|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2934 |
25.11.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2934
tal-25 ta’ Novembru 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqies tibdil reċenti fil-Gvern Sirjan, jenħtieġ li jiżdiedu tliet persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni marbuta ma’ persuna waħda elenkata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 tiġi aġġornata. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b’mod dirett fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
HANKÓ B.
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima “A. Persuni”:
|
|
(2) |
fit-taqsima “A. Persuni”, l-entrata 30 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2934/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)