8.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9574 — Associated British Foods/Wilmar International/AB Mauri Yihai Kerry China Investment Holding Company)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 4/04)

1.   

Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AB Mauri China Limited (“ABM”, iċ-Ċina), sussidjarja indiretta li hija proprjetà kollha kemm hi tal-Associated British Foods (“ABF”, ir-Renju Unit),

—

Yihai Kerry Arawana Holdings Co. Ltd (“YKA”, iċ-Ċina), sussidjarja indiretta ta’ Wilmar International Limited (“WILMAR”, Singapore).

ABF u WILMAR jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture) maħluqa ġdida.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ABF: il-kumpanija hija attiva f’ħames dominji ta’ negozju prinċipali, jiġifieri (i) il-produzzjoni ta’ ingredjenti għall-ħami, (ii) il-produzzjoni taz-zokkor, (iii) il-manifattura ta; prodotti tal-merċa, (iv) il-provvista ta’ prodotti agrikoli lill-bdiewa u (v) ħwienet ta’ livell għoli,

—

ABM: il-produzzjoni ta’ ħmira u ingredjenti għall-ħami,

—

WILMAR: kultivazzjoni tal-palm taż-żejt, tħin taż-żerriegħa taż-żejt, raffinar ta’ żejt tal-ikel, tħin u raffinar taz-zokkor, manifattura ta’ prodotti tal-konsumatur, xaħmijiet ta’ speċjalità, oleokimiċi, biodiesel u fertilizzanti kif ukoll tħin tad-dqiq u tar-ross,

—

YKA: attivitajiet tal-investiment, prinċipalment fl-industriji li ġejjin: tħin ta’ żerriegħa taż-żejt, raffinar ta’ żejt tal-ikel, xaħmijiet ta’ speċjalità, oleokimiċi, ipproċessar tal-qamħirrum, tal-qamħ u tal-fażola tas-sojja, ipproċessar sostenibbli f’ħafna stadji ta’ ikel u xarbiet mir-ross, riċerka u żvilupp tat-teknoloġija tal-qmuħ u ż-żjut.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9574 — Associated British Foods/Wilmar International/AB Mauri Yihai Kerry China Investment Holding Company

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email : COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks + 32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.