European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6348

7.11.2024

P9_TA(2024)0057

L-effett fl-Unjoni kollha ta’ ċerti skwalifiki tas-sewqan

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2024 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effett fl-Unjoni kollha ta’ ċerti skwalifiki tas-sewqan (COM(2023)0128 – C9-0036/2023 – 2023/0055(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/6348)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0128),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1), il-punt (c), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0036/2023),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2023  (1),

—

wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0410/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C 293, 18.08.2023, p. 133.


P9_TC1-COD(2023)0055

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-6 ta’ Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effett fl-Unjoni kollha ta’ ċerti skwalifiki tas-sewqan

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), il-punt (c), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

It-titjib tas-sikurezza fit-toroq hu objettiv primarju tal-politika tat-trasport tal-Unjoni. Fil-Qafas ta’ Politika tal-UE dwar is-Sikurezza fit-Toroq 2021-2030 tagħha (2), il-Kummissjoni impenjat ruħha mill-ġdid għall-għan ambizzjuż li sal-2050 tikseb kważi mwiet żero u korrimenti serji żero fit-toroq tal-Unjoni (“Viżjoni Żero”), kif ukoll għall-mira fi żmien medju li tnaqqas l-imwiet u l-korrimenti serji b’50% sal-2030.

(2)

Biex jintlaħaq l-għan li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, il-Ministri tat-Trasport tal-Istati Membri, fid-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta tal-2017 dwar is-Sikurezza fit-Toroq tad-29 ta’ Marzu 2017, appellaw biex jissaħħaħ il-qafas ġuridiku tal-Unjoni dwar is-sikurezza fit-toroq, b’enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jikkoperaw fil-kwistjoni tal-iskwalifiki tas-sewqan tas-sewwieqa mhux residenti.

(3)

Minħabba l-moviment liberu tal-persuni u ż-żieda fit-traffiku internazzjonali tat-triq, spiss jiġu imposti skwalifiki tas-sewqan fl-Istati Membri li iżda ma jkunux dak tar-residenza normali tas-sewwieq, u li jkun ħariġlu l-liċenzja tas-sewqan.

(4)

Sal-lum, Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza tas-sewwieq, jista’ jieħu miżuri f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, u minħabba mġiba illegali fit-territorju tiegħu mid-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor, li jirriżultaw fir-rifjut tar-rikonoxximent tal-validità tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Stati Membri oħra u, għalhekk, fir-restrizzjoni tad-dritt tas-sewqan tal-persuna kkonċernata. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri ikun limitat għat-territorju tal-Istat Membru fejn tkun saret l-imġiba illegali u l-effett tagħhom ikun limitat għar-rifjut tar-rikonoxximent tal-validità ta’ dik il-liċenzja f’dak it-territorju. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ azzjoni mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan, dik il-liċenzja tas-sewqan tibqa’ rikonoxxuta fil-bqija tal-Istati Membri. Dawn ix-xenarju, iżda, ixekkel milli jinkiseb livell ogħla ta’ sikurezza fit-toroq fl-Unjoni. Is-sewwieqa bi skwalifika tas-sewqan fi Stat Membru li ma jkunx dak li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan jenħtieġ li ma jiskappawx l-effetti ta’ dik il-miżura meta jkunu qegħdin fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn seħħ ir-reat.

(5)

Biex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni lill-utenti kollha tat-triq fl-Unjoni, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-applikazzjoni fl-Unjoni kollha tal-iskwalifiki tas-sewqan imposti minn Stat Membru li ma jkunx dak ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tal-awtur tar-reat, li jirriżultaw minn reati tat-traffiku maġġuri relatati mas-sikurezza fit-toroq.

(6)

Madankollu, jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u ma tkunx teżiġi l-armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar id-definizzjoni tar-reati tat-traffiku fit-toroq, in-natura legali tagħhom u s-sanzjonijiet applikabbli għal dawk ir-reati. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi segwit l-effett tal-iskwalifiki tas-sewqan fl-Unjoni kollha irrispettivament mill-kwalifika tal-miżuri nazzjonali fl-Istat Membru tar-reat bħala amministrattivi jew kriminali. Meta japplikaw skwalifika tas-sewqan fl-Unjoni kollha, fil-limiti legali eżistenti tar-regoli nazzjonali f’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw li jallinjaw id-deċiżjonijiet tagħhom, kemm jista’ jkun. [Em. 1]

(7)

Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fejn jidħlu l-materji kriminali, u dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati. Barra minn hekk, jenħtieġ li din ma taffettwax il-possibbiltà li l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri jeżegwixxu deċiżjonijiet maħruġa minnhom, b’mod partikolari d-deċiżjonijiet ta’ natura kriminali.

(8)

L-għan preċiż ta’ din id-Direttiva hu li tippermetti lill-Unjoni ssegwi l-għan li ttejjeb is-sikurezza fit-toroq tal-Unjoni. Kif sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri maħsuba biex itejbu s-sikurezza fit-toroq jiffurmaw parti mill-politika tat-trasport u jistgħu jiġu adottati abbażi tal-Artikolu 91(1), il-punt (c), tat-Trattat (3), diment li jkunu “miżuri biex titjieb is-sikurezza tat-trasport” skont it-tifsira ta’ dik id-dispożizzjoni (4).

(9)

L-iskwalifiki tas-sewqan li jirriżultaw minn reati tat-traffiku maġġuri relatati mas-sikurezza fit-toroq jistgħu jikkonsistu fl-irtirar, fir-restrizzjoni jew fis-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan jew tad-dritt tas-sewqan tal-awtur tar-reat. Meta r-reat ikun sar fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan, dan jista’ jikkonsisti wkoll fil-kanċellazzjoni tagħha. Għalhekk l-effetti tal-iskwalifiki tas-sewqan fl-Unjoni kollha jenħtieġ li jinkisbu bl-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri kollha mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan.

