996/97, tkun użata biss għal każijiet meta l-produzzjoni tirrużulta minn investimenti irriversibbli meħuda qabel il-31 ta’ Jannar 1994 u biss wara li tkun inħliet xi kwota magħmulha disponibbli bħala riżultat tal-waqfien tan-negozju ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu tal-patata; Billi huwa meħtieġ li jkunu speċifikati liema materji għandhom ikunu koperti b’kuntratt ta’ kultivazzjoni bejn intrapriża li tipproduċi lamtu tal-patata u produttur sabiex ma tħallix li jsiru kuntratti b’eċċess tas-subkwota ta’ l-intrapriża; billi dawn l-impriżi għandhom ikunu ipprojbiti milli jaċċettaw fornimenti ta’ patata li ma tkunx koperta b’kuntratt ta’ kultivazzjoni, minħabba li dan joħloq riskju għall-effettività tas-sistema ta’ kwota u tal-ħtiġiet li l-prezz minimu permezz ta’ l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jitħallas għal patata kollha intenzjonata għal produzzjoni tal-lamtu; billi, b’dankollu, għandu jkun possibbli, meta raġunijiet ta’ klima jwasslu għal produzzjoni f’oqsma koperti mill-kuntratt ta’ kultivazzjoni ta’ kwantità akbar ta’ patata jew ta’ patata b’kontenut għola ta’ lamtu milli kien oriġinalment previst, għal intrapriża li tipproduċi l-lamtu tal-patata li taċċetta dik il-patata basta li tħallas il-prezz minimu, li hemm referenza dwaru hawn fuq; Billi patata li jkollha kontenut ta’ lamtu ta’ anqas minn 13 % ma tistax titqies bħala patata intenzjonata għal manifattura ta’ lamtu tal-patata fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92; billi patata b’kontenut ta’ lamtu ta’ anqas minn 13 % m’għandiex tkun aċċettata minn impriżi li jipproduċu l-lamtu; billi l-Kummissjoni għandha, meta raġunijiet ta’ klima jwasslu għal kontenut aktar baxx ta’ lamtu, fuq talba ta’ Stat Membru, tkun tista’ tawtorizza l-aċċettazzjoni ta’ patata li jkollha kontenut ta’ lamtu ta’ mhux anqas minn 12,8 %; Billi, għal raġuni ta’ kjarezza, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1543/93 li huma kompatibbli ma’, u meħtieġa għal, l-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwota għandhom ikunu inkorporati f’dan ir-Regolament; Billi huwa meħtieġ li jkunu definiti metodi aċċettabli għad-determinazzjoni tal-piż taħt l-ilma ta’ patata u biex tkun provduta tabella li turi l-kontenut korrispondenti tal-lamtu u għajnuna pagabbli; Billi miżuri ta’ spezzjonar għandhom ikunu introdotti biex jassiguraw li dak il-lamtu biss prodott bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jagħti bidu għal pagamenti kumpensatorji jew għal pagamenti ta’ premium; Billi, sabiex ikunu protetti produtturi ta’ patata intenzjonata għal produzzjoni ta’ lamtu, huwa essenzjali li l-prezz minimu stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jitħallas għal patata kollha; billi huwa għalhekk meħtieġ li jsir provediment għal sanzjonijiet metal-prezz minimu ma jkunx tħallas, jew meta l-impriżi jkunu aċċettaw patata li ma tkunx koperta f’kuntratt tal-kultivazzjoni; Billi regoli huma meħtieġa biex jassiguraw li lamtu tal-patata prodotta b’eċċess tas-subkwota ta’ intrapriża tkun esportata mingħajr rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, kif meħtieġ bl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94; billi għandhom ikunu applikati sanzjonijiet fil-każ ta’ xi ksur; Billi huwa meħtieġ li jkun speċifikat x’għandu jiġri għas-subkwota ta’ impriżi li jingħaqdu, jibdlu s-sidien jew li ma jibqgħux aktar fin-negozju; Billi, sabiex tiffaċilita li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkontrollaw l-operazzjoni tas-sistema tal-kwota, l-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata minn impriżi li jipproduċu lamtu tal-patata, lill-Istat Membru u mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, għandhom ikunu speċifikati; Billi, ladarba r-Regolament (KEE) Nru 1543/93 għandu jkun imħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 1995, f’liema data s-sistema ta’ kwota tidħol fis-seħħ, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1711/93 [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1993/94 [6], għandu jkun imħassar; Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Amministrazzjoni għaċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: It-Titolu I DEFINIZZJONIJIET — SISTEMA TA’ KWOTA L-Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli: (a) kwota: il-kwota pprovduta għal kull Stat Membru bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94; (b) subkwota: dik il-parti tal-kwota allokata mill-Istat Membru lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu; (ċ) impriżi li jipproduċu l-lamtu: - kull persuna naturali jew legali stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat li tkun irċeviet il-premium li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1543/93 matul is-snin tas-suq 1990/91, 1991/92 u 1992/93 jew matul is-sena tas-suq 1992/93, - bħala deroga mill-ewwel inċiż, fil-każ ta’ l-investimenti li hemm referenza dwarhom fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 fil-Ġermanja, kull persuna naturali jew legali li tibda l-produzzjoni matul is-sena tas-suq 1996/97 bi qbil ma' l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament; (d) produttur: kull persuna naturali jew legali jew grupp ta’ persuni bħal dawn, li jikkonsenjaw lill-impriża li tipproduċi l-lamtu patata prodotta minnu jew mill-membri tiegħu, f’ismu u għalih permezz ta’ kuntratt ta’ kultivazzjoni li jkun konkluż minnu jew f’ismu; (e) kuntratt ta’ kultivazzjoni: xi kuntratt konkluż bejn produttur jew grupp ta’ produtturi u l-impriżi li jipproduċu l-lamtu; (f) patata: patata intenzjonata għall-manifattura ta’ lamtu tal-patata kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u li jkollu kontenut ta’ lamtu ta’ mill-anqas 13 %; (g) lamtu mhux proċessat: lamtu prodott taħt kodiċi NM 11081300 li ma jkunx għadda minn xi proċessar; (h) il-għaqda ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu: il-konsolidazzjoni f’intrapriża waħda ta’ tnejn jew aktar impriżi li jipproduċu l-lamtu; (i) trasferiment ta’ proprjetà