|
2.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/17 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Kaz M.10660 – MONTAGU / HG / WAYSTONE / KB ASSOCIATES)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 218/10)
1.
Fl-24 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Montagu Private Equity LLP (“Montagu”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Hg Capital LLP (“Hg”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Sigma Luxco 2 S.à r.l. (flimkien mas-sussidjarji tagħha “Waystone”, l-Irlanda), |
|
— |
King TopCo Limited (flimkien mas-sussidjarji tagħha “KB Associates”, l-Irlanda). |
Montagu u Hg se jakkwistaw kontroll bi sħab ta’ Waystone (Tranżazzjoni1) u KB Associates (permezz ta’ Waystone, Tranżazzjoni 2) fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Montagu hija kumpanija ta’ ekwità privata u maniġer ta’ fondi attivi madwar id-dinja; |
|
— |
Hg hija kumpanija ta’ ekwità privata attiva madwar id-dinja; |
|
— |
Waystone hija fornitur ta’ kumpanija maniġerjali (“ManCo”) u servizzi anċillari (2), li tiffoka fuq is-settur tal-fondi ta’ investiment Irlandiżi; |
|
— |
KB Associates huwa fornitur ta’ servizzi ta’ konsulenza u ManCo, li jiffoka fuq is-settur tal-fondi ta’ investiment. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10660 – MONTAGU / HG / WAYSTONE / KB ASSOCIATES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Is-servizzi tal-kumpanija maniġerjali jikkonsistu fl-iżgurar ta’ (i) il-konformità regolatorja; (ii) il-ġestjoni tal-investiment; (iii) il-ġestjoni tar-riskju tal-investiment; (iv) ġestjoni tar-riskju operattiv; (v) il-ġestjoni tal-kapital u finanzjarja; u, (vi) id-distribuzzjoni.