(10)

Billi s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb (jiġifieri sewqan b’livell ta’ alkoħol fid-demm li jaqbeż il-valur massimu permess mil-liġi), il-veloċità żejda (jiġifieri meta jinqabżu l-limiti tal-veloċità fis-seħħ fit-triq jew għat-tip ta’ vettura kkonċernata) u s-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi u ta’ sustanzi psikoattivi jikkostitwixxu l-kawżi ewlenin tal-ħabtiet u l-fatalitajiet tat-traffiku fit-toroq fl-Unjoni, jenħtieġ li tiġi prevista l-ogħla diliġenza possibbli għall-każijiet relatati ma’ dawk ir-reati, li għalhekk jenħtieġ li jitqiesu bħala “reati tat-traffiku maġġuri relatati mas-sikurezza fit-toroq” għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Barra minn hekk, minħabba s-serjetà tagħhom, anki r-reati tat-traffiku fit-toroq li jirriżultaw f’mewt jew korriment gravi tal-persuna tal-vittma, jew is-sewqan mingħajr liċenzja tas-sewqan valida jenħtieġ li jitqiesu bħala reati maġġuri. [Em. 2]

(11)

L-iskwalifiki tas-sewqan imposti minn Stat Membru fir-rigward ta’ persuna li ma tkunx resident normali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tad-[Direttiva l-ġdida dwar il-liċenzji tas-sewqan], u li għandha liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, jenħtieġ li jkollhom effetti fit-territorju kollu tal-Unjoni, f’termini simili bħalma jkollhom l-iskwalifiki tas-sewqan imposti fir-rigward tal-persuni bil-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, fid-dawl tal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jiddeċiedu kif l-aħjar jiksbu dak ir-riżultat f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li jitqies il-fatt li meta Stat Membru jimponi skwalifika tas-sewqan fuq persuna li tkun resident normali f’dak l-Istat Membru, iżda li għandha liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, tal-ewwel hu intitolat li jiskambja l-liċenzja biex japplika dik l-iskwalifika tas-sewqan f’konformità mal-Artikolu 11(2) tad-[Direttiva l-ġdida dwar il-liċenzji tas-sewqan].

(12)

L-Istat Membru li jimponi l-iskwalifika tas-sewqan (“Stat Membru tar-reat”) jenħtieġ li jinnotifika lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tal-persuna kkonċernata (“Stat Membru tal-ħruġ”) b’kull skwalifika tas-sewqan imposta għal perjodu ta’ xahar jew aktar fuq dik il-persuna, ħalli jiġu skattati l-proċeduri meħtieġa biex ikun żgurat l-effett fl-Unjoni kollha tal-iskwalifika tas-sewqan. Din in-notifika jenħtieġ li tintbagħat b’ permezz ta’ ċertifikat standard mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-deċiżjoni li timponi l-iskwalifika tas-sewqan, biex ikun żgurat skambju tal-informazzjoni bla xkiel, affidabbli u effettiv bejn l-Istati Membri. It-trażmissjoni taċ-ċertifikat u l-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa oħra bejn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li jitwettqu permezz tan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE (“RESPER”). [Em. 3]

(13)

Iċ-ċertifikat standard jenħtieġ li jkun fih sett minimu ta’ data li tippermetti l-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-awtorità tal-Istat Membru tar-reat li jimponi l-iskwalifika tas-sewqan, ir-reat deskrizzjoni tar-reat tat-traffiku maġġuri relatati relata mas-sikurezza fit-toroq imwettaq, l-iskwalifika tas-sewqan riżultanti, il-persuna id-dettalji li jidentifikaw lill-persuna kkonċernata, u l-proċeduri segwiti għall-impożizzjoni tal-iskwalifika. Dan iċ-ċertifikat jenħtieġ li jiġi tradott ukoll b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-ħruġ jew bi kwalunkwe lingwa oħra li l-Istat Membru tal-ħruġ ikun aċċetta, biex ikun żgurat l-ipproċessar malajr mid-destinatarju. Bl-għoti ta’ din l-informazzjoni biss, iċ-ċertifikat standard jista’ jiżgura l-effettività bla ma jobbliga lill-Istati Membri jikkondividu ammonti mhux proporzjonati jew eċċessivi tal-informazzjoni. [Em. 4]

(14)

L-impożizzjoni tal-iskwalifiki tas-sewqan minħabba mġiba illegali tikkontribwixxi biex ikun żgurat livell għoli ta’ sikurezza fit-toroq fl-Unjoni. Abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa fl-Istati Membri, il-miżuri dwar l-irtirar, il-kanċellazzjoni, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru tal-ħruġ huma rikonoxxuti awtomatikament mill-Istati Membri l-oħra kollha. Għaldaqstant, l-Istat Membru tal-ħruġ jenħtieġ li jintalab jiżgura li l-iskwalifiki tas-sewqan adottati minn Stati Membri oħra jiġu rikonoxxuti mill-Istati Membri kollha. Għalhekk, man-notifika tal-iskwalifika tas-sewqan imposta, u sakemm ma tkunx applikata jew ma tiġix invokata raġuni għal eżenzjoni, l-Istat Membru tal-ħruġ jenħtieġ li jieħu l-miżuri xierqa biex jestendi l-effett tal-iskwalifika tas-sewqan għall-Unjoni kollha.

(15)

Il-miżura meħuda mill-Istat Membru tal-ħruġ jenħtieġ li tvarja skont in-natura speċifika tal-iskwalifika tas-sewqan. Billi l-irtirar, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan jew tad-dritt tas-sewqan neċessarjament iħallu konsegwenzi differenti, dawn jeħtieġu proċeduri differenti biex jingħataw effett skont il-kompetenzi tal-Istati Membri involuti. B’mod partikolari, speċifikament fir-rigward tal-irtirar, il-persuna kkonċernata jenħtieġ li tkun tista’ terġa’ tikseb il-liċenzja tas-sewqan jew id-dritt tas-sewqan f’konformità mar-regoli applikabbli għall-istess ċirkostanzi fl-Istat Membru tal-ħruġ. Rigward is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni, jenħtieġ li jkun żgurat li t-tul biss ta’ dawk il-miżuri jingħata effett fl-Unjoni kollha, anki meta l-iskwalifika tas-sewqan tkun tipprevedi kundizzjonijiet addizzjonali, għax l-għan primarju ta’ dawk il-miżuri hu li jwaqqaf temporanjament jew parzjalment lill-persuna kkonċernata milli ssuq, u mhux li jiddeterminaw kif dik il-persuna jenħtieġ li terġa’ tikseb id-dritt tas-sewqan tagħha fl-Istat Membru tal-ħruġ.

(16)

Fil-prinċipju, il-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw skwalifiki tas-sewqan fit-territorju tagħhom jenħtieġ li ma tkunx limitata b’din id-Direttiva. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istat Membru tar-reat ikun jista’ jkompli japplika, f’konformità mar-regoli nazzjonali tiegħu u b’effetti limitati għat-territorju tiegħu, l-iskwalifiki tas-sewqan u kull kundizzjoni addizzjonali stabbilita skonthom sakemm il-persuna kkonċernata tikkonforma magħhom.

(17)

Madankollu, importanti jitqies ukoll li l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni għall-kisba ta’ liċenzja tas-sewqan hi kompetenza tal-Istat Membru tal-ħruġ. L-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet addizzjonali fl-Istat Membru tal-ħruġ jenħtieġ li ma tirriżultax ukoll fid-duplikazzjoni tar-rekwiżiti li persuna kkonċernata trid tissodisfa biex turi li l-kisba mill-ġdid ta’ liċenzja tas-sewqan jew id-dritt tas-sewqan mhux se tkunu ta’ periklu għas-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan, meta l-Istat Membru tal-ħruġ ikun adotta miżuri biex jiżgura l-effett fl-Unjoni kollha tal-iskwalifika tas-sewqan u, wara dan, ikun ivvaluta mill-ġdid jekk il-persuna kkonċernata hix xierqa biex terġa’ tikseb il-liċenzja tas-sewqan jew id-dritt tas-sewqan, dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta fl-Unjoni kollha u għalhekk anke fl-Istat Membru tar-reat.

(18)

L-applikazzjoni tal-miżuri mill-Istat Membru tal-ħruġ jenħtieġ li taqdi l-għan li jkun żgurat li skwalifika tas-sewqan ikollha effett fl-Unjoni kollha u jenħtieġ li ma tkunx teħtieġ valutazzjoni ġdida tal-fatti li jwasslu għall-iskwalifika. Madankollu, biex ikun żgurat li l-effett fl-Unjoni kollha ma jmurx kontra l-prinċipju tal-proporzjonalità, id-drittijiet fundamentali jew l-eċċezzjonijiet previsti fil-liġi tal-Istat Membru tal-ħruġ, jixraq jiġu stabbiliti ċerti raġunijiet li jeżentaw lill-Istat Membru tal-ħruġ mill-obbligu li jadotta l-miżuri.

(19)

Fl-interess tas-sikurezza fit-toroq u biex tingħata ċ-ċertezza legali lill-persuna kkonċernata u lill-Istat Membru tar-reat, l-Istat Membru tal-ħruġ jenħtieġ li jiżgura l-effett fl-Unjoni kollha tal-iskwalifika tas-sewqan jew jenħtieġ li japplika raġuni għal eżenzjoni fl-iqsar żmien possibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien sa 15-il jum mill-wasla tan-notifika tal-iskwalifika. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal meta xi ċirkostanzi eċċezzjonali jxekklu l-konformità ma’ dak il-limitu taż-żmien. Madankollu, anki f’każijiet eċċezzjonali bħal dawn, l-Istat Membru tal-ħruġ jenħtieġ li jaġixxi mingħajr dewmien żejjed, u jenħtieġ li jinforma lill-Istat Membru tar-reat bil-perjodu u bir-raġuni għad-dewmien.

(20)

L-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva tippresupponi komunikazzjoni mill-qrib, malajr u effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri jikkonsultaw lil xulxin kull meta jkun meħtieġ, bil-mezzi xierqa. Barra minn hekk, f’każijiet speċifiċi definiti sew, l-Istat Membru tal-ħruġ u anki l-Istat Membru tar-reat jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni importanti lil xulxin b’rabta mal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mingħajr dewmien. Dan jenħtieġ li jkun il-każ għall-adozzjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara deċiżjoni dwar l-adozzjoni tal-miżuri li jagħtu effett fl-Unjoni kollha lill-iskwalifiki tas-sewqan, deċiżjonijiet jew deċiżjoni meħuda minħabba raġunijiet għal eżenzjoni, it-tmiem tal-iskwalifiki tas-sewqan u għal kull ċirkostanza li taffettwa l-iskwalifiki tas-sewqan imposti oriġinarjament. [Em. 5]

(21)

Meta jiġi notifikat bl-iskwalifika tas-sewqan u wara li jagħtiha effett fl-Unjoni kollha, l-Istat Membru tal-ħruġ jenħtieġ li jinforma lill-persuna kkonċernata mingħajr dewmien mhux aktar minn sebat ijiem tax-xogħol wara dik in-notifika , biex jippermetti l-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali bħad-dritt li wieħed jinstema’ u d-dritt li d-deċiżjonijiet jiġu kkontestati quddiem qrati u tribunali nazzjonali kompetenti. [Em. 6]

(22)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ rimedji legali adegwati kontra l-miżuri meħuda skont din id-Direttiva, ekwivalenti għal dawk disponibbli f’każijiet domestiċi simili, u li l-informazzjoni dwar dawn ir-rimedji tingħata dawk ir-rimedji jsiru applikabbli, u fi żmien xieraq biex ikun żgurat li jkunu jistgħu jiġu eżerċitati b’mod effettiv. Iżda jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-iskwalifika tas-sewqan notifikata f’konformità mal-Artikolu 4(1) tista’ tiġi kkontestata biss b’azzjoni mressqa fl-Istat Membru tar-reat.

(23)

Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom hi dritt fundamentali. F’konformità mal-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (5) u mal-Artikolu 16(1) tat-Trattat, kulħadd għandu d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali dwaru. Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jenħtieġ li tapplika għall-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest ta’ din id-Direttiva f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom.

(24)

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-bażi ġuridika għall-iskambju tad-data personali biex jingħata effett lill-iskwalifiki tas-sewqan imposti minn Stat Membru li mhux l-Istat Membru tal-ħruġ. Din il-bażi ġuridika tikkonforma mal-Artikolu 6(1)(c) u, meta applikabbli, mal-Artikolu 10 tar-Regolament 2016/679, u mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2016/680. Id-data personali li trid tiġi skambjata mal-Istat Membru tal-ħruġ jenħtieġ li tkun limitata għal dik meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva.

(25)

Biex Sabiex ikun żgurat l-iskambju tal-informazzjoni bla xkiel, affidabbli u effettiv permezz tar-RESPER , kull Stat Membru jenħtieġ li jiddeżinja punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Kull Stat Membru jenħtieġ li jiżgura wkoll li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali rispettivi tiegħu jikkooperaw mal-awtoritajiet rilevanti involuti fl-infurzar tal-iskwalifiki tas-sewqan koperti minn din id-Direttiva, b’mod partikolari biex jiżguraw li l-informazzjoni kollha meħtieġa tiġi kondiviża fi żmien xieraq. [Em. 7]

(26)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru regolarment statistika komprensiva dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u jibagħtuha lill-Kummissjoni kull sena. Abbażi ta’ din l-informazzjoni u informazzjoni oħra, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-impatt tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fuq is-sikurezza fit-toroq u jenħtieġ li tippreżenta rapport dwar ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ħames snin, u meta xieraq flimkien ma’ proposti leġiżlattivi għall-emenda tagħha.