ta’ l-intrapriża li tipproduċi l-lamtu: l-assenjazzjoni jew il-ġabra ta’ l-assi ta’ intrapriża li jkollha subkwota, lejn waħda jew aktar impriżi li jipproduċu l-lamtu; (j) trasferiment ta’ proprjetà ta’ fabbrika li tipproduċi l-lamtu: l-assenjazzjoni ta’ proprjetà ta’ unità teknika, inkluż l-impjant kollu meħtieġ għal manifattura ta’ lamtu, lill-waħda jew aktar impriżi, li jirriżultaw f’assorbiment parzjali jew totali fil-lokalità mbiegħda ta’ l-intrapriża li tagħmel l-assenjazzjoni; (k) kiri tal-fabbrika: il-kuntratt tal-kirja ta’ unità teknika inkluż l-impjant kollu meħtieġ għal manifattura ta’ lamtu, bil-għan ta’ l-operat tiegħu, konkluż għal perjodu ta’ mill-anqas tliet snin tas-suq konsekuttivi ma’ intrapriża li hija stabbilita fl-istess Stat Membru bħal fabbrika f’dak il-każ, jekk, wara li l-kirja tkun effettiva, l-intrapriża li tikri l-fabbrika tista’ tkun meqjusa bħala intrapriża waħdanija li tipproduċi l-lamtu għal produzzjoni kollha tagħha. L-Artikolu 2 1. Għas-snin tas-suq 1995/96, 1996/97 u 1997/98, il-kwota li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 għandha tkun allokata qabel it-8 ta’ Marzu 1995 lill-impriżi li jipproduċu lamtu tal-patata fl-Istat Membru tal-produzzjoni. L-allokazzjoni għandha tqis: - jew l-ammont medju tal-lamtu tal-patata prodott minn kull intrapriża fis-snin tas-suq 1990/91, 1991/92 u 1992/93 li dwarhom il-premium li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1543/93 kien imħallas, - jew l-ammont ta’ lamtu prodott minn kull intrapriża matul is-sena tas-suq 1992/93 li dwaru il-premium kien ġie mħallas; u, fejn xieraq, il-kapaċità ġdida maħluqa b’investimenti li jkunu meqjusa bi qbil ma’ l-Artikolu 3. 2. Il-kwantitajiet totali stabbiliti bi qbil mal-paragrafu 1 għandhom, fejn meħtieġ, ikunu aġġustati proporzjonalment kif meħtieġ mill-kwota. 3. Meta l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 jkun applikabbli, is-subkwota allokata għandha tkun aġġustata kif xieraq fil-bidu tas-sena tas-suq li tiġi wara dik li fiha l-kwota tkun ġiet misbuqa. L-Artikolu 3 1. Bla ħsara għall-kondizzjonijiet ipprovduti hawn taħt, l-Istat Membru għandu jqis l-investimenti attwalment magħmula qabel il-31 ta’ Jannar 1994 li ma jkunux taw bidu għal produzzjoni tal-lamtu fil-perjodu ta’ referenza magħżul minn dak l-Istat Membru: (a) il-pjan ta’ l-investiment li fuqu l-kapaċità ġdida tal-produzzjoni għandha tkun ibbażata għandha tkun sottomessa lill-awtorità kompetenti; (b) il-pjan għandu jistma l-kapaċità l-ġdida tal-produzzjoni li aktarx tkun maħluqha bl-investimenti ippjanati; (ċ) għandhom jitqiesu pjanijiet biss li huma intenzjonati biex iżidu l-kapaċità tal-produzzjoni b’mill anqas 5 % f’termini ta’ jew il-kapaċità ta’ kuljum jew ta’ jiem tax-xogħol żejda ’l fuq u aktar mill-perjodu normali tal-manifattura fl-intrapriża; (d) investiment biss attwalment magħmul qabel il-31 ta’ Jannar 1994 permezz tal-pjan sottomess u li jammonta mill-anqas għal 10 % tan-nefqa totali kif ikkalkulata fil-pjan għandha tkun ikkunsidrata u dan biss fil-livell attwalment milħuq; (e) kull intrapriża affetwata b’dan il-paragarafu għandha tissottometti applikazzjoni b’raġunijiet, akkompanjata bid-dokumenti ta’ sostenn kollha disponibbli, lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru sat-8 ta’ Frar 1995. 2. Għas-sena tas-suq 1996/97, il-Ġermanija hija awtorizzata li tagħmel użu tar-riserva sa 110000 tunnellati, basta li: (a) il-kwota tagħha inizjali tkun allokata kollha bi qbil ma’ l-Artikolu 2 mhux aktar tard mit-8 ta’ Marzu 1995; (b) is-subkwoti li jsiru disponibbli wara t-8 ta’ Marzu 1995 bħala riżultat ta’ waqfien ta’ kummerċ ikunu utilizzati kollha qabel il-31 ta’ Marzu 1996 bi qbil ma’ l-Artikolu 17(3); (ċ) ir-riserva hija utilizzata biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’ investimenti irriversibli magħmula qabel il-31 ta’ Jannar 1994 b’konformità mal-kondizzjonijiet mitluba fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tas-subparagrafu (d); (d) il-Ġermanja tipprovdi l-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom hawn fuq u tibgħat dawn immedjatament lill-Kummissjoni qabel l-allokazzjoni tar-riserva. Għas-sena tas-suq 1997/98, il-produzzjoni attwali biss fl-1996/97, suġġett għal-limitu massimu ta’ 110000 tunnellati, għandha toħloq id-dritt għal subkwota supplementari. It-Titolu II SISTEMA TA’ PREZZ U PREMIUM L-Artikolu 4 1. Kuntratt ta’ kultivazzjoni għandu jkun konkluż għal kull sena tas-suq. Kull kuntratt għandu jkollu numru ta’ identifikazzjoni u jinkludi mill-anqas din l-informazzjoni: - l-isem u l-indirizz tal-produttur jew grupp ta’ produtturi, - l-isem u l-indirizz ta’ l-intrapriża li tipproduċi l-lamtu, - l-oqsma kkultivati, b’ettari u ari, - il-kwantità ta’ patata f’tunnellati li għandha tinħasad hemm u mwassla lill-intrapriża, - il-medja tal-kontenut ta’ lamtu tal-patata, ibbażata fuq il-medja tal-kontenut ta’ lamtu fil-patata mwassla mill-produttur lill-intrapriża matul l-aħħar tliet snin tas-suq jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, il-medja tal-kontenut għaż-żona tal-fornitura, - impenn mill-intrapriża li tħallas lill-produttur il-prezz minimu li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92. 2. Kull impriża li tipproduċi l-lamtu għandha tgħaddi lill-awtorità kompetenti sal-31 ta’ Mejju li jippreċedi s-sena tas-suq f’dak il-każ, sommarju tal-kuntratti, inkluż għal kull kuntratt, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem tal-produttur u t-tunnellaġġ ikkontrattat, espressi f’termini ta’ ekwivalenti tal-lamtu. 3. It-total f’lamtu ekwivalenti tal-kwantitajiet imniżżla fil-kuntratti tal-kultivazzjoni m’għandhomx jeċċedu is-subkwota stabbilita għal dik l-impriża. 4. Meta l-kwantità attwalment prodotta permezz tal-kuntratt ta’ kultivazzjoni f’lamtu ekwivalenti jeċċedi l-kwantità mistqarra fil-kuntratt, dik il-kwantità tista’ tkun konsenjata, jekk l-impriża hekk tagħżel, basta li l-prezz minimu li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jitħallas għaliha. 