European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2647

4.10.2024

DEĊIŻJONI (UE) 2024/2647 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-2 ta’ Ottubru 2024

li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u wara r-riżenja tas-Sur Lars BAY LARSEN, b'effett mis-7 ta' Ottubru 2024, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur Lars BAY LARSEN, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2027. Is-Sur Niels FENGER ġie nnominat għal din il-kariga.

(2)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta' dan il-kandidat għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Niels FENGER huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mis-7 ta' Ottubru 2024 sas-6 ta' Ottubru 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2024.

Il-President

ÓDOR B.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2647/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)