<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑496/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0496</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:133">EU:T:2015:133</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150304">4.3.2015</DATE> — KAWŻA T‑496/11</P><P>IR-RENJU UNIT vs BĊE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika ekonomika u monetarja</KEYWORD><KEYWORD>BĊE</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema</KEYWORD><KEYWORD>Att li jista’ jiġi kkontestat</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Sorveljanza tas-sistemi ta’ ħlas u ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi Stat Membru tal-Eurosistema applikat għas-sistemi ta’ clearing minn kontroparti ċentrali</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenza tal-BĊE</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑496/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq</HT>, inizjalment irrappreżentat minn S. Ossowski, S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, sussegwentement minn S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, u finalment minn V. Kaye, bħala aġenti assistiti minn K. Beal u P. Saini, QC,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P>sostnut minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja</HT>, irrappreżentat minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, C. Stege, S. Johannesson, U. Persson u H. Karlsson, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)</HT>, inizjalment irrappreżentat minn A. Sáinz de Vicuña Barroso u K. Laurinavičius, sussegwentement minn Sáinz de Vicuña Barroso u P. Papapaschalis u finalment minn Papapaschalis u P. Senkovic, bħala aġenti, assistiti minn R. Subiotto, QC, F.-C. Laprévote, avukat, u P. Stuart, barrister,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnut minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, irrappreżentat minn A. Rubio González, abogado del Estado,</P><P>u minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn G. de Bergues, D. Colas u E. Ranaivoson, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><?PAGE NO="2"?><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tal-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema ppubblikat mill-BĊE fil-<DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, sa fejn dan jiffissa rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni applikabbli għall-kontropartijiet ċentrali stabbiliti fi Stati Membri li ma jifformawx parti mill-Eurosistema,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Prek (Relatur), President, I. Labucka u V. Kreuschitz, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20140709">9 ta’ Lulju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippubblika fuq is-sit tal-internet il-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>qafas ta’ sorveljanza<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li huwa jippreżenta bħala li huwa intiż sabiex jiddeskrivi r-rwol tal-Eurosistema [jiġifieri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) limitata għall-BĊE u għall-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li adottaw l-Euro bħala munita komuni] fis-sorveljanza tas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>sistemi ta’ ħlas, ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Huwa enfasizzat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>sistemi ta’ ħlas, ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> għandha tinftiehem bħala li tinkludi b’mod ġeneriku s-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>sistemi ta’ ħlas (inklużi l-istrumenti ta’ ħlas), is-sistemi ta’ clearing (inklużi l-kontropartijiet ċentrali) u s-sistemi ta’ regolarizzazzjoni (tat-titoli)<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (punt 1 tal-qafas ta’ sorveljanza).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ġġustifikat l-interess li s-sistemi ta’ ħlas, ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni jirrappreżentaw għall-Eurosistema, huwa nnotat li l-infrastrutturi tagħhom huma suġġetti għal bosta riskji li jista’ jkollhom dimensjoni sistematika u li jistgħu jaffettwaw is-sistema finanzjarja u l-istruttura kollha kemm hi. Huma msemmija wkoll l-esternalitajiet negattivi li jistgħu jirriżultaw minn dawn is-sistemi, bħad-dewmien fir-regolarizzazzjoni tal-ħlasijiet. Il-BĊE jenfasizza wkoll it-tixrid tal-infrastrutturi preżenti fiż-żona euro u l-konsegwenzi negattivi tiegħu, inklużi t-tranżazzjonijiet transkonfinali.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-BĊE, l-interess tal-Eurosistema għas-sistemi ta’ ħlas, ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni jirrifletti l-funzjoni fdata lilu mill-Artikolu 127(2) TFUE li jippromwovi l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas. L-iżgurar tas-sigurtà u l-effikaċità ta’ tali sistemi huwa rekwiżit preliminari importanti għall-istabbiltà finanzjarja u sabiex tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku ġenerali fl-euro. Għall-finijiet tal-promozzjoni tal-effikaċità u tas-sigurtà, l-Eurosistema ssegwi tliet approċċi komplementari. L-ewwel nett, bħala proprjetarju u operatur ta’ sistema, dan huwa responsabbli għas-sigurtà u l-effikaċja tagħha. Imbagħad, huwa l-kompitu tiegħu li jeżerċita sorveljanza tas-sistemi u tal-infrastrutturi kollha ta’ ħlas, ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni. Fl-aħħar nett, l-Eurosistema tintervjeni bħala stimulant u katalista għat-titjib tal-effikaċità ġenerali tal-infrastrutturi tas-suq taż-żona euro (punt 2 tal-qafas ta’ sorveljanza).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rigward speċifikament tal-funzjoni ta’ sorveljanza tal-Eurosistema, il-BĊE jikkunsidra li din għandha l-bażi legali tagħha fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE u fil-paragrafu 3.1 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 4 tat-Trattat FUE dwar l-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Istatuti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li jassenjaw lis-SEBĊ il-ħidma bażika tal-promozzjoni tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas.<?PAGE NO="3"?> Huwa indikat ukoll li, fir-rigward tas-sistemi ta’ clearing u ta’ ħlas, l-Artikolu 22 tal-Istatuti jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[l]-BĊE u l-banek centrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, sabiex jiżgura li s-sistemi ta’ clearing u ħlas fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħra jkunu effiċjenti u validi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-BĊE jżid li dawn il-bażijiet legali għandhom jiġu interpretati fil-kuntest storiku tagħhom. L-assenza ta’ riferiment espliċitu għal funzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>sorveljanza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> hija spjegata mill-fatt li tali funzjoni ma kinitx, fiż-żmien tal-iffirmar tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mifhuma li tikkostitwixxi kompetenza awtonoma, iżda, pjuttost, konsegwenza tal-funzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali fir-rigward tas-sistemi ta’ ħlas, tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u tal-politika monetarja. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ regolarizzazzjoni u ta’ clearing ma kellhomx dak iż-żmien la d-dimensjoni u lanqas l-importanza li għandhom illum, partikolarment għat-tranżazzjonijiet transkonfinali. F’dan ir-rigward, huwa enfasizzat fil-qafas ta’ sorveljanza li l-banek ċentrali nazzjonali huma sikwit assenjati funzjoni espliċita ta’ sorveljanza, inkluż fir-rigward tas-sistemi ta’ regolarizzazzjoni u ta’ clearing. Fl-aħħar nett, huwa msemmi li funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ regolarizzazzjoni u ta’ clearing huwa fl-interess tal-Eurosistema minħabba l-importanza tagħhom għall-ġestjoni tajba tal-politika monetarja, ir-rabtiet mill-qrib tagħhom mas-sistemi ta’ ħlas u r-rilevanza tagħhom għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja b’mod ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Din il-funzjoni ta’ sorveljanza ġiet immaterjalizzata bl-adozzjoni ta’ standards u ta’ rekwiżiti li s-sistemi ta’ ħlas għandhom josservaw. Fir-rigward tas-sistemi ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni tat-titoli, din hija mmanifestata bil-parteċipazzjoni konġunta ta’ rappreżentanti tas-SEBĊ u tal-Kumitat Ewropew tar-Regolaturi tas-Suq tas-Sigurtajiet fi grupp ta’ ħidma li bagħat lill-awtoritajiet pubbliċi rakkomandazzjonijiet li ma humiex vinkolanti (punt 3 tal-qafas ta’ sorveljanza).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-qafas ta’ sorveljanza ġie speċifikat li s-sistemi ta’ regolarizzazzjoni tat-titoli u l-kontropartijiet ċentrali huma komponenti essenzjali tas-sistema finanzjarja. Din tista’ tintlaħaq b’mod sistematiku bi problema finanzjarja, ġuridika jew operazzjonali li taffettwahom. Dan huwa partikolarment il-każ għall-kontropartijiet ċentrali sa fejn dawn jikkostitwixxu punt ta’ konverġenza tar-riskji kemm ta’ likwidità kif ukoll ta’ kreditu. Il-BĊE jżid li, sa fejn it-tranżazzjonijiet fuq titoli jimplikaw kemm trasferiment ta’ titoli kif ukoll ta’ likwidità, perturbazzjonijiet fit-trasferiment ta’ titoli jistgħu jwasslu għal perturbazzjonijiet fis-sistemi ta’ ħlas (punt 4 tal-qafas ta’ sorveljanza).