5. Impriża ma tistax taċċetta kunsinna ta’ patata li ma tkunx koperta b’kuntratt ta’ kultivazzjoni. L-Artikolu 5 Manifatturi tal-lamtu għandhom jaċċettaw il-kunsinna ta’ patata jew fl-impriżi li jipproduċu l-lamtu huma stess jew fil-postijiet ta’ fejn ikunu ikkonsenjati. L-operazzjonijiet deskritti fl-Artikoli 6 u 8 għandhom jitwettqu fl-istess waqt tal-kunsinna u taħt l-awtorità ta’ spettur approvat mill-Istat Membru. L-Artikolu 6 1. Meta hekk meħtieġ għall-iskopijiet ta’ wieħed mill-metodi li hemm referenza dwarhom fl-Anness I, il-piż gross tal-patata għandu jkun iddeterminat għal kull tagħbija filwaqt tal-kunsinna b’użu komparattiv ta’ l-ippeżar tal-mezzi tat-trasport użat, mgħobbi u vojt. 2. L-impriżi għandhom jirrifjutaw il-konsenji li jkollhom kontenut ta’ lamtu ta’ anqas minn 13 %. B’dankollu, mal-wasla ta’ talba b’raġunijiet minn l-Istat Membru, deroga minn din id-deċiżjoni tista’ tingħata, partikolarment għal raġunijiet ta’ klima, u kontenut ta’ lamtu ta’ mhux anqas minn 12,8 % aċċettat. F’dak il-każ il-prezz minimu li għandu jitħallas għandu jkun dak ta’ kontenut ta’ lamtu ta’ 13 %. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli biex timplimenta dan il-paragrafu bi qbil mal-proċedura mitluba fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1766/92. 3. Il-piż nett tal-patata għandu jkun iddeterminat b’wieħed mill-metodi deskritti fl-Anness I. L-Artikolu 7 1. Il-premium għandu jingħata lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu rigward il-lamtu prodott minn patata ta’ kwalità tajba u kummerċjabbli, fuq il-bażi tal-kwantità tal-patata użata u tal-kontenut tal-lamtu fihom, bir-rati mitluba fl-Anness II sal-kwantità ta’ lamtu li dwarha jkollhom is-subkwota. Meta l-kontenut ta’ lamtu tal-patata jkun ikkalkulat bl-iskala Reimenn jew Parrow u jikkorrespondi għal figura li tidher fit-tieni jew it-tielet linji tat-tieni kolonna ta’ l-Anness II, ir-rati applikabbli għandhom ikunu dawk fit-tieni jew it-tielet linja. 2. Meta il-lottijiet ikkonsenjati jkun fihom 25 % jew aktar ta’ patata li tgħaddi minn għarbiel b’xibka ta’ 28 mm (minn hawn il quddiem imsejħa bħala "trufijiet"), il-piż nett użat biex ikun iddeterminat il-prezz minimu li għandu jitħallas minn manifattur tal-lamtu għandu jitnaqqas kif ġej: Persentaġġ ta’ trufijiet | Persentaġġ ta’ tnaqqis | 25 sa 30 % | 10 % | 31 sa 40 % | 15 % | 41 sa 50 % | 20 % | Jekk il-lottijiet ikun fihom 50 % ta’ trufijiet, dawn għandhom ikunu ttrattati bi ftehim reċiproku u l-ebda premium m’għandu jitħallas dwarhom. Il-persentaġġ ta’ trufijiet għandu jkun iddeterminat fl-istess waqt tal-piż nett. 3. Osservanza tal-limiti tas-subkwota minn impriżi għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tal-kwantità u l-kontenut ta’ lamtu tal-patata użata, bi qbil mar-rati mitluba fl-Anness II. L-Artikolu 8 Il-kontenut ta’ lamtu ta’ patata għandu jkun determinat fuq il-bażi ta’ piż validu taħt l-ilma għal 5050 grammi ta’ patata ikkonsenjata. L-ilma wżat għandu jkun nadif u mingħajr addittivi u li t-temperatura tiegħu għandha tkun anqas minn 18o C. L-Artikolu 9 1. Formola ta’ l-irċevuta għandha titħejja permezz tar-responsabbilità konġunta ta’ l-impriża li tipproduċi l-lamtu, l-ispettur li japprova u l-fornitur. L-impriża għanda tikkonsenja kopja lill-produttur u żżomm l-oriġinali sabiex tkun tista’, jekk meħtieġ, tissottomettiha lill-aġenzija responsabbli għas-sorveljar tal-premiums. 2. Il-formola ta’ l-irċevuta għandha jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni li ġejja meta din tidher mill-operazzjonijiet imwettqa bis-saħħa ta’ l-Artikoli 5 sa 8: - id-data tal-kunsinna, - in-numru tal-kunsinna, - in-numru tal-kuntratt tal-kultivazzjoni, - isem u indirizz tal-produttur tal-patata, - il-piż tal-mezz tat-trasport mal-wasla fil-fabbrika tal-lamtu jew il-post tal-kunsinna, - il-piż tal-mezzi tat-trasport wara l-ħatt u t-tneħħija tal-ħamrija residwa, - il-piż gross tal-kunsinna, - it-tnaqqis ta’ materjal estranju u l-piż ta’ l-ilma assorbit matul il-ħasil, espress bħala persentaġġ u applikat għal piż gross tal-kunsinna, - it-tnaqqis, espressi f’piż, applikat għal piż gross tal-kunsinna bħala riżultat ta’ materja estranju, - persentaġġ ta’ trufijiet, - il-piż nett totali tal-kunsinna (piż gross bit-tnaqqis, inkluża l-korrezzjoni għat-trufijiet), - il-kontenut ta’ lamtu, espress bħala persentaġġ jew piż taħt l-ilma, - l-unità tal-piż li għandu jitħallas. L-Artikolu 10 Għal kull produttur, l-impriża li tipproduċi l-lamtu għandha tħejji sommarju tal-pagament li jkun fih dawn il-partikolaritajiet: - l-isem tan-negozju ta’ l-impriża li tipproduċi l-lamtu, - isem u indirizz tal-produttur tal-patata, - in-numru tal-kuntratt tal-kultivazzjoni, - id-data u n-numru mal-formoli ta’ l-irċevuta, - piż nett ta’ kull kunsinna wara xi tnaqqis kif hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 9(2), - l-unità tal-prezz kull kunsinna, - l-ammont totali dovut lil dak li jkabbar, - somom imħallsa lill-produttur tal-patata u d-data tal-pagamenti, - il-firma u t-timbru tal-manifattur tal-lamtu. It-Titolu III PAGAMENTI — PENALITAJIET L-Artikolu 11 1. Dawn il-pagamenti għandhom ikunu suġġetti għal-ħtiġiet mitluba hawn taħt: (a) fil-każ ta’ pagament kumpensatorju li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, għal ħtiġiet li l-prova tkun ipprovduta għal prezz ta’ mhux anqas minn dak li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament kien ġie mħallas fl-stadju ta’ kunsinna-lejn-fabbrika bi qbil mar-rati mitluba fl-Anness II; (b) fil-każ tal-premium li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1868/94, bil-kondizzjoni li: - l-impriża tipprovdi prova li hi tkun ipproduċiet il-lamtu f’dak il-każ matul is-sena tas-suq ikkonċernata, u li - l-impriża tipprova li tkun ħalset prezz ta’ mhux anqas minn dak li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, fl-istadju tal-kunsinna-lejn-il-fabbrika għal kwantità kollha ta’ patata prodotta fil-Komunità, użata għal produzzjoni ta’ lamtu u koperta b’kuntratti ta’ kultivazzjoni li kemm referenza dwarha fl-Artikolu 4. 