|
16.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/33 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9067 — Equinor Refining Norway/Danske Commodities)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 417/13)
1.
Fil-31 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Equinor Refining Norway AS (“Equinor Refining”, in-Norveġja), fl-aħħar nett ikkontrollata minn Equinor ASA (in-Norveġja), |
|
— |
Danske Commodities A/S (“Danske Commodities”, id-Danimarka). |
Equinor Refining takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Danske Commodities kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Equinor Refining hija parti mill-Equinor Group li huwa bbażat fin-Norveġja, li n-negozju tiegħu jikkonsisti prinċipalment fit-tiftix, il-produzzjoni, it-trasport, ir-raffinar u l-kummerċjalizzazzjoni mad-dinja kollha taż-żejt u ta’ prodotti miż-żejt, tal-gass u ta’ forom oħra ta’ enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, |
|
— |
Danske Commodities hija kumpanija tal-kummerċ indipendenti Daniża li tispeċjalizza fil-kummerċ fiżiku u finanzjarju tal-elettriċità u l-gass. Danske Commodities hija attiva wkoll fl-oriġinazzjoni u tipprovdi bilanċjar, ottimizzazzjoni, hedging, ċertifikati u provvista ta’ riżerva għall-ġeneraturi tal-enerġija, kumpaniji industrijali, fornituri tal-enerġija, u operaturi tan-network. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9067 — Equinor Refining Norway/Danske Commodities
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).