(26a)

Matul it-tħejjijiet għar-rieżami ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis kemm jista’ jkun possibbli li l-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi ġeografiċi u soċjetali differenti meta jippruvaw itejbu s-sikurezza fit-toroq. Tabilħaqq, filwaqt li xi Stati Membri qed jimmiraw b’suċċess li jinfurzaw ir-regoli tat-traffiku fit-toroq permezz tal-hekk imsejħa sistemi ta’ punti mnaqqsa, oħrajn qed jagħżlu metodi differenti, bħall-impożizzjoni immedjata ta’ sanzjonijiet aktar stretti jew sforzi akbar fir-rigward ta’ kampanji mmirati ta’ infurzar u prevenzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqies ukoll il-fatt li s-sistemi ta’ punti mnaqqsa infushom jistgħu jkunu differenti b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri li jagħżlu li japplikawhom. Għaldaqstant, ir-riżorsi u l-attenzjoni jenħtieġ li jiġu diretti lejn miżuri oħra, li jistgħu jżidu s-sikurezza fit-toroq, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew ukoll jindirizzaw l-isfidi differenti li jiffaċċjaw b’tali modi li jemmnu li huma l-aktar effiċjenti. [Em. 51]

(27)

Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI (8) u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI (9), jew id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati kif previst fid-Direttiva 2010/64/UE (10), fid-Direttiva 2012/13/UE (11), fid-Direttiva 2013/48/UE (12), fid-Direttiva (UE) 2016/343 (13), fid-Direttiva (UE) 2016/800 (14) u fid-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(28)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ Stati Membri oħra, biex jissupplimentaw u jiffaċilitaw is-sistema stabbilita b’din id-Direttiva. Madankollu, jenħtieġ li jagħmlu dan biss sa fejn tali ftehimiet jew arranġamenti jippermettu li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu estiżi jew imwessgħin u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw ulterjorment il-proċeduri għall-kisba ta’ effett fl-Unjoni kollha tal-iskwalifiki tas-sewqan, u għalhekk sa fejn jippermettu livell ogħla ta’ sikurezza fit-toroq.

(29)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format u l-kontenut taċ-ċertifikat standard għan-notifika tal-iskwalifiki tas-sewqan. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(30)

Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jkun żgurat l-effett fl-Unjoni tad-deċiżjonijiet li jimponu skwalifiki tas-sewqan li jirriżultaw minn reati tat-traffiku ewlenin relatati mas-sikurezza fit-toroq, bil-għan li jżidu l-livelli tas-sikurezza fit-toroq tal-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (17). F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(31)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u ta opinjoni nhar [JJ/XX/SSSS],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Objettiv u suġġett

Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni lill-utenti kollha tat-triq fl-Unjoni. Għal dan il-għan, tistabbilixxi regoli li jipprevedu effett fl-Unjoni kollha tal-iskwalifiki tas-sewqan għar-reati tat-traffiku ewlenin relatati mas-sikurezza fit-toroq imwettqa fi Stat Membru li mhux dak li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tal-persuna kkonċernata.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skwalifika tas-sewqan” tfisser deċiżjoni relatata mat-twettiq ta’ reat tat-traffiku maġġuri relatat mas-sikurezza fit-toroq, li tirriżulta fl-irtirar, fir-restrizzjoni jew fis-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan jew tad-dritt tas-sewqan ta’ sewwieq ta’ vettura bil-magna, li ma tkunx għadha soġġetta għal dritt tal-appell, irrispettivament minn jekk tkunx tikkostitwixxi penali primarja, sekondarja jew supplimentari jew miżura tas-sikurezza, u irrispettivament minn jekk tkunx kwalifikata bħala miżura amministrattiva jew kriminali;

(2)

“irtirar” tfisser ir-revoka tal-liċenzja tas-sewqan jew tad-dritt tas-sewqan, jew tar-rikonoxximent tagħhom;

(3)

“sospensjoni” tfisser il-limitazzjoni temporanja tal-validità tal-liċenzja tas-sewqan jew tad-dritt tas-sewqan, jew tar-rikonoxximent tagħhom, għal perjodu taż-żmien fiss, jew kemm għal kombinament ta’ perjodu taż-żmien fiss u fiss kif ukoll li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet addizzjonali; [Em. 9]

(4)

“restrizzjoni” tfisser il-limitazzjoni parzjali tal-validità tal-liċenzja tas-sewqan jew tad-dritt tas-sewqan, jew tar-rikonoxximent tagħhom, għal perjodu taż-żmien fiss, jew diment li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet addizzjonali, jew skont kombinament tat-tnejn;

(5)

“kundizzjonijiet addizzjonali” tfisser kundizzjonijiet għajr l-iskadenza tal-perjodu taż-żmien fiss li persuna kkonċernata minn skwalifika tas-sewqan trid tikkonforma magħhom biex terġa’ tikseb id-dritt tas-sewqan jew il-liċenzja tas-sewqan tagħha;

(6)

“Stat Membru tar-reat” tfisser l-Istat Membru fejn li fit-territorju tiegħu jkun twettaq ir-reat tat-traffiku tat-triq li wassal għal skwalifika tas-sewqan u li fih tkun ingħatat dik l-iskwalifika tas-sewqan; [Em. 10]

(7)

“Stat Membru tal-ħruġ” tfisser l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tal-persuna kkonċernata, u li lilu tintbagħat l-iskwalifika tas-sewqan f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(8)

“vettura bil-magna” tfisser vettura bil-magna kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-[Direttiva l-ġdida dwar il-liċenzji tas-sewqan];

(9)

“liċenzja tas-sewqan” tfisser liċenzja tas-sewqan kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-[Direttiva l-ġdida dwar il-liċenzji tas-sewqan];

(10)

“persuna kkonċernata responsabbli ” tfisser il-persuna fiżika li kontriha tinħareġ skwalifika tas-sewqan; [Em. 11]

(11)

“reat tat-traffiku maġġuri relatat mas-sikurezza fit-toroq” tfisser:

(a)

sewqan taħt l-influwenza tax-xorb kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (g), tad-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(b)

veloċità żejda kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2015/413;

(c)

sewqan taħt l-influwenza tad-drogi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (h), tad-Direttiva (UE) 2015/413;

(d)

imġiba li tikser ir-regolamenti tat-traffiku tat-triq, u li kkawżat mewt jew korriment gravi fuq persuna;

(da)

sewqan mingħajr liċenzja valida kif deskritt fid-Direttiva 2006/126/KE; [Em. 12]

(12)

“residenza normali” tfisser residenza normali f’konformità mal-Artikolu 17 tad-[Direttiva l-ġdida dwar il-liċenzji tas-sewqan].

