Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li saret il-Qorti Ġenerali] (L‑Ewwel Awla), tat-2 ta’ Ottubru 2009, L-Estonja vs Il-Kummissjoni (T‑324/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti li huwa intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005, tal-31 ta’ Mejju 2005, dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU 2008, L 330M, p. 176).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3) Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.