31984R2388



Official Journal L 221 , 18/08/1984 P. 0028 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0018
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0028
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0018
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 32 P. 0028


Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2388/84

tal-14 ta’ Awissu 1984

dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każi ta’ ċerti prodotti ppriservati taċ-ċanga u l-vitella

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikolari Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [2] għamilha possibbli għall-ħlas ta’ ammont ugwali għar-rifużjoni malli l-prodott jitqiegħed taħt il-kontroll doganali li jiggarantixxi l-esportazzjoni tiegħu mill-Komunità wara l-ipproċessar;

Billi dispożizzjonijiet għandhom jintgħamlu għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ prodotti priservati taċ-ċanga u l-vitella manifatturati taħt dawk l-arranġamenti minn laħam ta’ l-oriġini mill-Komunità;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolment japplikaw mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 754/76 tal-25 ta’ Marzu 1976 dwar it-trattament doganali applikabbli għall-oġġetti mibgħuta lura fit-territorju doganali tal-Komunità [3];

Billi, fil-każi meta dawk il-prodotti priservati jkunu importati mill-ġdid fil-Komunità, kull rifużjoni mogħtija fuq l-esportazzjoni għandha titħallas lura;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-prodotti preservati li jaqgħu taħt is-subintestatura 16.02 B III b) 1 bb) tat-Tariffa Doganali Komuni li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u li jkunu esportati lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu eliġibbli għall-rifużjoni speċjali meta jkunu mmanifatturati taħt l-arranġamenti li hemm provediment dwarhom f’Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80.

Artikolu 2

Il-prodotti priżervati li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 1 għandhom

- ikunu manifatturati miċ-ċanga u l-vitella ta’ oriġini mill-Komunità, u

- ma jkunx fihom anqas minn 80 % ta’ ċanga u vitella, eskluż ir-raċanċ u x-xaħam, u

- jitqiegħdu f’laned ta’ unità ta’ piż ta’ mhux aktar minn 500 gramma netti.

B’żieda, l-isem tal-Istat Membru li fih il-prodott ikun ġie mmanifatturat għandu jkun stampat b’riljev, bla kodifika, fuq kull waħda mill-laned, li jkun jidher ċar, fil-lingwa ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 3

Meta l-prodotti ppriservati li jaqgħu taħt is-subintestatura 16.02 B III b) I bb) tat-Tariffa Doganali Komuni, mqiegħda bi qbil ma’ Artikolu 2, jkunu importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Komunità u mhux iddikjarti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 754/76, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza d-dħul f’ċirkolazzjoni ħielsa biss jekk, b’żieda mal-ħlas tad-dazji applikabbli fuq l-importazzjoni, tinġieb prova li l-ammont ta’ rifujoni mogħti fuq l-esportazzjoni jkun ġie rkuprat. Meta l-ammont mogħti ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat għas-sodisfazzjon ta’ dawk l-awtoritajiet dan għandu jkun meqjus li jkun egwali għall-għola rifużjoni applikabbli fid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa għall-oġġetti f’dak il-każ.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Awissu 1984.

Għall-Kummissjoni

Étienne Davignon

Viċi-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

[3] ĠU L 89, tat-2.4.1976, p. 1.

--------------------------------------------------