DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)
27 ta’ Jannar 2026 ( *1 )
[Test irrettifikat b’digriet tal‑20 ta’ Mejju 2026]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Risposta li ma tħalli ebda dubju raġonevoli – Risposta li tista’ tiġi dedotta kjarament mill-ġurisprudenza – Network trans-Ewropew tat-trasport – Regolament (UE) Nru 1315/2013 – Infrastrutturi tat-trasport stradali – Artikolu 19(d) – Żoni ta’ parkeġġ – Artikolu 39(2)(c) – Żoni ta’ mistrieħ – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Artikolu 8a – Informazzjoni dwar iż-żoni ta’ parkeġġ siguri u protetti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kostruzzjoni ta’ żoni ta’ servizz tan-network awtostradali, inklużi ż-żoni ta’ parkeġġ protetti, fuq artijiet privati – Artikolu 56 TFUE – Inapplikabbiltà – Sitwazzjoni purament interna”
Fil-Kawża C‑439/25,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Timişoara (il-Qorti tal-Appell ta’ Timişoara, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑10 ta’ Ġunju 2025, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑4 ta’ Lulju 2025, fil-proċedura
[Test irrettifikat b’digriet tal‑20 ta’ Mejju 2026] OMV Petrom Marketing SRL
vs
Compania Naţională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA,
ZR,
LN,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),
komposta minn O. Spineanu-Matei, Presidenta tal-Awla, N. Piçarra (Relatur) u N. Fenger, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. Rantos,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,
tagħti l-preżenti
Digriet
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-premessa 6, tal-Artikolu 19(d) u tal-Artikolu 39(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU 2013, L 348, p. 1), tal-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83), kif emendat bir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Lulju 2020 (ĠU 2020, L 249, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-Regolament Nru 561/2006”), kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE. |
|
2 |
[Kif irrettifikat b’digriet tal‑20 ta’ Mejju 2026] Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn OMV Petrom Marketing SRL (iktar ’il quddiem “OMV”) u l-Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA (il-Kumpannija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni tal-Infrastrutturi Stradali, ir-Rumanija, iktar ’il quddiem iċ-“CNAIR”) kif ukoll ZR u LN, dwar il-validità ta’ atti amministrattivi li permezz tagħhom iċ-CNAIR approvat il-kostruzzjoni, fuq artijiet privati fil-viċinanzi tal-awtostrada A1 fil-komun ta’ Pecica (ir-Rumanija), ta’ żona ta’ parkeġġ protetta, ta’ pompa tal-petrol, ta’ stazzjon għall-iċċarġjar rapidu ta’ vetturi elettriċi u ta’ żona bi provvista ta’ faċilitajiet. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-dritt primarju
|
3 |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 TFUE, ir-restrizzjonijiet fuq il-liberta’ li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni Ewropea għandhom jiġu pprojbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri stabbiliti fi Stat Membru għajr dak tad-destinatarju tas-servizzi. |
Ir-Regolament Nru 561/2006
|
4 |
L-Artikolu 8a tar-Regolament Nru 561/2006 jipprovdi: “1. Il-Kummissjoni [Ewropea] għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri tkun faċilment aċċessibbli għax-xufiera involuti fit-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri bit-triq. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista taż-żoni ta’ parkeġġ kollha li jkunu ġew iċċertifikati, sabiex ix-xufiera jkunu pprovduti b’mod adegwat bi:
Il-lista ta’ tali żoni ta’ parkeġġ għandha tkun disponibbli fuq sit elettroniku uffiċjali uniku li jiġi aġġornat regolarment. [...] 3. Iż-żoni ta’ parkeġġ kollha li jkunu ġew iċċertifikati jistgħu jindikaw li huma ċċertifikati f’konformità mal-istandards u l-proċeduri tal-Unjoni. F’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament [Nru 1315/2013], l-Istati Membri jridu jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ spazju għall-parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq. [...]” |
Ir-Regolament Nru 1315/2013
|
5 |
Ir-Regolament Nru 1315/2013 ġie abrogat b’effett mit‑18 ta’ Lulju 2024, permezz tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679), 28.6.2024, rettifika fil-ĠU L, 2025/90901). Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, dan jibqa’ applikabbli ratione temporis għal din il-kawża. |
|
6 |
Il-premessa 6 tar-Regolament Nru 1315/2013 tistabbilixxi li: “Il-politika għan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport għandha tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-politika tat-trasport u s-sjieda tal-infrastruttura. L-Istati Membri għadhom l-entità ewlenija inkarigata mill-ħolqien u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport. Madankollu, entitajiet oħrajn, inklużi sħab fis-settur privat, saru rilevanti wkoll għall-implimentazzjoni ta’ netwerk trans-Ewropew tat-trasport multimodali, u l-investimenti relatati, inklużi awtoritajiet reġjonali u lokali, maniġers tal-infrastruttura, konċessjonarji jew awtoritajiet tal-portijiet u tal-ajruporti.” |
|
7 |
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Suġġett”, kien jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi linji gwida għall-iżvilupp ta’ netwerk trans-Ewropew tat-trasport magħmul minn struttura b’żewġ livelli, li tikkonsisti min-netwerk komprensiv u min-netwerk ewlieni, fejn dan tal-aħħar jiġi stabbilit fuq il-bażi tan-netwerk komprensiv.” |
|
8 |
L-Artikolu 19 tal-imsemmi regolament, intitolat “Prijoritajiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport bit-triq”, kien ifformulat kif ġej: “Fil-promozzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati mal-infrastruttura tat-toroq u b’żieda mal-prijoritajiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 10, għandha tingħata prijorità lil dawn li ġejjin: [...]
[...]” |
|
9 |
L-Artikolu 39 tal-istess regolament, intitolat “Rekwiżiti tal-infrastruttura”, kien jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “L-infrastruttura tan-netwerk ewlieni għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati fil-Kapitolu II. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti mill-infrastruttura tan-netwerk ewlieni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3: [...] (c) għall-infrastruttura tat-trasport bit-triq: [...]
[...]” |
Id-dritt Rumen
|
10 |
L-Artikolu 2(1) sa (3) tal-Ordonanța Guvernului nr. 43/1997, privind regimul juridic al drumurilor (id-Digriet tal-Gvern Nru 43/1997 dwar is-Sistema Legali tan-Network Stradali), tat‑28 ta’ Awwissu 1997 (ippubblikat mill-ġdid fil-Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 237 tad‑29 ta’ Ġunju 1998), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-“OG Nru 43/1997”), jipprovdi: “(1) In-network stradali jagħmel parti min-network nazzjonali tat-trasport. (2) In-network stradali huwa kkostitwit minn linji ta’ komunikazzjoni terrestri mgħammra speċifikament għaċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi u ta’ persuni pedonali. (3) Is-segwenti jagħmlu parti integrali mit-toroq: [...], il-postijiet ta’ waqfien u ta’ parkeġġ [...], iż-żoni ta’ servizz jew ta’ kontroll [...]” |
|
11 |
L-Artikolu 6(1)(a) tal-OG Nru 43/1997 jipprovdi: “(1) In-network stradali nazzjonali jagħmel parti mid-dominju pubbliku tal-Istat u jinkludi r-rotot nazzjonali li jiżguraw il-konnessjoni mal-belt kapitali tal-pajjiż, mal-bliet prinċipali tad-dipartimenti, mal-għanijiet ta’ interess nazzjonali, bejniethom u mal-pajjiżi ġirien u li jistgħu jiġu kklassifikati kif ġej:
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
12 |
Bejn ix-xahar ta’ Lulju 2020 u x-xahar ta’ Diċembru 2021, iċ-CNAIR adottat diversi atti li japprovaw il-kostruzzjoni fuq żewġ artijiet privati li jappartjenu lil ZR u LN, li jinsabu fil-viċinanzi tal-awtostrada A1 fil-komun ta’ Pecica, ta’ żoni ta’ servizz li jinkludu żona ta’ parkeġġ protetta, pompa tal-petrol, stazzjon għall-iċċarġjar rapidu ta’ vetturi elettriċi u żona bi provvista ta’ faċilitajiet. |
|
13 |
Fil‑15 ta’ Diċembru 2021, is-sindku tal-komun ta’ Pecica ħareġ il-permessi ta’ bini għal dawn iż-żoni lil ZR u lil LN. |
|
14 |
[Kif irrettifikat b’digriet tal‑20 ta’ Mejju 2026] Fis‑17 ta’ Diċembru 2021, ZR u LN biegħu l-artijiet ikkonċernati lil OMV u ttrasferewlha d-drittijiet kollha li jirriżultaw mill-awtorizzazzjonijiet relatati. Peress li saret proprjetarja ta’ dawn l-artijiet, OMW bdiet il-kostruzzjoni tal-imsemmija żoni konformement mal-permessi maħruġa. |
|
15 |
[Kif irrettifikat b’digriet tal‑20 ta’ Mejju 2026] Fix-xahar ta’ April 2022, iċ-CNAIR fetħet kawża kontra ZR u LN quddiem il-qrati sabiex tikseb, minn naħa, l-annullament tal-avviżi, tal-ftehimiet u tal-awtorizzazzjonijiet li hija kienet ħarġitilhom b’rabta mal-kostruzzjoni ta’ dawn iż-żoni, kif ukoll tal-atti kollha adottati fuq din il-bażi, u, min-naħa l-oħra, ir-riabilitazzjoni tal-artijiet. OMV talbet li tiġi ammessa bħala intervenjenti f’din il-proċedura. |
|
16 |
Permezz ta’ sentenza tat‑3 ta’ April 2024, it-Tribunalul Arad (il-Qorti tal-Kontea ta’ Arad, ir-Rumanija) ċaħdet ir-rikors taċ-CNAIR bħala infondat, billi ddeċidiet, essenzjalment, li d-dritt nazzjonali jippermetti l-kostruzzjoni ta’ żoni ta’ mistrieħ u ta’ parkeġġ fuq artijiet privati. |
|
17 |
Permezz ta’ sentenza tal‑5 ta’ Novembru 2024, il-Curtea de Apel Timişoara (il-Qorti tal-Appell ta’ Timişoara, ir-Rumanija) laqgħet ir-rikors taċ-CNAIR u annullat is-sentenza tat‑3 ta’ April 2024. Filwaqt li bbażat ruħha fuq l-Artikolu 2(1) sa (3) u l-Artikolu 6(1)(a) tal-OG Nru 43/1997, hija qieset li ż-żoni ta’ servizz tan-network awtostradali, inklużi ż-żoni ta’ parkeġġ protetti, jagħmlu parti integrali min-network stradali nazzjonali u għandhom, għaldaqstant, jinbnew fuq artijiet li jaqgħu taħt id-dominju pubbliku tal-Istat. |
|
18 |
[Kif irrettifikat b’digriet tal‑20 ta’ Mejju 2026] Quddiem din il-qorti, li hija l-qorti tar-rinviju u li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, OMV ippreżentat rikors għal reviżjoni kontra s-sentenza tal‑5 ta’ Novembru 2024, fejn sostniet li din kienet kisret diversi dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nru 561/2006 u Nru 1315/2013 kif ukoll il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantit mill-Artikolu 56 TFUE. |
|
19 |
Fir-rigward tal-allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nru 561/2006 u Nru 1315/2013, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li dawn ir-regolamenti ma jinkludu ebda regola dwar in-natura pubblika jew privata tal-artijiet intiżi sabiex jakkomodaw żoni ta’ parkeġġ jew ta’ servizz tan-network awtostradali. Madankollu, hija għandha dubji fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi projbizzjoni ta’ kostruzzjoni ta’ tali żoni fuq artijiet privati u tistaqsi, għalhekk, jekk l-Artikolu 8a tar-Regolament Nru 561/2006 kif ukoll l-Artikolu 19(d) u l-Artikolu 39(2)(c) tar-Regolament Nru 1315/2013 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jirrikonoxxu dritt ta’ kostruzzjoni tal-imsemmija żoni fuq tali artijiet. |
|
20 |