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-qafas ta’ sorveljanza jippreżenta l-metodu ta’ sorveljanza tal-Eurosistema bħala li jsegwi approċċ fit tliet stadji, jiġifieri, l-ewwel nett, il-ġbir tal-informazzjoni rilevanti, it-tieni nett, l-evalwazzjoni tagħha fid-dawl tal-għanijiet tagħha u, it-tielet nett, il-bidu fejn applikabbli ta’ tibdil sabiex jiġu rrimedjati nuqqasijiet ta’ konformità li jista’ jkun hemm. Sabiex jingħata bidu għal dan it-tibdil, l-Eurosistema għandha tuża l-pressjoni morali, id-dikjarazzjonijiet pubbliċi, l-influwenza li tirriżulta mill-parteċipazzjoni tagħha fis-sistemi u mill-kooperazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra kif ukoll il-possibbiltà ta’ adozzjoni ta’ regolamenti direttament vinkolanti fl-Istati Membri li jifformaw parti miż-żona euro. Il-BĊE jenfasizza li għadu ma applikax din l-aħħar possibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-irwoli fi ħdan l-Eurosistema, ir-responsabbiltà prinċipali hija assenjata lill-bank ċentrali fl-aħjar pożizzjoni, kemm jekk dan ikun bank ċentrali nazzjonali jew il-BĊE. Hemm indikat ukoll li r-regoli u n-normi li l-osservanza tagħhom hija suġġetta għal sorveljanza huma l-istess għas-sistemi privati u għal dawk ġestiti mill-Eurosistema (punt 5 tal-qafas ta’ sorveljanza).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-problematika li tirriżulta mill-eżistenza ta’ infrastrutturi li jinsabu barra miż-żona euro, li jipparteċipaw fir-regolarizzazzjoni jew fil-clearing ta’ tranżazzjonijiet f’euro, huwa enfasizzat fil-qafas ta’ sorveljanza li funzjonament ħażin min-naħa tagħhom jista’ jkollu effetti negattivi fuq sistemi ta’ ħlas li jinsabu fiż-żona euro, anki jekk din tal-aħħar ma għandhiex influwenza diretta fuq tali infrastrutturi. Ftehimiet ta’ kooperazzjoni għas-sorveljanza fil-livell internazzjonali jistgħu biss jillimitaw din l-assenza ta’ influwenza diretta, iżda ma jikkumpensawx b’mod sħiħ għaliha.<?PAGE NO="4"?> Għaldaqstant, fid-dawl tal-għan marbut mal-Eurosistema li tippromwovi l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas, jidher li l-iżvilupp ta’ infrastrutturi importanti tas-suq barra miż-żona euro huwa preokkupanti.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-qafas ta’ sorveljanza ġie dedott li, bħala prinċipju, l-infrastrutturi għar-regolarizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet iddenominati f’euro għandhom jagħmlu dan bi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>flus il-bank ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u din għandha tiġi legalment irreġistrata fiż-żona euro b’mod li t-totalità tar-responsabbiltà u tal-kontroll maniġerjali u operattiv fuq il-funzjonijiet essenzjali kollha tiġi eżerċitata minn din iż-żona.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontropartijiet ċentrali, huwa qabelxejn imfakkar fil-qafas ta’ sorveljanza li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>l-Eurosistema adottat ukoll dikjarazzjoni fuq il-lokalizzazzjoni tal-kontropartijiet ċentrali, fejn hemm enfasizzat l-interess tagħha li l-infrastrutturi essenzjali użati għall-euro jkunu lokalizzati fiż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[b]l-applikazzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni għall-prodotti dderivati ta’ kreditu over-the-counter, l-Eurosistema ma werietx biss <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>il-bżonn ta’ mill-inqas kontroparti ċentrali Ewropea għad-derivati ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, iżda wkoll enfasizzat li, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>fid-dawl tal-importanza sistematika potenzjali tas-sistemi ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli, din l-infrastruttura għandha tiġi lokalizzata fiż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Il-BĊE jżid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[d-]daqs assolut u dak relattiv tat-tranżazzjonijiet f’euro mwettqa mill-kontroparti ċentrali extra territorjali jikkostitwixxu kriterju utli għall-evalwazzjoni tal-impatt potenzjali li din il-kontroparti ċentrali teżerċita fuq iż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Huma kkonċernati l-kontropartijiet ċentrali li, bħala medja, għandhom espożizzjoni ta’ kreditu nett ta’ kuljum ta’ iktar minn EUR 5 biljun f’waħda mill-kategoriji prinċipali ta’ prodotti ddenominati f’euro. Barra minn hekk, ġie speċifikat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>l-politika ta’ lokalizzazzjoni tapplika għall-kontropartijiet ċentrali kollha li jirreġistraw bħala medja iktar minn 5 % tal-espożizzjoni ta’ kreditu nett totali ta’ kuljum tal-kontropartijiet ċentrali kollha għal waħda mill-kategoriji prinċipali ta’ prodotti ddenominati f’euro<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Minn dan, il-BĊE jiddeduċi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>l-kontropartijiet ċentrali li jaqbżu dawn il-limiti għandhom ikunu ġuridikament ikkostitwiti fiż-żona euro, b’kontroll sħiħ u b’responsabbiltà totali, fil-livell tal-ġestjoni u tal-operat, tal-funzjonijiet essenzjali kollha eżerċitati miż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (punt 6 tal-qafas ta’ sorveljanza).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ressaq din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20121228">28 ta’ Diċembru 2012</DATE>, ir-Repubblika Franċiża talbet li tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-BĊE.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja talab li jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-BĊE.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>, ir-Renju tal-Isvezja talab li jintervjeni insostenn tat-talbiet tar-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20130328">28 ta’ Marzu 2013</DATE>, ir-Repubblika Taljana talbet li tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-BĊE.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>B’digriet tat-<DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, il-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ t-talbiet, minn naħa, tar-Repubblika Franċiża, tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Taljana sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-BĊE u, min-naħa l-oħra, tar-Renju tal-Isvezja sabiex jintervjeni insostenn tat-talbiet tar-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, ir-Repubblika Taljana rtirat l-intervent tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lir-Raba’ Awla, din il-kawża ġiet għalhekk assenjata lil din l-awla.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20131126">26 ta’ Novembru 2013</DATE>, bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64(3)(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti Ġenerali għamlet mistoqsijiet bil-miktub lir-Renju Unit u lill-BĊE, li għalihom huma wieġbu fit-termini mogħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>It-trattazzjonijiet tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tad-<DATE ISO="20140709">9 ta’ Lulju 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-qafas ta’ sorveljanza, sa fejn dan jiffissa politika ta’ lokalizzazzjoni applikabbli għall-kontropartijiet ċentrali stabbiliti fl-Istati Membri li ma jagħmlux parti mill-Eurosistema;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-BĊE jitlob lill-Qorti Ġenerali sabiex jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju Unit għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Mingħajr ma jqajjem formalment eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà b’att separat fuq il-bażi tal-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura, il-BĊE, sostnut fis-seduta mir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża, jressaq, essenzjalment, żewġ oġġezzjonijiet ta’ inammissibbiltà bbażati fuq in-natura mhux kontestabbli tal-qafas ta’ sorveljanza u l-assenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit, sostnut fis-seduta mir-Renju tal-Isvezja, talab l-ammissibbiltà tar-rikors.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-oġġezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq in-natura mhux kontestabbli tal-qafas ta’ sorveljanza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Insostenn tal-allegazzjoni tiegħu bbażata fuq il-fatt li l-qafas ta’ sorveljanza ma jikkostitwixxix att kontestabbli, il-BĊE jsostni, essenzjalment, l-ewwel nett, li dan il-qafas ma jikkostitwixxix att li jipproduċi effetti legali, it-tieni nett, li huwa sempliċement jafferma mill-ġdid politika ta’ lokalizzazzjoni li kienet diġà teżisti u li ma ġietx ikkontestata u, it-tielet nett, li dan ma jaqax taħt xi waħda mill-kategoriji ta’ atti vinkolanti li huwa jista’ jadotta.