|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6719 |
17.12.2025 |
naġsenNotifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12253 – ELP / PCIV / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6719)
1.
Fit-8 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PETRONAS Carigali International Ventures Sdn. Bhd. (“PCIV”), il-Malażja, ikkontrollata minn Petroliam Nasional Berhad (PETRONAS) (“PETRONAS”), il-Malażja; |
|
— |
Eni Lasmo Plc (“ELP”), ir-Renju Unit, ikkontrollata minn Eni S.p.A. (“Eni”), l-Italja; |
|
— |
Kumpanija ġdida (“Target JV”), ir-Renju Unit. |
PCIV u ELP jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Target JV.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
PCIV hija attiva fis-settur taż-żejt u l-gass, billi tipprovdi parteċipazzjoni ta’ investiment u servizzi ta’ ġestjoni għal diversi entitajiet fi ħdan il-grupp PETRONAS, |
|
— |
L-ELP hija attiva fis-settur taż-żejt u tal-gass, billi tipprovdi parteċipazzjoni ta’ investiment u servizzi ta’ ġestjoni lill-kumpaniji sussidjarji tagħha fi ħdan il-grupp Eni. |
3.
Target JV se tkun attiva fl-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali, l-iżvilupp, il-produzzjoni, u l-provvista bl-ingrossa upstream taż-żejt mhux maħdum u l-iżvilupp, il-produzzjoni, u l-provvista bl-ingrossa upstream tal-gass naturali fir-reġjun Asja-Paċifiku.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12253 — ELP / PCIV / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea/European Commission |
|
Id-Direttorat Ġeneral għall-Kompetizzjoni/Directorate-General for Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
IL-BELĠJU/BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6719/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)