2. Il-prova li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun fornuta bis-sottomissjoni tal-karta ta’ pagament sommarju li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 10, akkumpanjat jew minn ċertifikazzjoni ta’ pagament mill-produttur jew minn fattura maħruġa mill-impriża finanzjarja li tkun għamlet il-pagament sabiex il-manifattur tal-lamtu, jiċċertifika li dak il-pagament ikun seħħ. L-Artikolu 12 Il-premium u l-pagament kumpensatorju għandu jitħallas mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-lamtu tal-patata kien ġie manifatturat matul erba xhur mid-data li fiha l-prova li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 11 kienet ġiet fornuta. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn xahar wieħed wara li jkun għamel dawk il-pagamenti, bil-kwantità ta’ patata li dwarha l-premium u l-pagament kumpensatorju jkun tħallas. L-Artikolu 13 1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu arrangamenti għal verifika fuq il-post ta’ l-operazzjonijiet li jagħtu intitolament għal-premium u pagament kumpensatorju u b’konformità mas-subkwota mitluba għal kull impriża li tipproduċi l-lamtu. Sabiex jitwettqu dawn il-verifiki, spetturi għandhom ikollhom aċċess għar-reġistri tal-ħażniet u l-kontijiet ta’ l-impriżi u tal-lokalitajiet tal-manifattura u tal-ħażna. Matul kull perjodu ta’ proċessar, l-ispezzjoni għandha tkopri l-ipproċessar kollu ta’ mill-anqas 10 % tal-patata kkonsenjata lill-impriża. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill kull impriża li tipproduċi l-lamtu, kif xieraq, bl-ammonti ta’ lamtu li bihom tkun eċċediet is-subkwota tagħha. 3. Jekk il-korp kompetenti jistabbilixxi li l-obligazzjonijiet speċifikati fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 11(1)(b) ma jkunux ġew rispettati mill-impriża, dik l-impriża għandha, fin-nuqqas ta’ forza maġġuri, titlef l-intitolament għal premiums, totalment jew f’parti, kif ġej: - jekk l-obbligi ma kienux ġew osservati f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwantità tal-lamtu anqas minn kwantità totali ta’ lamtu prodott mill-impriża, il-premium mogħti għandu jitnaqqas b’ħames darbiet il-persentaġġ f’dak il-każ, - jekk il-persentaġġ f’dak il-każ ikun 20 jew aktar, l-ebda premium m’għandu jingħata. 4. Jekk tkun stabbilita kontravenzjoni tal-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 4(5), il-premium mħallas għas-subkwota għandu jkun imnaqqas kif ġej: - jekk il-verifika turi kwantità ta’ lamtu ekwivalenti aċċettat mill-impriża ta’ anqas minn 10 % tas-subkwota tiegħu, il-premium totali li għandu jitħallas lill-impriża għas-sena tas-suq f’dak il-każ għandu jkun imnaqqas b’10 darbiet tal-persentaġġ f’dak il-każ, - jekk il-kwantità mhux koperta b’kuntratti ta’ produzzjoni tkun akbar mill-ammont speċifikat fl-ewwel inċiż, l-ebda premium m’għandu jingħata għas-sena tas-suq f’dak il-każ. Aktar minn hekk, l-ebda premium m’għandu jitħallas lill-impriża għas-sena tas-suq ta’ wara. 5. Spezzjonijiet magħmula bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal aktar verifika mill-awtoritajiet kompetenti. L-Artikolu 14 1. L-operazzjoni ta’ l-esportazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1868/94 għandha titqies li seħħet meta: (a) il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-produzzjoni, irrispettivament mill-Istat Membru minn fejn il-lamtu jkun ġie esportat, irċieva l-prova li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 15(2); (b) l-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni jkun aċċetta d-dikjarazzjoni rilevanti ta’ l-esportazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar ta’ wara it-tmiem tas-sena tas-suq li matulha il-lamtu kien prodott; (ċ) il-lamtu f’dak il-każ ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità mhux aktar tard minn 60 jum wara l-1 ta’ Jannar kif speċifikat f (b); (d) il-prodott ikun ġie esportat mingħajr rifużjonijiet. Ħlief fil-każijiet ta’ forza maġġuri, jekk il-kondizzjonijiet kollha mitluba fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew segwiti, kull kwantità ta’ lamtu li teċċedi s-subkwota għandha tkun meqjusa bħala li kienet nbiegħet fis-suq intern. 2. F’każijiet ta’ forza maġġuri, il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-lamtu kien prodott għandu jadotta miżuri xierqa għaċ-ċirkostanzi iċċitati mill-parti kkonċernata. Meta l-lamtu jkun esportat mit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkux dak ta’ fejn kien prodott, dawn il-miżuri għandhom jittieħdu wara li jkun irċieva l-opinjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. 3. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 34 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 [7] ma jistax ikun invokat. L-Artikolu 15 1. Bħala deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 891/89 [8], il-garanzija għall-liċenzja għandha tkun ta’ ECU 23 kull tunnellata. 2. Prova li l-impriża li tipproduċi l-lamtu f’dak il-każ tkun segwiet il-kondizzjonijiet mitluba fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1) għandha tkun fornuta lill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-terrirorju tiegħu l-lamtu kien prodott, qabel l-1 ta’ April tas-sena kalendarja ta’ wara t-tmiem tas-sena tas-suq li matulha kien ġie prodott. 