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Qabelxejn, it-tielet argument imressaq mill-BĊE, ibbażat fuq il-forma tal-qafas ta’ sorveljanza, għandu jiġi miċħud bħala irrilevanti peress li dan jikkontradixxi direttament il-ġurisprudenza stabbilita li tipprovdi li r-rikors għal annullament huwa miftuħ għar-rigward tad-dispożizzjonijiet kollha pprovduti mill-istituzzjonijiet, tkun xi tkun in-natura jew il-forma tagħhom, li huma intiżi li jkollhom effetti legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19710331">31 ta’ Marzu 1971</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, 22/70, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:32">EU:C:1971:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39, u tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, C‑521/06 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 43 u 45). Fil-fatt, din il-ġurisprudenza hija intiża speċifikament sabiex<?PAGE NO="6"?> tevita li l-forma jew id-denominazzjoni mogħtija lil att mill-awtur tiegħu tkun tista’ twassal sabiex dan l-att jiġi eskluż minn evalwazzjoni tal-legalità tiegħu fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, anki meta huwa, fil-fatt, ikollu effetti legali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza, il-kapaċità ta’ att li jipproduċi effetti legali u, għaldaqstant, li jkun suġġett għal rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE timplika eżami tal-kliem u tal-kuntest tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, C‑57/95, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:164">EU:C:1997:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18, u tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C‑301/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:727">EU:C:2005:727</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 21 sa 23), tas-sustanza tiegħu (sentenzi tad-<DATE ISO="19901009">9 ta’ Ottubru 1990</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, C‑366/88, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:348">EU:C:1990:348</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23; tas-<DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE>, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, C‑362/08 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:40">EU:C:2010:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52; u Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, punt 30 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42; ara wkoll, f’dan is-sens u bħala analoġija, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19911113">13 ta’ Novembru 1991</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, C‑303/90, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:424">EU:C:1991:424</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 18 sa 24, u tas-<DATE ISO="19930616">16 ta’ Ġunju 1993</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, C‑325/91, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:245">EU:C:1993:245</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 20 sa 23) u tal-intenzjoni tal-awtur tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:40">EU:C:2010:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52, u Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, punt 30 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kliem u tal-kuntest tal-att ikkontestat, għandu jiġi enfasizzat li dan l-eżami jippermetti l-evalwazzjoni tal-perċezzjoni li l-partijiet interessati seta’ raġonevolment kellhom tiegħu (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="19980915">15 ta’ Settembru 1998</DATE>, Oleifici Italiani u Fratelli Rubino vs Il-Kummissjoni, T‑54/96, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:204">EU:T:1998:204</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49). Jekk dan l-att huwa pperċepit bħala li joffri biss is-segwitu għal aġir u, għalhekk, bħala li jammonta għal sempliċi rakkomandazzjoni fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE jew, fil-każ tal-BĊE, tal-Artikolu 132(1) TFUE, għandu jiġi konkluż li l-att ma jipproduċix effetti legali ta’ natura li jagħmel rikors għal annullament kontra tiegħu ammissibbli. Għall-kuntrarju, minn dan l-eżami jista’ jirriżulta li l-perċezzjoni tal-att ikkontestat mill-partijiet interessati hija dik ta’ att li għandu jiġi osservat minnhom, minkejja l-forma jew id-denominazzjoni ppreferuta mill-awtur tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-perċezzjoni tal-partijiet interessati tal-kliem tal-att ikkontestat u tal-kuntest tiegħu, l-ewwel nett, għandu jiġi eżaminat jekk dan l-att kienx is-suġġett ta’ pubbliċità barra mill-isfera interna tal-awtur tiegħu. Fil-fatt, minkejja li l-eżistenza ta’ tali pubbliċità ma għandhiex effett fuq il-klassifikazzjoni tal-att (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, T‑258/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:214">EU:T:2010:214</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 30 u 31), l-assenza tagħha għandha t-tendenza li żżomm tali att fil-kategorija ta’ atti interni għall-istituzzjoni, li fil-prinċipju ma jistgħux jiġu kkontestati permezz ta’ rikors għal annullament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20000406">6 ta’ April 2000</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni, C‑443/97, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:190">EU:C:2000:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 27 sa 36).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-qafas ta’ sorveljanza ġie ppubblikat barra mill-isfera interna tal-BĊE, billi dan ġie ppubblikat fuq is-sit tal-internet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>It-tieni nett, mill-perspettiva tal-partijiet interessati, hija rilevanti wkoll ir-redazzjoni tal-att, sabiex jiġi vverifikat jekk dan ġiex ifformulat f’termini mandatorji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni, punt 31 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:164">EU:C:1997:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18) jew, għall-kuntrarju, jużax lingwaġġ li għandu tendenza juri natura sempliċement indikattiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 31 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:727">EU:C:2005:727</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 21 u 22).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu, qabelxejn, jiġi rrilevat li d-dispożizzjonijiet preliminari tal-qafas ta’ sorveljanza jippreżentawh bħala li għandu l-għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>jiddeskrivi r-rwol tal-Eurosistema fil-qasam tas-sorveljanza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Kuntrarjament għal dak li l-BĊE jsostni, l-enfasi ta’ tali suġġett deskrittiv ma jippermettix li jiġi eskluż li l-kontenut tiegħu huwa pperċepit mill-partijiet interessati bħala li huwa ta’ natura mandatorja. Minn dan, pjuttost jirriżulta li l-qafas ta’ sorveljanza, ’il bogħod milli jidher bħala sempliċi proposta<?PAGE NO="7"?> espliċitament indikattiva, jippreżenta ruħu bħala deskrittiv tar-rwol tal-Eurosistema, u dan jista’ jwassal lill-partijiet biex jikkonkludu li dan jittraskrivi l-kompetenzi li fil-fatt ġew assenjati mit-trattati lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri taż-żona euro.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li s-silta inkwistjoni mill-qafas ta’ sorveljanza, dwar il-lokalizzazzjoni tal-kontropartijiet ċentrali intiżi għall-clearing ta’ operazzjonijiet li jirrigwardaw titoli (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>titoli<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), tuża formulazzjoni ta’ natura mandatorja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>L-iskala, f’termini assoluti u relattivi, tal-operazzjonijiet f’euro ta’ kontroparti ċentrali extra territorjali tipprovdi indikazzjoni utli tal-impatt li din il-kontroparti jista’ jkollha fuq iż-żona euro. L-Eurosistema tapplika limiti fir-rigward tal-implementazzjoni tal-politika ta’ lokalizzazzjoni għall-kontropartijiet ċentrali simili għal dawk li japplikaw għas-sistemi ta’ ħlas. Madankollu, fid-dawl tan-natura speċifika tal-attività tal-kontropartijiet ċentrali, il-limitu ta’ EUR 5 biljun japplika għall-kontropartijiet ċentrali li ma jinsabux fiż-żona euro li huma kkonfrontati bħala medja b’riskju ta’ kuljum ta’ kreditu nett ta’ iktar minn EUR 5 biljun għal waħda mill-kategoriji prinċipali ta’ prodotti ddenominati f’euro […] Il-politika ta’ lokalizzazzjoni hija applikata għall-kontropartijiet ċentrali kollha li jirreġistraw bħala medja iktar minn 5 % tal-espożizzjoni ta’ kreditu nett aggregat ta’ kuljum tal-kontropartijiet ċentrali kollha għal waħda mill-kategoriji prinċipali ta’ prodotti ddenominati f’euro.</P><P>Din hija r-raġuni għal xiex il-kontropartijiet ċentrali li jaqbżu dawn il-limiti għandhom ikunu kkostitwiti legalment fiż-żona euro, b’kontroll sħiħ u responsabbiltà sħiħa, fil-livell tal-ġestjoni u tal-operazzjonijiet, tal-funzjonijiet essenzjali kollha eżerċitati miż-żona euro.