|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6083 |
11.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12157 — AIP / INTERNATIONAL PAPER (GLOBAL CELLULOSE FIBERS BUSINESS))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6083)
1.
Fil-31 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AIP, LLC (“AIP”, l-Istati Uniti), |
|
— |
GCF (Asia) Limited (Hong Kong), International Paper Cellulose Fibers sp. z o.o. (il-Polonja), GCF US Holdings, LLC (l-Istati Uniti), u International Paper Canada Pulp Holdings ULC (il-Kanada), kollha kkontrollati minn International Paper Company (“IP”, l-Istati Uniti) (flimkien, “IP Global Cellulose Fibers Business”). |
AIP se takkwista b’mod dirett, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
AIP hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq ix-xiri u t-titjib ta’ negozji industrijali. Waħda mill-kumpaniji tal-portafoll tagħha, Attindas (l-Istati Uniti), tiddisinja, timmanifattura u tikkummerċjalizza prodotti assorbenti tal-iġjene. Attindas tbigħ prodotti tal-inkontinenza għall-adulti u ħrieqi tat-trabi, fost prodotti oħra, fil-kanali tal-kura tas-saħħa, tal-bejgħ bl-imnut, u diretti lejn il-konsumatur taħt marki inklużi Attends, Indas u Comfees, |
|
— |
Il-Global Cellulose Fibers Business tal-IP tipproduċi fibri taċ-ċelluloża, materja prima rinnovabbli użata f’firxa wiesgħa ta’ prodotti ta’ kuljum, inklużi ħrieqi, prodotti tat-tessuti u tax-xugamani, kura femminili, oġġetti ta’ inkontinenza, u prodotti oħra għall-kura personali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12157 — AIP / INTERNATIONAL PAPER (GLOBAL CELLULOSE FIBERS BUSINESS)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6083/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)