European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1780

10.9.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1780

tad-9 ta’ Settembru 2025

li tadotta l-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għar-raba’ perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2025–2029)

(notifikata bid-dokument C(2025) 5968)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Maniġer tan-Network għandu jfassal il-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network, li huwa soġġett għall-valutazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(2) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(2)

Fis-6 ta’ Diċembru 2024, il-Maniġer tan-Network inizjalment issottometta lill-Kummissjoni abbozz ta’ Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għar-raba’ perjodu ta’ referenza (“RP4”).

(3)

Skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni, ivvalutat l-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Dik il-valutazzjoni wriet li l-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network jissodisfa dawk il-kriterji.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni tapprova l-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għall-RP4 (4), kif imfassal mill-Maniġer tan-Network u sottomess lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Diċembru 2024,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għar-raba’ perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2025-2029), ippreżentat mill-Maniġer tan-Network fis-6 ta’ Diċembru 2024, huwa adottat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Eurocontrol bħala l-Maniġer tan-Network.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Apostolos TZITZIKOSTAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/549/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj.

(3)   ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/317/oj.

(4)  Il-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network tal-Maniġer tan-Network għar-raba’ perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2025–2029), ippubblikat fuq is-sit web tal-Ajru Uniku tal-UE (https://eu-single-sky.transport.ec.europa.eu/index_en).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1780/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)