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Is-silta ta’ hawn fuq tirreferi għal nota ta’ qiegħ il-paġna, fejn hemm enfasizzat li l-ammont totali tar-riskju medju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>jista’ jiġi evalwat, pereżempju, fil-każ tal-kontropartijiet ċentrali li jwettqu clearing ta’ prodotti derivati mill-pożizzjoni miftuħa tagħhom, filwaqt li għall-kontropartijiet ċentrali li jintervjenu fl-operazzjonijiet ta’ flus kontanti u fl-operazzjonijiet repo, wieħed japplika l-pożizzjoni miftuħa totali li fuqha huwa bbażat il-marġni tal-kontroparti ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li din is-silta hija ta’ natura partikolarment preċiża, b’mod li tiffaċilita l-applikazzjoni tagħha. Mhux biss tistabbilixxi l-ammonti tal-limiti ta’ attività li minnhom kontroparti ċentrali għandha tiġi llokalizzata fiż-żona euro, iżda tippreċiża wkoll, f’termini inekwivoċi, l-approċċ li għandu jiġi segwit skont in-natura tat-titoli li għalihom il-kontroparti ċentrali tintervjeni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-perċezzjoni tal-kliem tal-att ikkontestat u tal-kuntest tiegħu tista’ tvarja skont in-natura tal-partijiet interessati minn dan l-att.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont il-BĊE, il-qafas ta’ sorveljanza ma huwiex maħsub biex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>jiffissa linja ta’ mġiba obbligatorja għall-istituzzjonijiet u għall-Istati Membri, jew ukoll għall-[banek ċentrali nazzjonali] jew il-kontrapartijiet ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, u pjuttost jikkostitwixxi sempliċi dokument ta’ informazzjoni indirizzat lill-pubbliku ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Ċertament, il-qafas ta’ sorveljanza ma għandux l-effett li jimponi direttament fuq il-kontropartijiet ċentrali li jinsabu barra miż-żona euro li jassenjaw l-attivitajiet tagħhom jew li jittrasferixxuhom fi ħdan l-imsemmija żona. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-argumentazzjoni tal-BĊE ma tiħux inkunsiderazzjoni l-perċezzjoni tal-qafas ta’ sorveljanza mill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri taż-żona euro, li jistgħu, fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tagħhom, jostakolaw l-attività ta’ clearing imwettqa minn kontropartijiet ċentrali li jinsabu barra mill-imsemmija żona.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-rwol tal-kontropartijiet ċentrali fil-katina tal-ipproċessar tal-operazzjonijiet fuq titoli jimplika l-interazzjoni ma’ infrastrutturi finanzjarji oħra, li huma suġġetti għal kontroll mill-awtoritajiet regolatorji, li possibbilment jistgħu jipprekludu jew jirrestrinġu r-relazzjonijiet tagħhom ma’ kontroparti ċentrali li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-qafas ta’ sorveljanza.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa stabbilit li l-funzjoni ta’ kontroparti ċentrali hija li tippermetti clearing multilaterali ta’ operazzjonijiet fuq titoli, billi tissostitwixxi lix-xerrej fir-rigward ta’ kull bejjiegħ u lill-bejjiegħ fir-rigward ta’ kull xerrej. Għalhekk, kif ġie enfasizzat mill-BĊE nnifsu fil-qafas ta’ sorveljanza, il-funzjoni ta’ clearing eżerċitata mill-kontropartijiet ċentrali sseħħ fir-rigward tat-titoli suġġetti ta’ tranżazzjonijiet u kif ukoll il-likwiditajiet intiżi għall-ħlas ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. Minn dan isegwi li, sabiex teżerċita l-attività tagħha, kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess, minn naħa, għal sistema ta’ ħlas li tippermetti t-trasferiment ta’ likwiditajiet, li jsir minn bank ċentrali jew fuq bażi privata, u, min-naħa l-oħra, għal sistema ta’ regolarizzazzjoni-provvista ta’ titoli li tippermetti t-trasferiment tal-proprjetà u ż-żamma ta’ titoli.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fil-każ li l-awtoritajiet regolatorji tas-sistemi ta’ ħlas jew ta’ regolarizzazzjoni-provvista ta’ titoli jqisu li għandu jiġi impost fuq dawn is-sistemi l-osservanza tar-rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni li jidher fil-qafas ta’ sorveljanza, kontroparti ċentrali li ma tosservax il-kriterji li jidhru fl-imsemmi qafas tista’ tiġi mċaħħda mill-aċċess għall-atturi l-oħra involuti fil-katina tal-ipproċessar tal-operazzjonijiet fuq titoli.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-utenti tas-servizzi tal-kontropartijiet ċentrali, essenzjalment ikkostitwiti mis-swieq regolati u, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet over-the-counter, minn impriżi tal-investiment u istituzzjonijiet li jiġġestixxu l-pjattaforma tal-kummerċ tagħhom stess, huma wkoll suġġetti għall-kontroll tal-awtoritajiet regolatorji, li possibbilment jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu r-relazzjonijiet tagħhom ma’ kontroparti ċentrali li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-qafas ta’ sorveljanza. F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, minkejja li l-Artikolu 35(1) u l-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263), jistabbilixxu l-prinċipju ta’ aċċess liberu għall-kontropartijiet ċentrali li jinsabu fi Stat Membru ieħor fir-rigward, rispettivament, minn naħa, tal-impriżi tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw il-pjattaforma tal-kummerċ tagħhom stess u, min-naħa l-oħra, tas-swieq regolati, xorta waħda jibqa’ l-fatt li l-Artikolu 35(2) u l-Artikolu 46(2) tal-istess direttiva jimplikaw il-possibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jipprojbixxu l-użu ta’ kontroparti ċentrali jekk din il-projbizzjoni tkun neċessarja sabiex tissalvagwarda l-funzjonament ordnat ta’ pjattaforma ta’ kummerċ jew ta’ suq irregolat.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-perċezzjoni li tali awtoritajiet regolatorji jista’ raġonevolment ikollhom tal-qafas ta’ sorveljanza, għandu jiġi rrilevat li l-BĊE jsostni l-pretensjoni tiegħu billi jtenni l-eżistenza ta’ kompetenza tal-Eurosistema li tissorvelja u, jekk ikun il-każ, tirregola sistemi ta’ clearing ta’ titoli, li taħtha jaqgħu l-kontropartijiet ċentrali, fuq diversi bażijiet legali. B’hekk huwa jirreferi għal-Artikolu 127(1) TFUE peress li dan jassenja lill-Eurosistema l-għan prinċipali li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Il-BĊE jsostni, essenzjalment, li l-falliment ta’ kontroparti ċentrali jista’ joħloq riskju sistematiku għas-sistema finanzjarja fit-totalità tagħha u b’hekk jaffettwa r-realizzazzjoni ta’ dan l-għan. Huwa msemmi wkoll l-Artikolu 127(2) TFUE, li jelenka, fost il-ħidmiet bażiċi tal-Eurosistema, il-promozzjoni tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas. F’din il-perspettiva, il-BĊE jenfasizza r-rabtiet partikolarment stretti bejn is-sistemi ta’ ħlas u s-sistemi ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli, sa fejn dawn jimplikaw it-trasferiment ta’ fondi li jikkorrispondu għall-ħlas ta’ titoli. Minn dan huwa jiddeduċi, essenzjalment, li nuqqas tas-sistemi ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli jista’, indirettament, jaffettwa l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas. Huwa jsostni wkoll li r-riferiment għas-sistemi ta’ ħlas li jinsab fl-Artikolu 127(2) TFUE għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi s-sistemi ta’ clearing u<?PAGE NO="9"?> ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli, fid-dawl tal-importanza miksuba minn dawn is-sistemi wara li ġie redatt it-Trattat UE. Insostenn ta’ din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 127(2) TFUE, huwa jirreferi wkoll għall-fatt li l-Artikolu 22 tal-Istatuti jirrikonoxxi lilu l-kompetenza li jadotta regolamenti sabiex jiżgura l-effikaċità u s-solidità tas-sistemi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ta’ clearing u ħlas<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u mhux biss ta’ sistemi ta’ ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Mingħajr ma wieħed jippreġudika l-eżami fil-mertu ta’ din l-azzjoni, għandu jiġi enfasizzat li tali argumenti ma humiex daqshekk manifestament infondati li jista’ immedjatament jiġi eskluż li l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri taż-żona euro jikkonkludu li l-Eurosistema għandha l-kompetenza li tirregola l-attività tas-sistemi ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli u li, għalhekk, dawn huma marbuta jiżguraw l-osservanza tar-rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni li jinsab fil-qafas ta’ sorveljanza.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-eżami tal-kliem tal-qafas ta’ sorveljanza, kif ukoll tal-kuntest tiegħu, mill-perspettiva tal-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri taż-żona euro, għandu t-tendenza li jikklassifika lil dan il-qafas fost l-atti li jistgħu jkunu suġġetti għal rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-istess konklużjoni għandha tiġi bbażata fuq l-analiżi tas-sustanza tal-qafas ta’ sorveljanza, sa fejn il-formulazzjoni ta’ rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi ħdan iż-żona euro fir-rigward tal-kontropartijiet ċentrali li l-attività tagħhom taqbeż il-limiti li huwa jispeċifika hija ekwivalenti għal żieda ta’ regola ġdida fl-ordinament ġuridiku, peress li tali rekwiżit ma jidher f’ebda dispożizzjoni legali li kienet diġà teżisti.