|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/26 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
tat-12 ta’ Ġunju 2018
dwar l-emendar tal-Appendiċi 6 tal-Anness 11 għall-Ftehim [2020/554]
IL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim Agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim Agrikolu (“il-Kumitat Veterinarju Konġunt”) huwa inkarigat jeżamina l-kwistjonijiet kollha marbutin ma’ dak l-Anness u mal-implimentazzjoni tiegħu, u jwettaq il-kompiti stipulati fih. L-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju Konġunt jemenda l-Appendiċijiet għal dak l-Anness, b’mod partikolari sabiex jadattahom u jaġġornahom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt (2) emendat l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu għall-ewwel darba. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt (3) emendat l-aħħar l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu. |
|
(5) |
L-Iżvizzera bbenefikat minn bosta perjodi suċċessivi li matulhom setgħet tidderoga mill-eżami għall-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u fil-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin għat-tismin u għall-qatla fl-istabbilimenti tal-qatla b’kapaċità baxxa. F’aktar minn 50 sena ma ġie identifikat l-ebda każ ta’ Trichinella fl-Iżvizzera. Barra minn hekk, l-Iżvizzera għandha programm ta’ detezzjoni effiċjenti u impenjat ruħha biex il-laħam tal-ħnieżer domestiċi li jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni Ewropea dejjem jiġi ttestjat għat-Trinchinella fil-karkassi u fil-laħam. Għalhekk huwa possibbli li d-deroga ssir waħda permanenti. |
|
(6) |
Sabiex jiġi evitat il-waqfien ta’ prattiki eżistenti u li qed jiffunzjonaw sew u biex tiġi żgurata l-kontinwità legali li ma tikkawżax konsegwenzi negattivi prevedibbli, huwa xieraq li din id-Deċiżjoni tiġi applikata retroattivattivament b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017. |
|
(7) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Appendiċi 6 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu jiġi emendat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi 6 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huwa b’dan emendati kif ġej:
|
1. |
Il-punti (4) sa (6) tal-kapitolu “Kundizzjonijiet Speċjali” jinbidlu b’dawn li ġejjin:
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta’ Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212, 11.8.2015, p. 7).”." |
|
2. |
Il-punt 7 jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-kopresidenti jew minn persuni oħrajn mogħtija s-setgħa biex jaġixxu f’isem il-Partijiet għall-Ftehim Agrikolu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għadha tapplika retrospettivament mill-1 ta’ Jannar 2017.
Magħmul f’Bern, it-12 ta’ Ġunju 2018.
Għall-Unjoni Ewropea
Il-Kap tad-Delegazzjoni
Koen VAN DYCK
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera
Il-Kap tad-Delegazzjoni
Hans WYSS
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 li temenda l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim [traduzzjoni mhix uffiċjali] (ĠU L 23, 28.1.2004, p. 27).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tas-17 ta’ Diċembru 2015 dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 128).