Artikolu 3

Effett fl-Unjoni kollha tal-iskwalifiki tas-sewqan

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skwalifika tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru fil-konfront ta’ persuna li normalment ma tirrisjedix ma għandhiex ir-residenza normali tagħha f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor u li jew u li għandha liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor inkella ma għandhiex liċenzja tas-sewqan , għandu jkollha effett fit-territorju kollu tal-Unjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva. [Em. 13]

Artikolu 4

Dmir li skwalifika tas-sewqan tiġi notifikata

1.   L-Istat Membru tar-reat għandu jinnotifika lill-Istat Membru bil-ħruġ ta’ kull mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara kwalunkwe deċiżjoni li timponi skwalifika tas-sewqan imposta għal perjodu ta’ xahar jew aktar fuq persuna li ma jkollhiex ir-residenza normali tagħha fl-Istat Membru tar-reat u li għandha jkollha liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru tal-ħruġ. L-Istat Membru tar-reat għandu jinnotifika wkoll lill-persuna kkonċernata jekk hija ma tkunx normalment residenti fl-Istat Membru tal-ħruġ. [Em. 14]

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir b’ċertifikat standard kif previst fl-Artikolu 5 u f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3.

3.   Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reat għandu jimla, jiffirma u jibgħat iċ-ċertifikat direttament lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħruġ, li għandu jibagħtu lill-awtorità kompetenti biex tiżgura l-effett tal-iskwalifika tas-sewqan fl-Unjoni kollha. Il-liċenzja tas-sewqan tal-persuna kkonċernata, meta f’każ li tkun ġiet irtirata sekwestrata , u d-deċiżjoni oriġinali li timponi l-iskwalifika tas-sewqan jew kopja ċċertifikata tagħha għandha tintbagħat ukoll għandhom jintbagħtu wkoll lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħruġ mill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reat. Ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu għall-Istat Membru tar-reat li jittraduċi d-deċiżjoni oriġinali jew il-kopja ċċertifikata tiegħu. [Em. 15]

Artikolu 5

Ċertifikat standard u mezz tat-trażmissjoni

1.   Qabel ... [id-data tat-traspożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 19], il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format u l-kontenut taċ-ċertifikat standard għan-notifika tal-iskwalifiki tas-sewqan. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

2.   Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar l-awtorità li imponiet l-iskwalifika tas-sewqan fl-Istat Membru tar-reat;

(b)

id-deskrizzjoni tar-reat tat-traffiku maġġuri relatat mas-sikurezza fit-toroq , tal-fatti u tal-kawżi u l-fatti li jwasslu għall-impożizzjoni tal-iskwalifika tas-sewqan; [Em. 16]

(c)

l-isem u l-indirizz tal-persuna kkonċernata, u n-numru tal-liċenzja tas-sewqan, u jekk meħtieġ, tad-dokumenti u d-dokumenti tal-identifikazzjoni nazzjonali tiegħu jew tagħha, filwaqt li informazzjoni personali oħra marbuta mad-dokument nazzjonali tal-identità tal-persuna kkonċernata, meta disponibbli trid tibqa’ kunfidenzjali ; [Em. 17]

(d)

id-dispożizzjonijiet legali applikabbli tal-Istat Membru tar-reat;

(e)

il-proċeduri segwiti u l-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut preċiżi tal-iskwalifika tas-sewqan, inkluż meta applikabbli d-data meta s-sospensjoni jew ir-restrizzjoni ma jibqax ikollha effett, u kull kundizzjoni addizzjonali stabbilita mill-Istati Membri tar-reat;

(f)

il-perjodu (f’jiem) tal-iskwalifika tas-sewqan imposta mill-Istat Membru tar-reat, li diġà jkun ġie notifikat f’dak l-Istat Membru, meta applikabbli.

(fa)

id-dritt ta’ appell tad-deċiżjoni quddiem il-ġudikatura bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tar-reat [Em. 18]

3.   L-Istat Membru tar-reat għandu jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat lill-Istat Membru tal-ħruġ b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-ħruġ jew b’xi lingwa oħra li l-Istat Membru tal-ħruġ ikun aċċetta f’konformità mal-paragrafu 4.

4.   Kull Stat Membru jista’, fi kwalunkwe ħin, jiddikjara b’dikjarazzjoni notifikata lill-Kummissjoni li jaċċetta traduzzjonijiet taċ-ċertifikati b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni waħda jew aktar, għajr il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru. Din id-dikjarazzjoni tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin. Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjonijiet u kull irtirar tagħhom disponibbli għall-Istati Membri kollha.

5.   Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reat għandu jibgħat iċ-ċertifikat lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħruġ permezz tan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE msemmi fl-Artikolu 19(1) tad-[Direttiva l-ġdida dwar il-liċenzji tas-sewqan] (“RESPER”).

5a.    Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reat u l-Istat Membru tal-ħruġ għandhom jużaw ukoll ir-RESPER għall-iskambju tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikoli 8, 9, 10, 11, 12, 14 u 15. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-RESPER ikun mgħammar bir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq dan il-kompitu. [Em. 19]

Artikolu 6

Niżguraw l-effett tal-iskwalifiki tas-sewqan fl-Unjoni kollha

1.   Man-notifika ta’ skwalifika tas-sewqan f’konformità mal-Artikolu 4(1) u sakemm ma tkunx tapplika raġuni għal eżenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8, l-Istat Membru tal-ħruġ għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li l-iskwalifika tas-sewqan ikollha effett fl-Unjoni kollha.

2.   Meta l-iskwalifika tas-sewqan tkun tikkonsisti tirriżulta fi rtirar, il-miżuri meħuda mill-Istat Membru tal-ħruġ għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ikunu dawn li ġejjin: [Em. 20]

(a)

l-Istat Membru tal-ħruġ għandu jirtira l-liċenzja tas-sewqan jew id-dritt tas-sewqan tal-persuna kkonċernata;

(b)

il-persuna kkonċernata tista’ terġa’ tikseb il-liċenzja tas-sewqan jew id-dritt tas-sewqan f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħruġ; [Em. 21]

(c)

l-Istat Membru tal-ħruġ għandu jqis kemm jista’ jkun kull parti mill-kundizzjonijiet addizzjonali li magħhom il-persuna kkonċernata għandha tikkonforma biex terġa’ tikseb id-dritt tas-sewqan li diġà jkunu ġew issodisfati fl-Istat Membru tar-reat.

(ca)

fil-każ li l-“pajjiż ta’ residenza normali”, kif definit fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126/KE jkun differenti mill-pajjiż tal-ħruġ, l-iskambju tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq għandu jiġi ffaċilitat. [Em. 22]

Il-persuna kkonċernata tista’ terġa’ tikseb il-liċenzja tas-sewqan jew id-dritt tas-sewqan f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħruġ. [Em. 23]

3.   Meta l-iskwalifika tas-sewqan tkun tikkonsisti tirriżulta f’sospensjoni jew f’restrizzjoni, il-miżuri meħuda mill-Istat Membru tal-ħruġ għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ikunu dawn li ġejjin: [Em. 24]

(a)

l-Istat Membru tal-ħruġ għandu jissospendi jew jirrestrinġi l-validità tal-liċenzja tas-sewqan jew id-dritt tas-sewqan tal-persuna kkonċernata sad-data meta s-sospensjoni jew ir-restrizzjoni imposta u notifikata mill-Istat Membru tar-reat ma jibqax ikollha effetti;

(b)

meta s-sospensjoni jew ir-restrizzjoni imposta u notifikata mill-Istat Membru tar-reat tkun soġġetta kemm għall-iskadenza tal-perjodu fiss taż-żmien u ta’ perjodu fiss kif ukoll li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet addizzjonali, l-Istat Membru tal-ħruġ għandu jqis biss il-perjodu fiss taż-żmien; [Em. 25]

(c)

meta restrizzjoni tiġi imposta u notifikata mill-Istat Membru tar-reat, din għandha titqies sa fejn tkun kompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-ħruġ f’termini tan-natura jew it-tul taż-żmien tagħha.

3a.    L-Istat Membru tal-ħruġ għandu jkollu l-għan li jiżgura li, fil-limiti legali eżistenti tar-regoli nazzjonali, il-miżuri meħuda skont il-paragrafi 2 u 3 fir-rigward tal-iskwalifiki tas-sewqan ikunu allinjati kemm jista’ jkun possibbli mal-miżuri korrispondenti imposti mill-Istat Membru tar-reat. [Em. 26]

4.   Mingħajr preġudizzju għar-raġuni għal eżenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8(1), il-punt (a), meta jiġu adottati miżuri skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru tal-ħruġ għandu jkun marbut u għandu jibbaża fuq l-informazzjoni u l-fatti pprovduti mill-Istat Membru tar-reat f’konformità mal-Artikolu 5.

Artikolu 7

Effetti tal-iskwalifiki tas-sewqan fl-Istat Membru tar-reat

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex twaqqaf lill-Istat Membru tar-reat milli jeżegwixxi l-iskwalifika tas-sewqan fit-territorju tiegħu u f’konformità mar-regoli nazzjonali tiegħu.

2.   Meta skwalifika tas-sewqan li jkun fiha kundizzjonijiet addizzjonali tiġi notifikata lill-Istat Membru tal-ħruġ f’konformità mal-Artikolu 4(1), l-Istat Membru tar-reat jista’ jkompli japplika din l-iskwalifika tas-sewqan fit-territorju tiegħu sakemm il-persuna kkonċernata tikkonforma ma’ dawk il-kundizzjonijiet.

3.   Iżda l-kundizzjonijiet addizzjonali marbuta ma’ skwalifika tas-sewqan notifikata f’konformità mal-Artikolu 4(1) għandhom jitqiesu ssodisfati mill-Istat Membru tar-reat, meta l-Istat Membru tal-ħruġ ikun ivvaluta b’mod pożittiv li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet tkun issodisfat il-kundizzjonijiet applikabbli fl-Istat Membru tal-ħruġ biex terġa’ tikseb id-dritt tas-sewqan jew il-liċenzja tas-sewqan, jew biex tkun tista’ tapplika għal waħda ġdida. F’każ bħal dan, l-Istat Membru tar-reat għandu jkun marbut bil-valutazzjoni pożittiva tal-Istat Membru tal-ħruġ u l-effetti tagħha. L-Istat Membru tar-reat għalhekk ma għandux jibqa’ japplika l-kundizzjonijiet addizzjonali. Madankollu, l-Istat Membru tar-reat jista’ jkompli japplika l-iskwalifika tas-sewqan fit-territorju tiegħu sa ma tintemm. [Em. 27]

Artikolu 8

Raġunijiet għal eżenzjoni

1.   L-Istat Membru tal-ħruġ ma għandux jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(1) meta:

(a)

iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 ma jkunx komplut jew ikun manifestament żbaljat u l-informazzjoni nieqsa jew l-informazzjoni korretta ma tkunx ingħatat f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

l-iskwalifika tas-sewqan tkun diġà ġiet eżegwita għalkollox fl-Istat Membru tar-reat;

(c)

l-iskwalifika tas-sewqan tkun preskritta f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tal-ħruġ;

(d)

ikun hemm privileġġ jew immunità skont il-liġi tal-Istat Membru tal-ħruġ li jwaqqaf l-eżekuzzjoni tal-iskwalifika tas-sewqan; [Em. 28]

(e)

fil-ħin tal-adozzjoni tal-miżuri, imsemmija fl-Artikolu 6(3), il-perjodu pendenti tas-sospensjoni jew tar-restrizzjoni li trid tiġi notifikata skont l-iskwalifika tas-sewqan ikun inqas minn xahar;

(f)

ikunu saru proċeduri ġudizzjarji u skont iċ-ċertifikat, il-persuna kkonċernata ma dehritx personalment fil-kawża u dan irriżulta fl-adozzjoni tal-iskwalifika tas-sewqan, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, f’konformità ma’ rekwiżiti proċedurali ulterjuri definiti fil-liġi tal-Istat Membru tar-reat, tkun seħħet waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(i)

il-persuna kkonċernata tkun issejħet personalment fi żmien xieraq u għalhekk tkun ġiet infurmata bid-data u bil-post skedati għall-kawża li rriżultat fl-iskwalifika tas-sewqan, jew tkun effettivament irċeviet, b’mezzi oħra, informazzjoni uffiċjali dwar id-data u l-post skedati għal dik il-kawża b’tali mod li jkun ġie stabbilit b’mod inekwivoku li dik il-persuna kienet konxja mill-kawża skedata u kienet ġiet infurmata fi żmien xieraq li tali skwalifika tas-sewqan setgħet tingħata jekk dik il-persuna ma tidhirx fil-proċess;

(ii)

konxja mill-kawża skedata, il-persuna kkonċernata kienet tat mandat lil avukat, maħtur mill-persuna kkonċernata jew mill-Istat, biex jiddefendi lil dik il-persuna fil-kawża u dik il-persuna kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak l-avukat fil-kawża; jew

(iii)

wara li kienet ġiet notifikata bl-iskwalifika tas-sewqan u ġiet infurmata b’mod espliċitu bid-dritt għal kawża ġdida jew għal appell, li matulu l-persuna kkonċernata jkollha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti rieżami tal-merti tal-każ, inkluż eżami ta’ evidenza ġdida, u li jista’ jwassal biex titreġġa’ lura l-iskwalifika oriġinali tas-sewqan, dik il-persuna ddikjarat espressament li ma kkontestatx l-iskwalifika tas-sewqan, jew ma talbitx proċess ġdid jew ma appellatx fil-limiti taż-żmien applikabbli;

(g)

f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen, abbażi ta’ evidenza speċifika u oġġettiva, li l-eżekuzzjoni tal-iskwalifika tas-sewqan, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, tinvolvi ksur ta’ dritt fundamentali kif stabbilit fil-Karta.