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandha tiġi evalwata l-intenzjoni tal-BĊE fl-adozzjoni tal-qafas ta’ sorveljanza sabiex jiġi vverifikat jekk dan kienx intiż jew le sabiex jipproduċi effetti legali. Fil-fatt, hija ġurisprudenza stabbilita li, bħala prinċipju, il-miżuri li jistabbilixxu definittivament il-pożizzjoni tal-awtur tagħhom wara proċedura amministrattiva u li huma intiżi sabiex jipproduċu effetti legali mandatorji ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, bl-esklużjoni b’mod partikolari tal-miżuri intermedjarji li l-għan tagħhom huwa li jippreparaw id-deċiżjoni finali, li ma għandhomx tali effetti, kif ukoll atti purament konfermattivi ta’ att preċedenti li ma ġietx ikkontestata fit-terminu, huma atti kontestabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, point 31 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:40">EU:C:2010:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52, u Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, punt 30 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk l-għan imfittex bl-adozzjoni tal-qafas ta’ sorveljanza, kif joħroġ partikolarment mill-kliem u mis-sustanza tiegħu, kienx jikkonsisti fl-iffissar ta’ pożizzjoni definittiva tal-BĊE jew, għall-kuntrarju, fil-preparazzjoni ta’ att sussegwenti, unikament intiż sabiex jipproduċu effetti legali.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif ġie nnotat fil-punt 38 iktar ’il fuq, id-dikjarazzjoni tal-politika ta’ lokalizzazzjoni li tinsab fil-qafas ta’ sorveljanza hija ta’ natura partikolarment preċiża, b’mod li jirrendiha faċilment applikabbli. Għalhekk, iktar milli jippreżenta natura ta’ sempliċi dikjarazzjoni ipotetika, il-qafas ta’ sorveljanza huwa fil-fatt intiż sabiex jimponi l-osservanza ta’ rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni għall-kontropartijiet ċentrali li l-attività tagħhom taqbeż il-limiti li huwa jiffissa u, għaldaqstant, fl-assenza ta’ indizji kuntrarji fit-test tal-qafas ta’ sorveljanza, jikkostitwixxi l-pożizzjoni definittiva tal-BĊE.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu premess, għandu jiġi dedott mill-analiżi tal-kliem u l-kuntest tiegħu, mis-sustanza tiegħu u mill-intenzjoni tal-awtur tiegħu li l-qafas ta’ sorveljanza jipproduċi effetti legali u jikkostitwixxi, għalhekk, att li jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkonfutata mill-argumentazzjoni tal-BĊE bbażata fuq in-natura allegatament konfermattiva tal-qafas ta’ sorveljanza jew fuq l-eżistenza ta’ atti sussegwenti li jirreferu għalih.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, skont il-BĊE, il-qafas ta’ sorveljanza sempliċement jafferma mill-ġdid politika ta’ lokalizzazzjoni li kienet teżisti qabel u li ma kinitx ikkontestata. Fil-fatt, f’dikjarazzjoni ta’ prinċipju li tmur lura għas-sena 2001 u li tat lok għal avviż tal-istampa tas-<DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, il-BĊE enfasizza li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[l]-ambitu ġeografiku naturali ta’ kull infrastruttura tas-suq <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>intern<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> (inkluż il-clearing ma’ kontroparti ċentrali) għat-titoli u l-prodotti dderivati ddenominati f’euro huwa ż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[f]id-dawl tal-importanza sistematika li s-sistemi ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni-provvista ta’ titoli jista’ jkollhom, din l-infrastruttura għandha tiġi lokalizzata fi ħdan iż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Huwa jżid li, f’dikjarazzjoni ta’ prinċipju tax-xahar ta’ Diċembru 2008 dwar il-kontropartijiet ċentrali, issemma li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>l-Kunsill Regolatorju kkonferma n-neċessità li jkun hemm kontroparti ċentrali Ewropea tal-inqas għad-derivati ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>fid-dawl tal-importanza sistematika potenzjali ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni-provvista ta’ titoli, din l-infrastruttura għandha tkun lokalizzata fi ħdan iż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-BĊE jfakkar ukoll li fi Frar 2009 huwa kien ippubblika qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema li fih ġie speċifikat, minn naħa, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>l-infrastrutturi li jirregolaw l-operazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro kellhom jagħmlu dan fil-munita tal-bank ċentrali u kellhom ikunu legalment ikkostitwiti bħala kumpanniji fiż-żona euro b’responsabbiltà oeprazzjonali sħiħa tal-ipproċessar tal-operazzjonijiet iddenominati f’euro<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u, min-naħa l-oħra, li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Eurosistema adottat ukoll dikjarazzjoni fuq il-lokalizzazzjoni tal-kontropartijiet ċentrali li enfasizzat l-interess tal-Eurosistema sabiex iċ-ċentru tal-infrastruttura li jservi lill-euro jkun lokalizzat fiż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-BĊE jsostni li l-politika tiegħu ta’ lokalizzazzjoni fir-rigward tal-kontropartijiet ċentrali tippreċedi l-qafas ta’ sorveljanza kkontestat fl-ambitu ta’ dan ir-rikors. Minn dan huwa jiddeduċi li l-istess qafas huwa ta’ natura konfermattiva u jista’, għalhekk, ikun is-suġġett ta’ rikors għal annullament.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, rikors għal annullament ippreżentat kontra deċiżjoni purament konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti li ma ġietx ikkontestata fit-terminu huwa inammissibbli (digriet tal-<DATE ISO="19901121">21 ta’ Novembru 1990</DATE>, Infortec vs Il-Kummissjoni, C‑12/90, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:415">EU:C:1990:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 10, u s-sentenza tal-<DATE ISO="19960111">11 ta’ Jannar 1996</DATE>, Zunis Holding <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C‑480/93 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:1">EU:C:1996:1</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14). L-għan ta’ din il-ġurisprudenza huwa li jiġi evitat li rikorrent ikun jista’, b’mod indirett, jikkontesta l-legalità ta’ deċiżjoni li huwa ma jkun ikkontesta fi żmien utli u li tkun għalhekk saret definittiva.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, skont din il-ġurisprudenza, deċiżjoni hija purament konfermattiva fir-rigward ta’ deċiżjoni preċedenti meta ma jkollha ebda element ġdid meta mqabbla ma’ att preċedenti u ma tkunx ġiet ippreċeduta minn eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tad-destinatarju ta’ dan l-att preċedenti (sentenza tas-<DATE ISO="20001026">26 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Ripa di Meana <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament, T‑83/99 sa T‑85/99, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:244">EU:T:2000:244</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33; ara d-digriet tas-<DATE ISO="20041207">7 ta’ Diċembru 2004</DATE>, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, C‑521/03 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:778">EU:C:2004:778</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fir-rigward ta’ rikors għal annullament ippreżentat kontra regolament li jemenda regolament preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tfakkar li mill-aħħar paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li jipprovdi li r-rikors għal annullament għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn dekorribbli, skont il-każ, mill-pubblikazzjoni jew min-notifika tal-att ikkontestat jew, fin-nuqqas, mid-data li fiha r-rikorrent ikun sar jaf bih, jirriżulta li l-att li ma jkunx ġie kkontestat f’dan it-terminu jsir definittiv u li din in-natura definittiva tikkonċerna mhux biss l-att innifsu, iżda wkoll kull att sussegwenti li jkun ta’ natura purament konfermattiva. Din is-soluzzjoni, li hija ġġustifikata mill-istabbiltà legali meħtieġa tgħodd kemm għall-atti individwali kif ukoll għal dawk li jkunu ta’ natura normattiva, bħal regolament. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li, meta dispożizzjoni ta’ regolament tiġi emendata, id-dritt ta’ azzjoni jerġa’ jingħata mill-ġdid, mhux biss kontra din id-dispożizzjoni waħidha, iżda wkoll kontra dawk kollha li, anki jekk mhux emendati, jifformaw ħaġa waħda magħha (sentenza tat-<DATE ISO="20071018">18 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑299/05, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:608">EU:C:2007:608</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 28 sa 30).</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li l-BĊE seta’ jesprimi f’atti preċedenti l-prinċipju ta’ politika ta’ lokalizzazzjoni li seta’ japplika għall-kontropartijiet ċentrali ma jimplikax li l-klassifikazzjoni ta’ att konfermattiv għandha tiġi applikata għall-qafas ta’ sorveljanza, peress li l-politika ta’ lokalizzazzjoni inkwistjoni tidher fih f’forma modifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fuq il-kwistjoni tal-lokalizzazzjoni ta’ kontropartijiet ċentrali, il-qafas ta’ sorveljanza kkontestat fl-ambitu ta’ din ir-rikors huwa sostanzjalment differenti mill-atti li ppreċedewh.