3. Prova bħal din għandha tkun fornuta bil-produzzjoni ta’: (a) liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa lill-impriża f’dak il-każ mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 u li jkollha fuqha waħda minn dawn l-istqarrijiet, bħala deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1620/93 [9]: - "Para exportación sin restitución, de conformidad con el artículo 6 del Reglamento (CE) no 1868/94", - "Skal eksporteres uden restitution, jf. artikel 6 i forordning (EF) nr. 1868/94", - "Ausfuhr ohne Erstattung gemaess Artikel 6 der Verordnung (EG) Nr. 1868/94", - "Προς εξαγωγή χωρίς επιστροφή σύμφωνα με το άρJρο 6 του κανονισμού (EK) αριJ. 1868//94", - "For export without refund under Article 6 of Regulation No (KE) 1868/94", - "À exporter sans restitution conformément à l’article 6 du règlement (CE) no 1868/94", - "Da esportare senza restituzione a norma dell’articolo 6 del regolamento (CE) n. 1868/94", - "Overeenkomstig artikel 6 van Verordening (EG) nr. 1868/94 zonder restitutie uit te voeren", - "A exportar sem restituiçao em conformidade com o artigo 6.o do Regulamento (CE) n.o 1868/94", - "Viedaejaen tuetta asetuksen (EY) N:o 1868/94 6 artiklan mukaisesti", - "Foer export utan exportbidrag enligt artikel 6 i foerordning (EG) nr 1868/94"; (b) id-dokumenti li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 30 u 31 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [10] meħtieġa għar-rilaxx tal-garanzija; (ċ) stqarrija mill-impriża li tiċċertifika li tkun ipproduċiet il-lamtu; u (d) fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 4, meta jseħħ it-teħid mill-ħażniet: - qabel l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 14(1)(b), prova addizzjonali pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tkun seħħet il-ħażna, jew - wara l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 14(1)(b), aktar prova fit-tifsira ta’ l-Artikolu 31(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, ipprovduta mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru bejn tkun seħħet il-ħażna. Fiż-żewġ każi, il-prova l-oħra għandha turi t-teħid mill-ħażniet ta’ prodott f’dak il-każ jew il-kwantità sostituta korrespondenti fil-qofol ta’ dak li jfisser il-paragrafu 4. 4. Meta l-lamtu mhux ipproċessat li jkun prodott minn impriża li tipproduċi l-lamtu jkun maħżun għal esportazzjoni f’silo, maħżen jew f’kontenitur ’il barra mill-fabbrika tal-manifattur fl-Istat Membru tal-produzzjoni, jew f’xi Stat Membru ieħor, fejn lamtu ieħor mhux ipproċessat prodott minn impriżi oħra jew mill-istess waħda jkun ukoll maħżun hekk li l-prodotti maħżuna ma jkunux jistgħu jiġu fiżikament identifikati, dawk il-prodotti kollha għandhom jitqiegħdu taħt is-superviżjoni amministrattiva li toffri garanziji ekwivalenti bħal dawk ta’ servizzi tad-dwana sakemm id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 14(1)(b) tkun ġiet aċċettata, u għandhom jitqiegħdu taħt is-superviżjoni doganali malli d-dikjarazzjoni tkun aċċettata. L-Artikolu 16 1. L-Istat Membru konċernat għandu jimponi fuq il-kwantitajiet li jikkonsidra li kienu ġew disposti fis-suq intern, fit-tifsira tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1), dritt ugwali għal: - fil-każ ta’ lamtu mhux ipproċessat jew xi prodott sekondarju fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1620/93, għal komponent ta’ tariffa fissa kull tunnellata ta’ lamtu jew prodott sekondarju matul is-sena tas-suq li fiha l-lamtu jew il-prodott sekondarju jkun ġie prodott, - fil-każ ta’ lamtu modifikat jew ta’ prodott sekondarju ieħor li jidħol fl-Anness II tat-Trattat imma li jaqa’ fl-iskop tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/94 [11], għal komponenti tat-tariffa fissa ta’ ECU 277 kull tunnellata flimkien ma dazju ad valorem applikabbli għal prodott f’dak il-każ. 2. L-Istat Membru konċernat għandu, qabel l-1 ta’ Mejju ta’ wara l-1 ta’ Jannar kif speċifikat fl-Artikolu 14(1)(b), jinnotifika lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu bl-ammont totali li għandu jitħallas. Dak l-ammont totali għandu jitħallas mill-impriżi f’dak il-każ mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju ta’ dik is-sena. L-Artikolu 17 1. Fil-każ ta’ għaqda jew trasferiment ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu u fil-każ tat-trasferiment tal-fabriki tal-lamtu, il-kwoti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 għandhom ikunu aġġustati kif ġej: (a) fil-każ ta’ għaqda ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu, l-Istat Membru għandu jalloka lill-impriża li tirriżulta mill-għaqda subkwota ugwali għas-somma tas-subkwoti allokati qabel il-għaqda lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu kkonċernati; (b) fil-każ ta’ trasferiment ta’ l-impriża li tipproduċi l-lamtu, l-Istat Membru għandu jalloka lill-impriża li lilha jkun sar it-trasferiment is-subkwota ta’ l-impriża trasferita. Meta jkun hemm aktar minn impriża waħda li jieħdu t-trasferiment, is-subkwota għandha tkun allokata bi proporzjon tal-produzzjoni ta’ lamtu li kull waħda tkun assorbiet; (ċ) fil-każ ta’ trasferiment ta’ fabbrika tal-lamtu, l-Istat Membru għandu jnaqqas is-subkwota ta’ l-impriża li tittrasferixxi l-proprjetà tal-fabbrika u jżid is-sub kwota lill-impriża jew impriżi li jipproduċu l-lamtu li jkunu xtraw il-fabbrika f’dak il-każ bil-kwantità mnaqqsa, fi proporzjon tal-produzzjoni assorbita. 2. Fil-każ ta’ għeluq, f’ċirkostanzi apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, ta’: (a) impriżi li jipproduċu l-lamtu; (b) waħda jew aktar fabriki ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu, l-Istat Membru jista’ jalloka is-subkwoti involuti b’dak l-għeluq lill-waħda jew aktar impriżi li jipproduċu l-lamtu. 3. Fil-każ tal-kiri ta’ fabbrika li tappartieni lill-impriża li tipproduċi l-lamtu, l-Istat Membru għandu jnaqqas is-subkwota ta’ l-impriża li toffri l-fabbrika għal kiri u għandu jalloka l-porzjon li biegħ is-subkwota tkun ġiet imnaqqsa lill-impriża li tikri il-fabbrika sabiex tipproduċi il-lamtu fiha hi. Jekk il-kirja tkun itterminata qabel it-terminu li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1(k), l-aġġustament tas-subkwota bis-saħħa tas-subparagrafu preċedenti għandu jkun ikkanċellat mill-Istat Membru b’effett retroattiv mid-data li fiha l-kirja tkun bdiet. L-Artikolu 18 Il-miżuri li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 17 għandu jkollhom effett meta l-għeluq ta’ l-impriża jew fabbrika, il-għaqda jew it-trasferiment iseħħu: (a) bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, għas-sena tas-suq kurrenti matul dak il-perjodu; (b) bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Ġunju ta’ l-istess sena, għas-sena tas-suq ta’ wara dak il-perjodu. It-Titolu IV NOTIFIKAZZJONIJIET L-Artikolu 19 1. Stat Membru għandu jinnotifika l-allokazzjoni tal-kwota li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu konċernati mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 1995, u għandu immedjatament jgħaddi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. 