|
2.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 201/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Lulju 2007
dwar il-konklużjoni ta’ protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja
(2007/544/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż, it-tieni sentenza, u l-paragrafu (3), it-tieni inċiż tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni konformi tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja, ġie ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fl-24 ta’ April 2007 fil-Lussemburgu. |
|
(2) |
Jaqbel li l-Protokoll jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA:
Artikolu Uniku
Il-protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija min-naħa l-oħra, għandu jiġi approvat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha biex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja.
It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (2)
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) Konformi tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).