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Huwa ċertament preċiż li fl-atti preċedenti adottati mill-BĊE wieħed isib l-espressjoni ta’ xewqa li l-infrastrutturi essenzjali għaż-żona euro jkunu lokalizzati f’din iż-żona. Huwa għalhekk imfakkar, fil-verżjoni tal-qafas ta’ sorveljanza ppubblikata fl-2009 mill-BĊE, li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Eurosistema adottat ukoll dikjarazzjoni fuq il-lokalizzazzjoni tal-kontropartijiet ċentrali li enfasizzat l-interess tal-Eurosistema sabiex iċ-ċentru tal-infrastruttura li jservi lill-euro jkun lokalizzat fiż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[b]l-applikazzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni għall-prodotti derivati ta’ kreditu over-the-counter, l-Eurosistema ma wrietx biss il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>bżonn ta’ mill-inqas kontroparti ċentrali Ewropea għad-derivati ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/>, iżda wkoll li, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>fid-dawl tal-importanza sistematika potenzjali ta’ clearing u ta’ regolarizzazzjoni ta’ titoli, din l-infrastruttura għandha tkun lokalizzata fiż-żona euro<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/><QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (paġna 9 tal-verżjoni tal-qafas ta’ sorveljanza ppubblikata fl-2009).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-verżjoni tal-qafas ta’ sorveljanza kkontestata hija kjarament differenti mill-verżjonijiet preċedenti sa fejn din tiffissa limiti speċifiċi li taħthom dan ir-rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fiż-żona euro huwa applikabbli, li jikkontribwixxu għall-applikabbiltà tiegħu. Madankollu, mis-sempliċi fatt tal-preżenza ta’ din is-silta addizzjonali, il-qafas ta’ sorveljanza ma jistax jitqies li huwa ta’ natura konfermattiva allegata mill-BĊE.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-argumentazzjoni tal-BĊE tista’ tinftiehem bħala li ssostni li, sa fejn atti legali oħra jirreferu għall-politika ta’ lokalizzazzjoni tal-BĊE kif deskritta fil-qafas ta’ sorveljanza, huma biss dawn l-atti li jista’ jkollhom effetti legali li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Tali argumentazzjoni ma tistax madankollu tiġi segwita, peress li hija dedotta minn konfużjoni ta’ relazzjonijiet li jistgħu jeżistu, minn naħa, bejn miżura intermedjarja u deċiżjoni finali u, min-naħa l-oħra, bejn att ta’ portata ġenerali u deċiżjonijiet li japplikawh. Fil-fatt, minkejja li l-Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew, tas-<DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2007/2) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="237" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU L 237, p. 1</REF.DOC.OJ>), u d-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-<DATE ISO="20070724">24 ta’ Lulju 2007</DATE>, dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2007/7) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="237" PAGE.FIRST="71" DATE.PUB="2007">ĠU L 237, p. 71</REF.DOC.OJ>), li għalihom il-partijiet jirreferu fl-atti tagħhom, ġew emendati sabiex jiġi inkluż riferiment għall-politika ta’ lokalizzazzjoni kif espressa fil-qafas ta’ sorveljanza, dan il-fatt ma jindikax assenza allegata tan-natura definittiva ta’ dan il-qafas. Dan juri biss li l-kundizzjoni fissa fih ġiet implementata fil-qasam speċifiku kkonċernat minn dawn iż-żewġ atti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu premess, l-ewwel oġġezzjoni ta’ inammissibbiltà, ibbażata fuq in-natura tal-qafas ta’ sorveljanza, għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-oġġezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq l-assenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-Renju Unit</P></TI></TITLE><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Il-BĊE jsostni li, anki jekk kellu jiġi konkluż li l-qafas ta’ sorveljanza għandu jitqies att vinkolanti, ir-Renju Unit ma għandux <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex jippreżenta rikors kontra tiegħu, peress li huwa ma pparteċipax f’ċerti aspetti tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. F’dan ir-rigward, huwa jirreferi għall-fatt li l-Protokoll Nru 15 tat-Trattat FUE dwar ċerti dispożizzjonijiet tar-Renju Unit jipprekludi l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u tal-Istatuti għalih, fosthom l-Artikolu 127(1) sa (5) TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit isostni li l-Protokoll Nru 15 tat-Trattat FUE ma għandux l-effett li jipprekludih milli jikkontesta l-atti jew l-astensjonijiet tal-BĊE li jiksru d-dritt tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Mill-ewwel u mit-tieni paragrafi tal-Artikolu 263 TFUE u mill-punt 35.1 tal-Artikolu 35 tal-Istatuti jirriżulta li Stat Membru għandu dritt jippreżenta rikors kontra atti adottati mill-BĊE.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li mill-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 15 tat-Trattat FUE jirriżulta li ċerti artikoli tal-Istatuti ma japplikawx għar-Renju Unit, l-Artikolu 35 tal-Istatuti ma huwiex inkluż f’din il-lista.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Minn dan għandu jiġi dedott li, fil-kwalità tiegħu ta’ Stat Membru, ir-Renju Unit għandu <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex jaġixxi kontra atti tal-BĊE fuq il-bażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, mingħajr ma huwa suġġett għall-kundizzjonijiet tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkonfutata mill-fatt li l-Artikoli 4 u 7 tal-Protokoll Nru 15 tat-Trattat FUE jeskludu l-applikazzjoni, rispettivament, tal-Artikolu 127(1) sa (5) TFUE u tal-Artikoli 3 u 22 tal-Istatuti fir-rigward tar-Renju Unit. Fil-fatt, il-punt dwar jekk il-BĊE, bl-adozzjoni tal-qafas ta’ sorveljanza, baqax fl-ambitu tal-poteri lilu mogħtija minn dawn id-dispożizzjonijiet jew, għall-kuntrarju, qabiżhomx, jaqa’ taħt l-evalwazzjoni fil-mertu tar-rikors u mhux taħt l-ammissibbiltà tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minkejja li, skont il-Protokoll Nru 15 tat-Trattat FUE, ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u tal-Istatuti ma japplikawx għar-Renju Unit, dan tal-aħħar jibqagħlu d-dritt li jippreżenta rikors sabiex il-qorti tal-Unjoni tivverifika jekk il-BĊE qabiżx il-kompetenzi tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni oġġezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-BĊE għandha tiġi miċħuda u dan ir-rikors għandu jitqies ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jinvoka ħames motivi.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Bl-ewwel motiv, huwa jsostni li l-BĊE ma kellux il-kompetenza li jimponi rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fir-rigward tal-kontropartijiet ċentrali. Fl-ambitu tat-tieni motiv, huwa jsostni li l-politika ta’ lokalizzazzjoni tal-BĊE tikser id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà tal-istabbiliment, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital. It-tielet motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 13(2) TUE. Bir-raba’ motiv, ir-Renju Unit isostni li r-rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni tal-BĊE jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fl-Artikolu 18 TFUE. Finalment, fl-ambitu tal-ħames motiv, huwa jsostni li l-ebda ġustifikazzjoni ma tista’ tingħata għan-natura diskriminatorja tal-qafas ta’ sorveljanza, fl-assenza tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fl-ambitu tal-ewwel motiv, ir-Renju Unit, sostnut fis-seduta mir-Renju tal-Isvezja, isostni li l-BĊE ma għandux il-kompetenza sabiex jeżerċita sorveljanza u kontroll regolatorju fuq il-kontropartijiet ċentrali.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-BĊE, sostnut fis-seduta mir-Renju ta’ Spanja u mir-Repubblika Franċiża, iqis li, anki fil-każ li l-qafas ta’ sorveljanza jiġi kklassifikat bħala att vinkolanti, huwa jibqa’ kompetenti sabiex jadotta l-istess qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huwa jsostni li l-qafas ta’ sorveljanza jaqa’ taħt l-għan mogħti lilu mill-Artikolu 127(1) TFUE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet u li jsostni l-linji ta’ politika ekonomika ġenerali fl-Unjoni. B’mod iktar partikolari, dan jaqa’ taħt il-ħidma bażika, mogħtija lill-BĊE mill-Artikolu 127(2) TFUE, li jiġi promoss il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas. Huwa jfakkar li sa<?PAGE NO="13"?