2.   L-Istat Membru tal-ħruġ jista’ jiddeċiedi li japplika wkoll ir-raġunijiet għal eżenzjoni li ġejjin:

(a)

l-iskwalifika tas-sewqan tkun relatata ma’ reat tat-traffiku maġġuri relatat mas-sikurezza fit-toroq li, abbażi tal-informazzjoni notifikata skont l-Artikolu 4(1), ma jkunx sanzjonat bi skwalifika tas-sewqan skont il-liġi tal-Istat Membru tal-ħruġ;

(b)

l-iskwalifika tas-sewqan tkun ġiet imposta biss għal raġunijiet ta’ veloċità żejda u l-limiti tal-veloċità fis-seħħ fl-Istat Membru tar-reat , dment li l-limitu tal-veloċità fit-triq fejn tkun seħħet il-veloċità eċċessiva jkun sinjalat b’mod ċar, ikunu nqabżu fil-każ ta’ toroq f’żoni residenzjali, b’anqas minn 30 km/siegħa u fil-każ ta’ toroq f’żoni mhux residenzjali, b’anqas minn 50 km/siegħa; [Em. 29]

(c)

skont il-liġi tal-Istat Membru tal-ħruġ, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’, minħabba l-età tagħha, tinżamm responsabbli għar-reat tat-traffiku maġġuri relatat mas-sikurezza fit-toroq li minħabba fih tkun inħarġet l-iskwalifika tas-sewqan.

3.   Kull meta l-Istat Membru tal-ħruġ ikun beħsiebu japplika f’każ speċifiku raġuni għal eżenzjoni skont il-paragrafu 1 jew 2, dan għandu jinforma mingħajr dewmien , mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara deċiżjoni li tiġi applikata eżenzjoni, lill-Istat Membru tar-reat u, meta applikabbli, għandu jitlob l-informazzjoni meħtieġa biex jeżamina jekk tapplikax raġuni għal eżenzjoni msemmija fiha. L-Istat Membru tar-reat għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba mingħajr dewmien mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara t-talba u jista’ jipprovdi informazzjoni jew kumment addizzjonali li jqis rilevanti. [Em. 30]

L-informazzjoni pprovduta skont dan il-paragrafu ma għandhiex tinkludi data personali għajr dik strettament meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 u għandha tintuża għall-iskop uniku tal-applikazzjoni ta’ dawk il-paragrafi.

Artikolu 9

Limiti taż-żmien

1.   L-Istat Membru tal-ħruġ għandu jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(1) jew jadotta d-deċiżjoni li raġuni għal eżenzjoni skont l-Artikolu 8 tapplika mingħajr dewmien u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, fi żmien sa 15-il jum tax-xogħol mill-wasla taċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5(1). [Em. 31]

2.   Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħruġ għandu jikkomunika mingħajr dewmien , mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħhom, il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6(1) jew id-deċiżjoni li raġuni għal eżenzjoni tapplika skont l-Artikolu 8 lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reat permezz tar-RESPER. [Em. 32]

3.   Meta ma jkunx possibbli, f’każ speċifiku, li jiġi ssodisfat il-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħruġ għandu jinforma permezz tar-RESPER lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reat mingħajr dewmien u b’xi mezz mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu taż-żmien , u għandu jagħti r-raġunijiet li minħabba fihom ma kienx possibbli li jiġi ssodisfat dak il-limitu taż-żmien.

L-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandhiex teħles lill-Istat Membru tal-ħruġ mill-obbligu tiegħu li jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(1) mingħajr dewmien. [Em. 33]

Artikolu 10

Konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri

Meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin, bil-mezzi xierqa u mingħajr dewmien, biex fi żmien xieraq sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva. [Em. 34]

Artikolu 11

Informazzjoni li trid tingħata mill-Istat Membru tal-ħruġ

Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħruġ għandu jinforma mingħajr dewmien lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru dwar ir-reat tar-reat mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni : [Em. 35]

(a)

bil-wasla tan-notifika tal-iskwalifika tas-sewqan, f’konformità mal-Artikolu 4(1);

(b)

bil-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6, ladarba jkunu saru legalment vinkolanti;

(c)

bi kwalunkwe deċiżjoni li raġuni għal eżenzjoni skont l-Artikolu 8 tkun tapplika flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(d)

bi kwalunkwe miżura li tissospendi jew li ttemm l-effett tal-iskwalifika tas-sewqan fl-Unjoni kollha u r-raġunijiet sottostanti, inkluż meta jintlaqa’ l-appell tal-persuna kkonċernata.

Artikolu 12

Informazzjoni li jrid jagħti l-Istat Membru tar-reat

Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reat għandu jinforma mingħajr dewmien lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tal-ħruġ , mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni : [Em. 36]

(a)

bi kwalunkwe ċirkostanza li taffettwa d-deċiżjoni li imponiet l-iskwalifika tas-sewqan , inkluża kwalunkwe informazzjoni rilevanti fir-rigward ta’ kwalunkwe ssodisfar li jkun diġà seħħ fl-Istat Membru tar-reat ta’ kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali imposta b’rabta ma’ skwalifika tas-sewqan ; [Em. 37]

(b)

bl-eżekuzzjoni tal-iskwalifika tas-sewqan fl-Istat Membru tar-reat.

