|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2645 |
4.10.2024 |
DEĊIŻJONI (UE) 2024/2645 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-2 ta’ Ottubru 2024
li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta’ tlettax-il Imħallef u ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta’ Ottubru 2024. |
|
(2) |
Jenħtieġ li jkun hemm ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perjodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2024 u li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2030. |
|
(3) |
Fdan il-kuntest, ġie propost it-tiġdid tal-mandat tas-Sur Andreas KUMIN bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(4) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dan il-kandidat għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Andreas KUMIN huwa b’dan maħtur Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mis-7 ta’ Ottubru 2024 sas-6 ta’ Ottubru 2030.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2024.
Il-President
ÓDOR B.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2645/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)