> mill-2001 huwa kien irrileva l-effetti li l-kontropartijiet ċentrali jista’ jkollhom fuq il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas. Huwa jiddeduċi li, peress li l-politika ta’ lokalizzazzjoni fir-rigward tal-kontropartijiet ċentrali inkluża fil-qafas ta’ sorveljanza hija marbuta mal-promozzjoni tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas, huwa seta’ jadottaha mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika, il-BĊE jenfasizza li l-premessa 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>, dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 201, p. 1</REF.DOC.OJ>), tirrikonoxxi li, taħt il-kompitu tal-promozzjoni ta’ funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas mis-SEBĊ, il-membri ta’ din tal-aħħar għandhom jeżerċitaw responsabbiltà fil-qasam tas-sorveljanza billi jiżguraw l-effikaċità u s-solidità tas-sistemi ta’ clearing u ta’ ħlas, inklużi l-kontropartijiet ċentrali.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-BĊE jikkonfuta l-idea mressqa mir-Renju Unit li huwa kien marbut li jadotta att vinkolanti sabiex jistabbilixxi politika fil-qasam inkwistjoni. Essenzjalment, huwa jsostni li għandu dritt jadotta dikjarazzjoni sabiex jindika l-politika tiegħu dwar il-lokalizzazzjoni tal-kontropartijiet li jwettqu operazzjonijiet li jinvolvu attiv iddenominat f’euro, u dan anki fil-każ li l-Kunsill kellu jikkonferixxilu missjonijiet speċifiċi, skont l-Artikolu 127(6) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi osservat li l-kwistjoni tirrigwarda l-kompetenza tal-BĊE li jimponi, f’isem l-Eurosistema, rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi ħdan iż-żona euro applikabbli għall-kontropartijiet ċentrali li jipprovdu servizzi ta’ clearing ta’ titoli ddenominati f’euro lil hinn minn ċerti limiti. Għandu jiġi kkonstatat li l-ħolqien ta’ tali rekwiżit imur lil hinn mill-qafas tas-sempliċi sorveljanza tal-infrastrutturi tas-sistemi ta’ clearing ta’ titoli, u iżda jipparteċipa fir-regolamentazzjoni tal-attività tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk il-BĊE għandux il-kompetenza li jirregola l-attività tal-infrastrutturi, bħalma huma l-kontropartijiet ċentrali, li jipparteċipaw fil-clearing ta’ titoli.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Fl-atti tiegħu, il-BĊE jibbaża l-eżistenza ta’ tali kompetenza fuq l-Artikolu 127(1) TFUE u fuq ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE. Huwa jirreferi wkoll, fil-qafas ta’ sorveljanza, għall-Artikolu 22 tal-Istatut.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 127(1) TFUE, l-għan prinċipali tas-SEBĊ huwa li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[i]l-ħidmiet bażiċi li jridu jiġu mwettqa permezz tas-SEBĊ jkunu […] li tiġi promossa l-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Din il-ħidma hija mfakkra fir-raba’ inċiż tal-punt 3.1 taħt l-Artikolu 3 tal-Istatut.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-Istatut, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Sistemi ta’ clearing u ħlas<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[l]-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, sabiex jiżgura li s-sistemi ta’ <HT TYPE="ITALIC">clearing</HT> u ħlas fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħra jkunu effiċjenti u validi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li hemm relazzjoni komplementari bejn dawn id-diversi bażijiet legali. Is-setgħa li jadotta regolamenti taħt l-Artikolu 22 tal-Istatuti hija wieħed mill-mezzi disponibbli għall-BĊE sabiex iwettaq il-ħidma li l-Artikolu 127(2) TFUE jagħti lill-Eurosistema sabiex tippromwovi l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas. Din il-ħidma sservi hija stess l-għan prinċipali stipulat fl-Artikolu 127(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta neċessarjament li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>sistemi ta’ clearing<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> li tidher fl-Artikolu 22 tal-Istatuti għandha tinqara flimkien mas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>sistemi ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> li għalihom jirreferi l-istess artikolu u li l-funzjonament tajjeb tagħhom jikkostitwixxi waħda mill-ħidmiet tal-Eurosistema.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk il-ħidma ta’ promozzjoni tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas assenjata lill-Eurosistema, li għaliha l-BĊE għandu l-kompetenza li jadotta regolamenti, tistax titqies li tinkludi s-sistemi ta’ clearing ta’ titoli u, għaldaqstant, l-attività tal-kontropartijiet ċentrali meta dawn jintervjenu f’dan il-qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, kif diġà ġie rrilevat fil-punt 44 iktar ’il fuq, li kontroparti ċentrali hija maħsuba sabiex tissostitwixxi lix-xerrej fir-rigward ta’ kull bejjiegħ u lill-bejjiegħ fir-rigward ta’ kull xerrej. Minn dan isegwi li l-attività ta’ clearing ma hijiex eżerċitata biss fuq likwiditajiet intiżi għax-xiri tat-titoli inkwistjoni, iżda wkoll fuq it-titoli li huma s-suġġetti tat-tranżazzjonijiet. Dan huwa dak li l-BĊE nnifsu jenfasizza fil-qafas ta’ sorveljanza meta jirreferi għall-eżistenza tal-komponent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>likwidità<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> (il-parti tal-flus kontanti) u l-komponent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>titoli<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (il-parti tas-sigurtajiet) tal-attività ta’ kontroparti ċentrali.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-ewwel lok, l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>sistemi ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>sistemi ta’ clearing u ħlas<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, użati rispettivament fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE u fl-Artikolu 22 tal-Istatuti, għandhom jiġu interpretati għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ jekk dawn jistgħux jinkludu l-attività ta’ clearing ta’ titoli.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Minn naħa, jista’ jiġi osservat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>sistema ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> ġiet iddefinita mil-leġiżlatur fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE>, dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE kif ukoll 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU L 319, p. 1</REF.DOC.OJ>), bħala li tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>sistema ta’ trasferiment ta’ fondi b’arranġamenti formali u standardizzati u regoli komuni għall-ipproċessar, clearing u/jew settlement ta’ transazzjonjiet ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, minkejja li l-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2007/64/KE jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>transazzjonjiet ta’ ħlas li jsiru f’sistema tal-ħlas jew ta’ settlement ta’ titoli ta’ krediu bejn aġenti ta’ settlement, kontropartijiet ċentrali, clearing houses u/jew banek ċentrali u parteċipanti oħra fis-sistema, u fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, xorta waħda jibqa’ l-fatt li d-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 4(6) ta’ din l-istess direttiva tibqa’ rilevanti fir-rigward tad-definizzjoni ta’ sistema ta’ ħlas, inkluż meta din hija użata minn infrastrutturi finanzjarji bħall-kontropartijiet ċentrali, kif juri r-riferiment għall-Artikolu 28 ta’ din id-direttiva, li jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>[a]ċċess għal sistemi ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tinterpreta l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>pagamenti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, użat fil-kuntest tal-Artikolu 63(2) TFUE, bħala li jfisser it-trasferimenti ta’ fondi intiżi sabiex jiżguraw il-kunsiderazzjoni ta’ tranżazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19840131">31 ta’ Jannar 1984</DATE>, Luisi u Carbone, 286/82 u 26/83, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:35">EU:C:1984:35</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20; tal-<DATE ISO="19880714">14 ta’ Lulju 1988</DATE>, Lambert, 308/86, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:405">EU:C:1988:405</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 10, u tal-<DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Sanz de Lera <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑163/94, C‑165/94 u C‑250/94, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:451">EU:C:1995:451</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Mill-premess jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>sistema ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> fis-sens tal-Artikolu 127(2) TFUE taqa’ taħt il-qasam tat-trasferiment ta’ fondi. Għaldaqstant, minkejja li tali definizzjoni tista’ tinkludi l-komponent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>likwidità<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> tal-operazzjonijiet ta’ clearing, dan ma huwiex il-każ fir-rigward tal-komponent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>titoli<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> tal-operazzjonijiet ta’ clearing ta’ kontroparti ċentrali, ta’ tali titoli, jekk dawn jistgħu jiġu evalwati bħala li jikkostitwixxu s-suġġett ta’ tranżazzjoni li twassal għal trasferiment ta’ fondi, li madankollu ma jikkostitwixxux, fihom infushom, ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Konklużjoni simili għandha ssir wkoll fir-rigward tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>sistemi ta’ clearing u ħlas<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> użata fl-Artikolu 22 tal-Istatuti.