|
17.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/153 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/57
tal-14 ta' Diċembru 2016
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' 1,8-ċineol, 3,4-diidrokumarina u 2-(2-metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
1,8-Ċineol, 3,4-diidrokumarina u 2-(2-metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali skont id-Direttiva 70/524/KEE. Dawk il-prodotti sussegwentement iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet sottomessa applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sustanzi kkonċernati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikant talab li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-6 ta' Marzu 2012 u tat-13 ta' Novembru 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti għall-użu fl-għalf, is-sustanzi kkonċernati ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-funzjoni ta' 1,8-ċineol, 3,4-diidrokumarina u 2-(2-metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran fl-għalf hija simili għal dik fl-ikel. L-Awtorità diġà kkonkludiet li għall-ikel, dawk is-sustanzi huma effikaċi, għaliex iżidu r-riħa jew it-togħma. Għalhekk, dik il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-għalf. Minħabba l-fatt li l-użu ta' 1,8-ċineol, 3,4-diidrokumarina u 2-(2-metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran fl-ilma tax-xorb huwa diffiċli li jiġi kkontrollat meta jintuża b'mod simultanju mal-għalf, dan l-użu jenħtieġ li jiġi eskluż. Madankollu, dawk is-sustanzi jistgħu jintużaw f'għalf kompost li sussegwentement jingħata mal-ilma. |
|
(5) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kontroll aħjar. Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jirrikjedux li jiġi ffissat kontenut massimu, u b'kunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid imwettqa mill-Awtorità, fuq it-tikketta tal-addittiv jenħtieġ li jiġi indikat il-kontenut rakkomandat. Fejn tali kontenut jinqabeż, fuq it-tikketta ta' taħlitiet lesti minn qabel, għalf kompost u materjali tal-għalf, għandha tiġi indikata ċerta informazzjoni. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet li 1,8-ċineol, 3,4-diidrokumarina u 2-(2-metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran jirritaw l-għajnejn, is-sistema respiratorja u l-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li 3,4-diidrokumarina huwa ukoll sensitizzatur tal-ġilda u perikoluż jekk jinbela'. Konsegwentement, jenħtieġ li jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa. L-Awtorità hija tal-fehma li ma hemmx bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf sottomess mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni ta' 1,8-ċineol, 3,4-diidrokumarina u 2-(2-metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawk is-sustanzi jenħtieġ li jkun awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Billi r-raġunijiet ta' sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal 1,8-ċineol, 3,4-diidrokumarina u 2-(2-metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżizzjonali biex iħejju ruħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jqawwu t-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawk is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Awwissu 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Frar 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Frar 2018 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Frar 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Frar 2019 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Frar 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2012;10(3):2622 u EFSA Journal 2012;10(11):2967.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
|||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti li jqawwu t-togħma |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
2b03001 |
— |
1,8-Ċineol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 1,8-Ċineol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 1,8-Ċineol Prodott permezz ta' distillazzjoni minn Eucalyptus globulus Purità: minimu ta' 98 % Formula kimika: C10H18O numru CAS 470-82-6 FLAVIS Nru 03.001 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 1,8-ċineol fl-addittiv tal-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel ta' sustanzi li jqawwu t-togħma tal-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
|
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||
|
2b13009 |
— |
3,4-Diidrokumarina |
Kompożizzjoni tal-addittiv 3,4-Diidrokumarina Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3,4-Diidrokumarina Prodott b'sinteżi kimika Purità: minimu ta' 99 % Formula kimika: C9H8O2 numru CAS 119-84-6 FLAVIS Nru 13.009 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 3,4-diidrokumarina fl-addittiv tal-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel ta' sustanzi li jqawwu t-togħma tal-għalf. Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
|
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||
|
2b13037 |
— |
2-(2-Metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-(2-Metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-(2-Metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran Prodott b'sinteżi kimika Purità: minimu ta' 99 % Formula kimika: C10H18O numru CAS 16409-43-1 FLAVIS Nru 13.037 Metodu tal-analiżi (1) Għall-identifikazzjoni ta' 2-(2-metilprop-1-enil)-4-metiltetraidropiran fl-addittiv tal-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel ta' sustanzi li jqawwu t-togħma tal-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
is-6 ta' Frar 2027 |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports