11.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9451 — Mall Group/Československá obchodní banka/Mallpay)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 344/05)

1.   

Fl-1 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mall Group a.s. (“Mall Group”, iċ-Ċekja), ikkontrollat b’mod konġunt minn (i) Rockaway e-commerce a.s. u l-grupp tagħha (“Rockaway”, iċ-Ċekja), (ii) EC Investments a.s. u l-grupp tagħha (“ECI”, iċ-Ċekja), u (iii) BONAK a.s. u l-grupp tagħha (bħala parti mill-PPF Group N.V. u l-grupp tiegħu, “PPF”, iċ-Ċekja);

—

Československá obchodní banka, a. s. (“CSOB”, iċ-Ċekja), ikkontrollat mill-KBC Bank (“KBC”, il-Belġju);

—

MallPay s.r.o. (“MallPay”, iċ-Ċekja).

Mall Group u CSOB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ MallPay kollha kemm hi. Bħalissa MallPay hija kkontrallata biss mill-Mall Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Mall Group: il-forniment ta’ servizzi kummerċjali elettroniċi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant permezz ta’ għadd ta’ e-shops;

—

CSOB: forniment ta’ servizzi bankarji u finanzjarji;

—

MallPay: provvista ta’ soluzzjonijiet ta’ pagamenti online.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9451 — Mall Group/Československá obchodní banka/Mallpay

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.