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti fil-punt 89 iktar ’il fuq, din l-espressjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-ħidma, assenjata lill-Eurosistema mir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE, li tiġi promossa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>l-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Minn dan jirriżulta neċessarjament li l-possibbiltà mogħtija<?PAGE NO="15"?> mill-Artikolu 22 tal-Istatuti lill-BĊE li jadotta regolamenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>sabiex jiżgura li s-sistemi ta’ clearing u ħlas [...] [i]kunu effiċjenti u validi<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> ma tistax tinftiehem bħala li tirrikonoxxilu tali setgħa fir-rigward tas-sistemi ta’ clearing kollha, inklużi dawk marbuta ma’ tranżazzjonijiet fuq titoli.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Din il-possibbiltà rrikonoxxuta lill-BĊE mill-Artikolu 22 tal-Istatuti għandha pjuttost titqies li hija limitata biss għas-sistemi ta’ clearing ta’ ħlas. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li sistemi ta’ ħlas jistgħu jinkludu fażi ta’ clearing, bħas-sistemi ta’ ħlas b’regolarizzazzjoni nett b’kuntrast mas-sistema ta’ ħlas b’regolarizzazzjoni gross.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-assenza ta’ riferiment espliċitu għall-clearing ta’ titoli fl-Artikolu 22 tal-Istatuti, għandu jiġi konkluż li l-għażla tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>sistema ta’ clearing u ħlas<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> hija intiża sabiex tenfasizza li l-BĊE għandu l-kompetenza jadotta regolamenti sabiex jiżgura l-effikaċità u s-sigurtà tas-sistemi ta’ ħlas, inklużi dawk li jinkludu fażi ta’ clearing, iktar milli sabiex tagħtih kompetenza regolatorja awtonoma fir-rigward tas-sistemi ta’ clearing kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkonfutata mir-riferiment li sar mill-BĊE għall-premessa 11 tar-Regolament Nru 648/2012, billi dan ir-regolament ma kienx <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tal-qafas ta’ sorveljanza, li skontu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>[l]-membri tas-SEBĊ iwettqu sorveljanza billi jiżguraw sistemi tal-ikklerjar u ta’ pagamenti effiċjenti u sodi, inklużi l-kontropartijiet ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Mill-qari tal-premessa inkwistjoni fl-intier tagħha jirriżulta biss li din tikkostitwixxi sempliċi tfakkira mil-leġiżlatur tar-rabtiet mill-qrib bejn is-sistemi ta’ clearing u ta’ ħlas u l-kontropartijiet ċentrali u tax-xewqa tiegħu li jassoċja lill-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali fil-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u fl-istabbiliment ta’ standards tekniċi regolatorji li għalihom dawn huma suġġetti. Bl-ebda mod ma jirriżulta, fl-ambitu tar-Regolament Nru 648/2012, li l-leġiżlatur ried jirrikonoxxi favur il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali kompetenza regolatorja tal-attività tal-kontropartijiet ċentrali, meta b’dan ir-regolament il-leġiżlatur intenda jirregola huwa stess l-attività tal-kontropartijiet ċentrali billi impona fuqhom obbligi uniformi.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandha tiġi miċħuda l-argumentazzjoni tal-BĊE li, essenzjalment, l-implementazzjoni tal-ħidma li tikkonsisti fil-promozzjoni tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ħlas skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE timplika li huwa għandu neċessarjament is-setgħa li jirregola l-attività tal-infrastrutturi ta’ clearing ta’ titoli, fid-dawl tal-effett li falliment tagħhom jista’ jkollu fuq is-sistemi ta’ ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li setgħat li ma humiex espressament previsti mid-dispożizzjonijiet tat-trattati setgħu jintużaw ladarba jkunu neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti minn dawn tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, punt 30 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:32">EU:C:1971:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28). Għalhekk, meta artikolu tat-trattat jassenja lil istituzzjoni ħidma speċifika, għandu jiġi aċċettat, għax fin-nuqqas tali dispożizzjoni titlef kull effett utli, li dan ikun qiegħed neċessarjament jgħaddilha, bl-istess dispożizzjoni, is-setgħat indispensabbli sabiex twettaq din il-ħidma (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19870709">9 ta’ Lulju 1987</DATE>, Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, 281/85, 283/85 sa 285/85 u 287/85, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:351">EU:C:1987:351</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28, u tas-<DATE ISO="20070917">17 ta’ Settembru 2007</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, T‑240/04, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:290">EU:T:2007:290</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżistenza ta’ setgħa regolatorja impliċita, li tikkostitwixxi deroga mill-prinċipju ta’ attribuzzjoni stipulat fl-Artikolu 13(2) TUE, għandu jiġi evalwat b’mod strett. Huwa biss eċċezzjonalment li tali setgħat impliċiti huma rrikonoxxuti mill-ġurisprudenza u, sabiex jiġu hekk irrikonoxxuti, dawn għandhom ikunu neċessarji sabiex jiġi żgurat l-effett utli tad-dispożizzjonijiet tat-trattat jew tar-regolament ta’ bażi kkonċernat (ara, b’analoġija, is-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni, punt 104 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:290">EU:T:2007:290</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, ma jistax jiġi miċħud li hemm rabtiet mill-qrib ħafna bejn is-sistemi ta’ ħlas u s-sistemi ta’ clearing ta’ titoli u li hemm il-possibbiltà li perturbazzjonijiet li jaffettwaw l-infrastrutturi ta’ clearing ta’ titoli jkollhom effett fuq is-sistemi ta’ ħlas u b’hekk jostakolaw il-funzjonament tajjeb tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżistenza ta’ dawn ir-rabtiet ma tistax tkun suffiċjenti sabiex tiġġustifika r-rikonoxximent fir-rigward tal-BĊE ta’ setgħat impliċiti ta’ regolarizzazzjoni tas-sistemi ta’ clearing ta’ titoli, ladarba t-Trattat FUE jipprevedi l-possibbiltà li tali setgħat ikunu espliċitament mogħtija lill-BĊE.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 129(3) TFUE jipprevedi mekkaniżmu għal emendi simplifikat, derogatorju għal dak tal-Artikolu 48 TUE, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Istatuti fosthom l-Artikolu 22 ta’ dawn tal-aħħar. Dan jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fuq rakkomandazzjoni tal-BĊE jew fuq proposta tal-Kummissjoni, li jemenda dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa l-kompitu tal-BĊE, fil-każ li jqis li r-rikonoxximent favur tiegħu ta’ setgħa regolatorja tal-infrastrutturi li jwettqu clearing ta’ operazzjonijiet fuq titoli huwa neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-ħidma prevista fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE, li jitlob lil-leġiżlatur tal-Unjoni emenda għall-Artikolu 22 tal-Istatuti, billi jiżdied riferiment espliċitu għas-sistemi ta’ clearing ta’ titoli.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu premess, l-ewwel motiv invokat mir-Renju Unit għandu jintlaqa’ u, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-erba’ motivi l-oħra, għandu jiġi konkluż li l-BĊE ma għandux il-kompetenza neċessarja sabiex jirregola l-attività tas-sistemi ta’ clearing ta’ titoli, b’tali mod li l-qafas ta’ sorveljanza, sa fejn jimponi fuq il-kontropartijiet ċentrali li jintervjenu fil-clearing ta’ titoli finanzjarji rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi ħdan iż-żona euro, għandu jiġi annullat minħabba nuqqas ta’ kompetenza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-BĊE tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mir-Renju Unit, kif mitlub minn dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Isvezja għandhom għalhekk ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-qafas ta’ sorveljanza tal-Eurosistema, ippubblikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-<DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, huwa annullat sa fejn dan jistabbilixxi rekwiżit ta’ lokalizzazzjoni fi ħdan Stat Membru tal-Eurosistema għall-kontropartijiet ċentrali li jintervjenu fil-clearing ta’ titoli finanzjarji.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="17"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Prek</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kreuschitz</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>