Official Journal L 031 , 09/02/1996 P. 0014 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/96 tas-7 ta' Frar 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Ġunju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3009/95 [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura maqgħuda annessa ma "l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness li jinsab ma" dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid suddiviżjoni addizjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ f'oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament presenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet xierqa tan-NM murija fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3; Billi huwa aċċettat li l-informazzjoni obbligatorja dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista "tibqa" tkun invokata, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [4], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni tan-Nomenklatura dwar it-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura maqgħuda taħt il-kodiċijiet adattati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista "tibqa" tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Frar 1996. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 319, tat-30.12.1995, p. 1. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Klassifika (kodiċi NM) | Bażijiet | (1) | (2) | (3) | Strumenti intra-uterini li jikkonsistu f'apparat tal-plastik b'żewġ ħajtiet tan-nylon mehmuża u inserzjoni li fiha proġesteron | 90189085 | Il-klassifika hija stabbilita skond id-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 901890 u 90189085 | --------------------------------------------------