Artikolu 13

Obbligu li l-persuna kkonċernata tiġi infurmata

1.   Kemm wara l-wasla tan-notifika skont l-Artikolu 4(1) kif ukoll wara l-adozzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 6(1), rispettivament, l-Istat Membru tal-ħruġ għandu jinforma lill-persuna kkonċernata mingħajr dewmien , mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara li jkun irċieva n-notifika skont l-Artikolu 4(1) jew l-adozzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 6(1) , f’konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tiegħu. [Em. 38]

2.   L-informazzjoni li trid tingħata f’konformità mal-paragrafu 1 għandha mill-inqas tispeċifika:

(a)

meta l-informazzjoni tingħata wara l-wasla tan-notifika skont l-Artikolu 4(1):

(i)

l-isem , l-indirizz postali, in-numru tat-telefown, il-preżenza fuq l-internet u l-kuntatt tal-email tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-iskwalifika tas-sewqan, tal-Istat Membru tal-ħruġ u anki tal-Istat Membru tar-reat; u; [Em. 39]

(ii)

ir-rimedji legali disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru tal-ħruġ, inkluż id-dritt li wieħed jinstema’;

(b)

meta l-informazzjoni tingħata wara l-adozzjoni tal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6(1):

(i)

id-dettalji tal-miżuri meħuda mill-Istat Membru tal-ħruġ;

(ii)

ir-rimedji legali disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru tal-ħruġ għal kontestazzjoni tal-miżuri meħuda.

Artikolu 14

Rimedji legali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw rimedji legali adegwati kontra d-deċiżjonijiet jew il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva, ekwivalenti għal dawk disponibbli f’każijiet domestiċi simili. Għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar dawk ir-rimedji tingħata fi żmien xieraq biex jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jiġu eżerċitati b’mod effettiv.

2.   Skwalifika tas-sewqan notifikata skont l-Artikolu 4(1) tista’ tiġi kkontestata biss b’azzjoni mressqa fl-Istat Membru tar-reat.

3.   L-Istat Membru tar-reat u l-Istat Membru tal-ħruġ għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar ir-rimedji legali mitluba kontra d-deċiżjonijiet jew il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva.

Artikolu 15

Punti ta’ kuntatt nazzjonali

1.   Sa ... [id-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], kull Stat Membru għandu jiddeżinja punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali rispettivi tagħhom jikkoperaw jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-iskwalifiki tas-sewqan imposti għat-twettiq tar-reati tat-traffiku maġġuri relatati mas-sikurezza fit-toroq, b’mod partikolari biex ikun żgurat li l-informazzjoni kollha meħtieġa tiġi kondiviża fi żmien xieraq, u li t-termini l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 9 f’din id-Direttiva jiġu rispettati. [Em. 40]

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-punti ta’ kuntatt nazzjonali deżinjati għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni li tkun irċeviet skont dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha permezz tar-RESPER, u fuq il-Portal CBE meta dan isir operazzjonali. Sakemm dan iseħħ, il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit web tagħha. [Em. 41]

Artikolu 16

Statistika

L-Istati Membri għandhom jiġbru b’mod regolari statistika komprensiva dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jibagħtuha lill-Kummissjoni kull sena. Dik l-istatistika għandha tinkludi:

(a)

l-għadd ta’ notifiki magħmula skont l-Artikolu 4(1), separati skont l-Istat Membru indirizzat;

(aa)

l-għadd ta’ notifiki mibgħuta lill-persuni kkonċernati; [Em. 42]

(b)

l-għadd ta’ drabi meta tkun ġiet invokata raġuni għal eżenzjoni, inkluż ir-raġunijiet għall-eżenzjoni applikata, separati skont l-Istat Membru tan-notifika;

(c)

iż-żmien meħtieġ biex tintbagħat l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni dwar ir-raġuni għal għal kull deċiżjoni meħuda għal raġuni ta’ eżenzjoni; [Em. 43]

(ca)

l-għadd ta’ drabi li dewmien kellu jiġi ġġustifikat; [Em. 44]

(d)

l-għadd ta’ rimedji legali li ġew ippreżentati kontra l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6(1).

Sa... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar ir-regoli fis-seħħ rigward il-penali applikabbli fis-sistema legali tagħhom għar-reati tat-traffiku ewlenin relatati mas-sikurezza fit-toroq. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur bi kwalunkwe bidla kbira f’dawk il-penali billi jipprovdu aġġornament tal-informazzjoni li jkunu ttrażmettew qabel. Sa... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippubblika ħarsa ġenerali tal-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu fuq il-Portal għall-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (“il-Portal CBE”) stabbilit f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2015/413 fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. F’każ ta’ bidla maġġuri tas-sistema stabbilita fi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-ħarsa ġenerali fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni. [Em. 45]

Artikolu 17

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat għal-liċenzji tas-sewqan stabbilit mill-Artikolu 22 tad-[Direttiva l-ġdida dwar il-liċenzji tas-sewqan]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta jkun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob dan.

Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 18

Relazzjoni ma’ atti legali oħra

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-atti legali li ġejjin:

(a)

id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI;

(b)

id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI;

(c)

id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati kif previst fid-Direttiva 2010/64/UE, fid-Direttiva 2012/13/UE, fid-Direttiva 2013/48/UE, fid-Direttiva (UE) 2016/343, fid-Direttiva (UE) 2016/800 u fid-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ Stati Membri oħra wara [JJ/XX/SSSS], diment li dawn il-ftehimiet jew l-arranġamenti jkunu jippermettu li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu estiżi u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw ulterjorment il-proċeduri tal-infurzar tal-iskwalifiki tas-sewqan imposti għat-twettiq tar-reati fi Stat Membru li ma jkunx dak li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tal-persuna kkonċernata.

Artikolu 19

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa ... [JJ/XX/SSSS sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ]. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. [Em. 46]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Sta għall-Istati Membri biex jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   Sa ... [JJ/XX/ SSSS 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali tagħhom li jkunu adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. [Em. 47]

Artikolu 20

Rapport dwar l-applikazzjoni Rieżami [Em. 48]

Sa ... [dħul fis-seħħ + 5 snin ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ], u mbagħad kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż l-impatt tagħha fuq is-sikurezza fit-toroq. Ir-rapport għandu jinkludi statistika mill-Istati Membri dwar l-użu tal-mekkaniżmu stabbilit minn din id-Direttiva, kif ukoll punti ta’ konġestjoni u oqsma għal titjib potenzjali. Mar-rapport għandhom jinhemżu għandha tinhemeż , meta meħtieġ, proposti għal emendi għal proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva. [Em. 49]

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni [Em. 50]

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)   ĠU C 293, 18.08.2023, p. 133.

(2)  SWD(2019) 283 final.

(3)   ĠU C 202, 7.6.2016.

(4)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Mejju 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill, C-43/12, EU:C:2014:298, il-paragrafu 43.

(5)   ĠU C 202, 7.6.2016, p. 391.

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(8)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102).

(9)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16).

(10)  Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

(12)  Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

(13)  Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

(14)  Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(17)   ĠU C 202, 7.6.2016, p. 13.

(18)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi u organi tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(19)  Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali tal-informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6348/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)