Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – EOS vs UASI (PrimeCast)

(Kawża T-373/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PrimeCast – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l-punti 24-29, 36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Lulju 2007 (Każ R 333/2005-4), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali PrimeCast bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

EOS GmbH Electro Optical Systems

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali PrimeCast għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 19, 40 u 42 – Applikazzjoni Nru 2854677

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EOS GmbH Electro Optical Systems hija kkundannata għall-ispejjeż.