2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena tas-suq, l-impriżi li jipproduċu l-lamtu għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bi: - l-kwantitajiet ta’ patata tal-lamtu li tkun ikkwalifikat permezz ta’ l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92; - il-kwantitajiet ta’ lamtu li fir-rigward tagħhom il-premium imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 ikun tħallas. 3. Meta l-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 17 ikun applikabbli, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata u jagħtu xiehda li l-kondizzjonijiet mitluba f’dawk l-Artikoli jkunu tħarsu mhux aktar tard mit-31 ta’ Ġunju ta’ kull sena tas-suq. L-Artikolu 20 Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena tas-suq bi: - l-kwantitajiet ta’ patata tal-lamtu li tkun ikkwalifikat permezz ta’ l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, - il-kwantitajiet ta’ lamtu li fir-rigward tagħhom il-premium imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1868/94 ikun tħallas, - il-kwantitajiet u s-subkwoti għall-impriżi li jipproduċu l-lamtu kkonċernati bl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94, - il-kwantitajiet msemmija fl-Artikolu 13(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament, - il-kwantitajiet msemmija fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament. It-Titolu V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI L-Artikolu 21 Ir-rata tal-kambju li għandha tkun użata biex turi l-prezz minimu, il-premium u l-pagament kumpensatorju fil-munita nazzjonali għandha tkun dik valida fil-jum li fih il-patata tkun waslet għand il-manifattur tal-lamtu. L-Artikolu 22 Ir-Regolament (KEE) Nru 1711/93 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 1995. L-Artikolu 23 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Lulju 1995, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 1, 2 u 3, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Jannar 1995. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. [2] ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 1. [3] ĠU L 154, tal-25.6.1993, p. 4. [4] ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 4. [5] ĠU L 159, ta’ l-1.7.1993, p. 84. [6] ĠU L 200, tat-3.8.1994, p. 13. [7] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1. [8] ĠU L 94, tas-7.4.1989, p. 13. [9] ĠU L 155, tas-26.6.1993, p. 29. [10] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1. [11] ĠU L 136, tal-31.5.1994, p. 5. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Metodu A Il-piż nett tal-patata huwa ddeterminat bit-teħid ta’ kampjuni. Kampjuni meħuda minn diversi partijiet tal-mezzi tat-trasport użat u fi tliet livelli differenti, jiġifieri l-livelli ta’ fuq, tan-nofs u ta’ isfel. Il-ħamrija residwa hija mneħħija qabel mal-mezzi tat-trasport jintiżnu vojt. Kampjuni meħudha għal verifika ta’ piż għandhom jiżnu mhux anqas minn 20 kilogramma. Il-patata individwali tkun maħsula. Imnaddfa minn xi materja estranja u miżuna mill-ġdid. Il-piż li jirriżulta huwa mnaqqas bi 2 % biex jippermetti għal kwantità ta’ ilma assorbit matul il-ħasil. Ir-riżultat jikkonstitwixxi it-tnaqqis totali li għandu jkun applikat għal 1000 kilogrammi ta’ patata. Metodu B Il-patata li tikkonstitwixxi lott minn kultivatur wieħed tinġabar f’silo. Il-patata tinħasel, il-materjal estranju mneħħi u t-total attwali tal-piż tal-patata fis-silo tkun determinata, bi tħollija ta’ marġini ta’ 2 % għall-ilma assorbit. Metodu Ċ 1. Dan il-metodu biex ikun iddeterminat il-piż attwali tal-patata għandu japplika meta lottijiet ta’ patata minn kultivaturi differenti jkunu miġbura fl-istess silo, iżda l-kultivaturi għandhom l-ewwel qablu rigward l-użu ta’ dan il-metodu. Qabel ma t-total tal-piż attwali tal-lottijiet ikun iddeterminat, il-piż nett ta’ kull lot għandu jkun iddeterminat permezz ta’ Metodu A. 2. Il-patata miġbura fis-silo tkun imbagħad maħsula, il-materjal estranju mneħħi u t-total attwali tal-piż tal-patata jkun iddeterminat, bi tħollija ta’ marġini ta’ 2 % għall-ilma assorbit. 3. Jekk il-piż totali tal-lottijiet ta’ patata maħsula jkun differenti mis-somma tal-piżijiet akkwistati permezz ta’ Metodu A, il-korrezzjoni li ġejja għandha tkun applikata: il-piż totali msemmi fil-punt 2 hawn fuq huwa immoltiplikat bil-piż nett akkwistat permezz ta’ Metodu A għal kull lott kif imiss. Kull riżultat ikun diviż bit-total tal-piż nett tal-lottijiet kif iddeterminat permezz ta’ Metodu A. -------------------------------------------------- ANEXO IIBILAG IIANHANG IIΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IIANNEX IIANNEXE IIALLEGATO IIBIJLAGE IIANEXO IILIITE IIBILAGA II Peso bajo agua de 5050 g de patatas(en gramos) | Tenor en fécula de patatas(en porcentaje) | Cantidad de patatas necesarias para la fabricación de 1000 kg de fécula(en kilogramos) | Precio mínimo a percibir por los productores para 1000 kg de patatas(en ecus) | Prima a percibir por el fabricante de fécula para 1000 kg de patatas(en ecus) | Pago compensatorio que debe percibir el productor por 1000 kg de patatas(en ecus) | Vægt under vand af 5050 g kartofler(g) | Kartoflernes stivelsesindhold(vægtprocent) | Kartoffelmængde, der medgår til fremstilling af 1000 kg stivelse (kg) | Producentens mindstepris pr. 1000 kg kartofler(ECU) | Præmie af betale kartoffelstivelsesfabrikanten pr. 1000 kg kartofler(ECU) | Udligningsbeløb, som producenten modtager for 1000 kg kartofler(i ECU) | Unterwassergewicht von 5050 g Kartoffeln(in Gramm) | Stärkegehalt der Kartoffeln(in Prozent) | Zur Erzeugung von 1000 kg Kartoffelstärke nötige Kartoffelmenge(in Kilogramm) | Dem Erzeuger für 1000 kg Kartoffeln zu zahlender Mindestpreis(in ECU) | Dem Stärkeerzeuger für 1000 kg Kartoffeln zu zahlende Prämie(in ECU) | Dem Erzeuger für 1000 kg Kartoffeln zu zahlende Ausgleichszahlung(in ECU) | Βάρος υπό το ύδωρ 5050 g πατατών(σε γραμμάρια) | Περιεκτικότητα σε άμυλο των πατατών (%) | Ποσότητα πατατών απαραίτητη για παραγωγή 1000 kg αμύλου(σε χιλιόγραμμα) | Ελάχιστη τιμή προς είσπραξη από τον παραγωγό για 1000 kg πατατών (σε Ecu) | Πριμοδότηση προς πληρωμή στον παραγωγό για 1000 kg πατατών(σε Ecu) | Εξισωτική πληρωμή που καταβάλλεται στον παραγωγό για 1000 kg πατατών(σε Ecu) | Underwater weight of 5050 g of potatoes(grams) | Starch content of potatoes(%) | Quantity of potatoes for the manufacture of 1000 kg of starch (kg) | Minimum price to be paid to the potato producer per 1000 kg of potatoes (ECU) | Premium to be paid to the starch producer per 1000 kg of potatoes(ECU) | Compensatory payment to be paid to the producer per 1000 kg potatoes(ECU) | Poids sous l'eau de 5050 g de pommes de terre(en grammes) | Teneur en fécule de la pomme de terre(en pourcentage) | Quantité de pommes de terre nécessaire à la fabrication de 1000 kg de fécule(en kilogrammes) | Prix minimal à percevoir par le producteur pour 1000 kg de pommes de terre(en écus) | Prime à percevoir par le féculier pour 1000 kg de pommes de terre(en écus) | Paiement compensatoire à percevoir par le producteur pour 1000 kg de pommes de terre(en écus) | Peso sotto l'acqua di 5050 g di patate(in grammi) | Tenore in fecola delle patate (in %) | Quantità di patate necessaria alla fabbricazione di 1000 kg di fecola(in kg) | Prezzo minimo da percepire dal produttore per 1000 kg di patate(in ecu) | Premio da percepire dal fabbricante di fecola per 1000 kg di patate(in ecu) | Pagamento compensativo al produttore per 1000 kg di patate(in ecu) | Onderwatergewicht van 5050 g aardappelen(in g) | Zetmeelgehalte van de aardappelen(in %) | Hoeveelheid aardappelen benodigd voor de vervaardiging van 1000 kg zetmeel(in kg) | Minimaal door de producent te ontvangen prijs per 1000 kg aardappelen(in ecu) | Door de zetmeelproducent te ontvangen premie per 1000 kg aardappelen(in ecu) | Aan de teler verschuldigd compensatiebedrag voor 1000 kg aardappelen(in ecu) | Peso debaixo de água de 5050 gr de batata(em gramas) | Teor de fécula de batata(em percentagem) | Quantidade de batata necessária ao fabrico de 1000 kg de fécula(em quilogramas) | Preço mínimo a cobrar pelos produtores para 1000 kg de batata(em ecus) | Subsídio a cobrar pelo produtor de fécula por 1000 kg de batata(em ecus) | Pagamento compensatório a cobrar pelo produtor relativamente a 1000 kg de batata(em ecus) | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 352 | 13,0 | 6533 | 26,59 | 2,82 | 11,02 | 353 | 13,1 | 6509 | 26,69 | 2,83 | 11,06 | 354 | 13,1 | 6486 | 26,79 | 2,84 | 11,10 | 355 | 13,2 | 6463 | 26,88 | 2,85 | 11,14 | 356 | 13,2 | 6439 | 26,98 | 2,86 | 11,18 | 357 | 13,3 | 6416 | 27,08 | 2,87 | 11,22 | 358 | 13,3 | 6393 | 27,18 | 2,88 | 11,26 | 359 | 13,4 | 6369 | 27,28 | 2,89 | 11,30 | 360 | 13,4 | 6346 | 27,38 | 2,90 | 11,35 | 361 | 13,5 | 6322 | 27,48 | 2,92 | 11,39 | 362 | 13,5 | 6299 | 27,58 | 2,93 | 11,43 | 363 | 13,6 | 6276 | 27,68 | 2,94 | 11,47 | 364 | 13,6 | 6252 | 27,79 | 2,95 | 11,52 | 365 | 13,7 | 6229 | 27,89 | 2,96 | 11,56 | 366 | 13,7 | 6206 | 27,99 | 2,97 | 11,60 | 367 | 13,8 | 6182 | 28,10 | 2,98 | 11,65 | 368 | 13,8 | 6159 | 28,21 | 2,99 | 11,69 | 369 | 13,9 | 6136 | 28,31 | 3,00 | 11,73 | 370 | 13,9 | 6112 | 28,42 | 3,02 | 11,78 | 371 | 14,0 | 6089 | 28,53 | 3,03 | 11,82 | 372 | 14,0 | 6065 | 28,64 | 3,04 | 11,87 | 373 | 14,1 | 6047 | 28,73 | 3,05 | 11,91 | 374 | 14,1 | 6028 | 28,82 | 3,06 | 11,94 | 375 | 14,2 | 6005 | 28,93 | 3,07 | 11,99 | 376 | 14,2 | 5981 | 29,05 | 3,08 | 12,04 | 377 | 14,3 | 5963 | 29,13 | 3,09 | 12,07 | 378 | 14,3 | 5944 | 29,23 | 3,10 | 12,11 | 379 | 14,4 | 5921 | 29,34 | 3,11 | 12,16 | 380 | 14,4 | 5897 | 29,46 | 3,13 | 12,21 | 381 | 14,5 | 5879 | 29,55 | 3,13 | 12,25 | 382 | 14,5 | 5860 | 29,65 | 3,15 | 12,29 | 383 | 14,6 | 5841 | 29,74 | 3,16 | 12,33 | 384 | 14,6 | 5822 | 29,84 | 3,17 | 12,37 | 385 | 14,7 | 5799 | 29,96 | 3,18 | 12,42 | 386 | 14,7 | 5776 | 30,08 | 3,19 | 12,47 | 387 | 14,8 | 5757 | 30,18 | 3,20 | 12,51 | 388 | 14,8 | 5738 | 30,28 | 3,21 | 12,55 | 389 | 14,9 | 5720 | 30,37 | 3,22 | 12,59 | 390 | 14,9 | 5701 | 30,47 | 3,23 | 12,63 | 391 | 15,0 | 5682 | 30,58 | 3,24 | 12,67 | 392 | 15,0 | 5664 | 30,67 | 3,25 | 12,71 | 393 | 15,1 | 5626 | 30,88 | 3,28 | 12,80 | 394 | 15,2 | 5607 | 30,98 | 3,29 | 12,84 | 395 | 15,2 | 5589 | 31,08 | 3,30 | 12,88 | 396 | 15,3 | 5570 | 31,19 | 3,31 | 12,93 | 397 | 15,3 | 5551 | 31,30 | 3,32 | 12,97 | 398 | 15,4 | 5542 | 31,35 | 3,33 | 12,99 | 399 | 15,4 | 5533 | 31,40 | 3,33 | 13,01 | 400 | 15,4 | 5523 | 31,46 | 3,34 | 13,04 | 401 | 15,5 | 5486 | 31,67 | 3,36 | 13,12 | 402 | 15,6 | 5467 | 31,78 | 3,37 | 13,17 | 403 | 15,6 | 5449 | 31,88 | 3,38 | 13,21 | 404 | 15,7 | 5430 | 31,99 | 3,39 | 13,26 | 405 | 15,7 | 5411 | 32,11 | 3,41 | 13,31 | 406 | 15,8 | 5393 | 32,21 | 3,42 | 13,35 | 407 | 15,8 | 5374 | 32,33 | 3,43 | 13,40 | 408 | 15,9 | 5364 | 32,39 | 3,44 | 13,42 | 409 | 15,9 | 5355 | 32,44 | 3,44 | 13,45 | 410 | 15,9 | 5346 | 32,50 | 3,45 | 13,47 | 411 | 16,0 | 5327 | 32,61 | 3,46 | 13,52 | 412 | 16,0 | 5308 | 32,73 | 3,47 | 13,56 | 413 | 16,1 | 5280 | 32,90 | 3,49 | 13,64 | 414 | 16,2 | 5266 | 32,99 | 3,50 | 13,67 | 415 | 16,2 | 5252 | 33,08 | 3,51 | 13,71 | 416 | 16,3 | 5234 | 33,19 | 3,52 | 13,76 | 417 | 16,3 | 5215 | 33,31 | 3,53 | 13,81 | 418 | 16,4 | 5206 | 33,37 | 3,54 | 13,83 | 419 | 16,4 | 5196 | 33,44 | 3,55 | 13,86 | 420 | 16,4 | 5187 | 33,49 | 3,55 | 13,88 | 421 | 16,5 | 5150 | 33,73 | 3,58 | 13,98 | 422 | 16,6 | 5136 | 33,83 | 3,59 | 14,02 | 423 | 16,6 | 5121 | 33,93 | 3,60 | 14,06 | 424 | 16,7 | 5107 | 34,02 | 3,61 | 14,10 | 425 | 16,7 | 5093 | 34,11 | 3,62 | 14,14 | 426 | 16,8 | 5075 | 34,23 | 3,63 | 14,19 | 427 | 16,8 | 5056 | 34,36 | 3,65 | 14,24 | 428 | 16,9 | 5042 | 34,46 | 3,66 | 14,28 | 429 | 16,9 | 5028 | 34,55 | 3,67 | 14,32 | 430 | 17,0 | 5000 | 34,75 | 3,69 | 14,40 | 431 | 17,1 | 4986 | 34,84 | 3,70 | 14,44 | 432 | 17,1 | 4972 | 34,94 | 3,71 | 14,48 | 433 | 17,2 | 4963 | 35,01 | 3,71 | 14,51 | 434 | 17,2 | 4953 | 35,08 | 3,72 | 14,54 | 435 | 17,2 | 4944 | 35,14 | 3,73 | 14,56 | 436 | 17,3 | 4930 | 35,24 | 3,74 | 14,60 | 437 | 17,3 | 4916 | 35,34 | 3,75 | 14,65 | 438 | 17,4 | 4902 | 35,44 | 3,76 | 14,69 | 439 | 17,4 | 4888 | 35,54 | 3,77 | 14,73 | 440 | 17,5 | 4874 | 35,64 | 3,78 | 14,77 | 441 | 17,5 | 4860 | 35,75 | 3,79 | 14,81 | 442 | 17,6 | 4846 | 35,85 | 3,80 | 14,86 | 443 | 17,6 | 4832 | 35,95 | 3,81 | 14,90 | 444 | 17,7 | 4818 | 36,06 | 3,83 | 14,94 | 445 | 17,7 | 4804 | 36,16 | 3,84 | 14,99 | 446 | 17,8 | 4790 | 36,27 | 3,85 | 15,03 | 447 | 17,8 | 4776 | 36,38 | 3,86 | 15,08 | 448 | 17,9 | 4762 | 36,48 | 3,87 | 15,12 | 449 | 17,9 | 4748 | 36,59 | 3,88 | 15,16 | 450 | 18,0 | 4720 | 36,81 | 3,90 | 15,25 | 451 | 18,1 | 4706 | 36,92 | 3,92 | 15,30 | 452 | 18,1 | 4692 | 37,03 | 3,93 | 15,35 | 453 | 18,2 | 4685 | 37,08 | 3,93 | 15,37 | 454 | 18,2 | 4679 | 37,13 | 3,94 | 15,39 | 455 | 18,2 | 4673 | 37,18 | 3,94 | 15,41 | 456 | 18,3 | 4645 | 37,40 | 3,97 | 15,50 | 457 | 18,4 | 4631 | 37,51 | 3,98 | 15,55 | 458 | 18,4 | 4617 | 37,63 | 3,99 | 15,59 | 459 | 18,5 | 4607 | 37,71 | 4,00 | 15,63 | 460 | 18,5 | 4598 | 37,78 | 4,01 | 15,66 | 461 | 18,6 | 4584 | 37,90 | 4,02 | 15,71 | 462 | 18,6 | 4570 | 38,02 | 4,03 | 15,75 | 463 | 18,7 | 4561 | 38,09 | 4,04 | 15,79 | 464 | 18,7 | 4551 | 38,17 | 4,05 | 15,82 | 465 | 18,7 | 4542 | 38,25 | 4,06 | 15,85 | 466 | 18,8 | 4523 | 38,41 | 4,07 | 15,92 | 467 | 18,9 | 4509 | 38,53 | 4,09 | 15,97 | 468 | 18,9 | 4495 | 38,65 | 4,10 | 16,02 | 469 | 19,0 | 4481 | 38,77 | 4,11 | 16,07 | 470 | 19,0 | 4467 | 38,89 | 4,13 | 16,12 | 471 | 19,1 | 4458 | 38,97 | 4,13 | 16,15 | 472 | 19,1 | 4449 | 39,05 | 4,14 | 16,18 | 473 | 19,2 | 4437 | 39,15 | 4,15 | 16,23 | 474 | 19,2 | 4425 | 39,26 | 4,16 | 16,27 | 475 | 19,3 | 4414 | 39,36 | 4,18 | 16,31 | 476 | 19,3 | 4402 | 39,47 | 4,19 | 16,36 | 477 | 19,4 | 4390 | 39,57 | 4,20 | 16,40 | 478 | 19,4 | 4379 | 39,67 | 4,21 | 16,44 | 479 | 19,5 | 4367 | 39,78 | 4,22 | 16,49 | 480 | 19,5 | 4355 | 39,89 | 4,23 | 16,53 | 481 | 19,6 | 4343 | 40,00 | 4,24 | 16,58 | 481,6 | 19,6 | 4337 | 40,06 | 4,25 | 16,60 | 482 | 19,7 | 4335 | 40,08 | 4,25 | 16,61 | 483 | 19,7 | 4332 | 40,10 | 4,25 | 16,62 | 483,2 | 19,7 | 4332 | 40,10 | 4,25 | 16,62 | 484 | 19,8 | 4325 | 40,17 | 4,26 | 16,65 | 484,8 | 19,8 | 4318 | 40,23 | 4,27 | 16,67 | 485 | 19,9 | 4317 | 40,24 | 4,27 | 16,68 | 486 | 19,9 | 4311 | 40,30 | 4,28 | 16,70 | 486,4 | 19,9 | 4309 | 40,32 | 4,28 | 16,71 | 487 | 20,0 | 4305 | 40,36 | 4,28 | 16,72 | 488 | 20,0 | 4299 | 40,41 | 4,29 | 16,75 | 489 | 20,1 | 4294 | 40,46 | 4,29 | 16,77 | 490 | 20,1 | 4290 | 40,50 | 4,30 | 16,78 | 491 | 20,2 | 4287 | 40,52 | 4,30 | 16,79 | 492 | 20,2 | 4285 | 40,54 | 4,30 | 16,80 | 493 | 20,3 | 4283 | 40,56 | 4,30 | 16,81 | 494 | 20,3 | 4280 | 40,59 | 4,31 | 16,82 | 495 | 20,4 | 4278 | 40,61 | 4,31 | 16,83 | 496 | 20,4 | 4276 | 40,63 | 4,31 | 16,84 | 497 | 20,5 | 4273 | 40,66 | 4,31 | 16,85 | 498 | 20,5 | 4271 | 40,68 | 4,32 | 16,86 | 499 | 20,6 | 4266 | 40,72 | 4,32 | 16,88 | 500 | 20,6 | 4262 | 40,76 | 4,32 | 16,89 | 501 | 20,7 | 4259 | 40,79 | 4,33 | 16,91 | 502 | 20,7 | 4257 | 40,81 | 4,33 | 16,91 | 503 | 20,8 | 4255 | 40,83 | 4,33 | 16,92 | 504 | 20,8 | 4252 | 40,86 | 4,33 | 16,93 | 505 | 20,9 | 4248 | 40,90 | 4,34 | 16,95 | 506 | 20,9 | 4243 | 40,95 | 4,34 | 16,97 | 507 | 21,0 | 4238 | 40,99 | 4,35 | 16,99 | 508 | 21,0 | 4234 | 41,03 | 4,35 | 17,01 | 509 | 21,1 | 4229 | 41,08 | 4,36 | 17,03 | 509,9 | 21,1 | 4224 | 41,13 | 4,36 | 17,05 | 510 | 21,1 | 4224 | 41,13 | 4,36 | 17,05 | 511 | 21,2 | 4219 | 41,18 | 4,37 | 17,07 | 511,8 | 21,2 | 4215 | 41,22 | 4,37 | 17,08 | 512 | 21,3 | 4214 | 41,23 | 4,37 | 17,09 | 513 | 21,3 | 4209 | 41,28 | 4,38 | 17,11 | 513,7 | 21,3 | 4206 | 41,31 | 4,38 | 17,12 | 514 | 21,4 | 4204 | 41,32 | 4,38 | 17,13 | 515 | 21,4 | 4199 | 41,37 | 4,39 | 17,15 | 515,6 | 21,4 | 4196 | 41,40 | 4,39 | 17,16 | 516 | 21,5 | 4194 | 41,42 | 4,39 | 17,17 | 517 | 21,5 | 4189 | 41,47 | 4,40 | 17,19 | 517,5 | 21,5 | 4187 | 41,49 | 4,40 | 17,20 | 518 | 21,6 | 4184 | 41,52 | 4,40 | 17,21 | 519 | 21,6 | 4180 | 41,56 | 4,41 | 17,22 | 519,4 | 21,6 | 4178 | 41,58 | 4,41 | 17,23 | 520 | 21,7 | 4175 | 41,61 | 4,41 | 17,25 | 521 | 21,7 | 4170 | 41,66 | 4,42 | 17,27 | 521,3 | 21,7 | 4168 | 41,68 | 4,42 | 17,27 | 522 | 21,8 | 4165 | 41,71 | 4,42 | 17,29 | 523 | 21,8 | 4160 | 41,76 | 4,43 | 17,31 | 523,2 | 21,8 | 4159 | 41,77 | 4,43 | 17,31 | 524 | 21,9 | 4155 | 41,81 | 4,44 | 17,33 | 525 | 21,9 | 4150 | 41,86 | 4,44 | 17,35 | 525,1 | 21,9 | 4150 | 41,86 | 4,44 | 17,35 | 526 | 22,0 | 4145 | 41,91 | 4,45 | 17,37 | 527 | 22,0 | 4140 | 41,96 | 4,45 | 17,39 | 528 | 22,1 | 4135 | 42,01 | 4,46 | 17,41 | 528,8 | 22,1 | 4131 | 42,06 | 4,46 | 17,43 | 529 | 22,2 | 4130 | 42,07 | 4,46 | 17,43 | 530 | 22,2 | 4125 | 42,12 | 4,47 | 17,45 | 530,6 | 22,2 | 4122 | 42,15 | 4,47 | 17,47 | 531 | 22,3 | 4119 | 42,18 | 4,47 | 17,48 | 532 | 22,3 | 4114 | 42,23 | 4,48 | 17,50 | 532,4 | 22,3 | 4112 | 42,25 | 4,48 | 17,51 | 533 | 22,4 | 4111 | 42,26 | 4,48 | 17,51 | 534 | 22,4 | 4108 | 42,29 | 4,49 | 17,53 | 534,2 | 22,4 | 4108 | 42,29 | 4,49 | 17,53 | 535 | 22,5 | 4103 | 42,34 | 4,49 | 17,55 | 536 | 22,5 | 4098 | 42,39 | 4,50 | 17,57 | 537 | 22,6 | 4093 | 42,45 | 4,50 | 17,59 | 537,8 | 22,6 | 4089 | 42,49 | 4,51 | 17,61 | 538 | 22,7 | 4088 | 42,50 | 4,51 | 17,61 | 539 | 22,7 | 4083 | 42,55 | 4,51 | 17,63 | 539,6 | 22,7 | 4080 | 42,58 | 4,52 | 17,65 | 540 | 22,8 | 4078 | 42,60 | 4,52 | 17,66 | 541 | 22,8 | 4076 | 42,62 | 4,52 | 17,66 | 541,4 | 22,8 | 4075 | 42,63 | 4,52 | 17,67 | 542 | 22,9 | 4072 | 42,66 | 4,53 | 17,68 | 543 | 22,9 | 4066 | 42,73 | 4,53 | 17,71 | 543,2 | 22,9 | 4066 | 42,73 | 4,53 | 17,71 | 544 | 23,0 | 4061 | 42,78 | 4,54 | 17,73 | 545 | 23,0 | 4056 | 42,83 | 4,54 | 17,75 | et plus | | | | | | --------------------------------------------------