Din il-qorti tosserva wkoll li l-premessa 6 tar-Regolament Nru 1315/2013 ma ssemmix drittijiet li huma rrikonoxxuti lill-“imsieħba tas-settur privat” fil-qasam tan-networks trans-Ewropej tat-trasport. Barra minn hekk, l-importanza ta’ dawn l-imsieħba fit-twettiq ta’ network trans-Ewropew ta’ trasport multimodali ma hijiex biżżejjed, fil-fehma tagħha, sabiex jiġi eskluż l-istabbiliment, minn Stat Membru, ta’ projbizzjoni li jinbnew żoni ta’ parkeġġ jew ta’ servizz tan-network tal-awtostradi fuq artijiet privati. |
|
21 |
[Kif irrettifikat b’digriet tal-20 ta’ Mejju 2026] Fir-rigward tal-allegat ksur tal-Artikolu 56 TFUE, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, minn naħa, OMV hija persuna ġuridika Rumena li tipprovdi s-servizzi tagħha fit-territorju Rumen u, min-naħa l-oħra, li l-kostruzzjoni kif ukoll l-operat ta’ żoni ta’ parkeġġ u ta’ servizz f’dan it-territorju jikkostitwixxu sitwazzjoni purament interna għar-Rumanija, u dan iktar u iktar peress li ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jistgħu fil-futur ikunu destinatarji tas-servizzi pprovduti minn OMV f’dawn iż-żoni mhux ser imorru r-Rumanija sabiex jibbenefikaw minn dawn is-servizzi, li huma anċillari għat-tranżitu stradali. Il-qorti tar-rinviju tenfasizza, barra minn hekk, li l-projbizzjoni li jinbnew tali żoni fuq artijiet privati maġenb l-awtostradi tapplika mingħajr distinzjoni għall-operaturi kollha, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom jew dik tad-destinatarji tal-imsemmija servizzi u ma tidhirx li tiffavorixxi indirettament lill-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fir-Rumanija. |
|
22 |
Fid-dawl, minn naħa, tan-natura definittiva tas-sentenza li għandha tingħata fil-kawża prinċipali kif ukoll, min-naħa l-oħra, tan-natura fundamentali tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fl-Unjoni, tal-kumplessità tal-qasam inkwistjoni u tal-eżistenza ta’ regoli speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport stradali, il-qorti tar-rinviju tqis utli li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 56 TFUE għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha fornitur ta’ servizzi Rumen ikollu l-intenzjoni li jipprovdi servizzi anċillari għat-trasport stradali fuq l-awtostradi Rumeni lil destinatarji li jistgħu jkunu ċittadini ta’ Stati Membri oħra. |
|
23 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel Timişoara (il-Qorti tal-Appell ta’ Timişoara) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
|
24 |
Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull waqt, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li tkun semgħet lill-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, meta r-risposta li għandha tingħata għad-domandi preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew ma tkun tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli. |
|
25 |
F’dan il-każ, hemm lok li jiġi applikat l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura peress li, minn naħa, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli u, min-naħa l-oħra, ir-risposta għat-tielet domanda tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Fuq l-ewwel u t-tieni domanda
|
26 |
Permezz tal-ewwel żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 19(d) u l-Artikolu 39(2)(c) tar-Regolament Nru 1315/2013, moqrija flimkien mal-premessa 6 ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-Artikolu 8a tar-Regolament Nru 561/2006 jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kostruzzjoni ta’ żoni ta’ servizz tan-network tal-awtostradi fuq artijiet privati. |
|
27 |
Qabelxejn, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 1315/2013 jistabbilixxi, konformement mal-Artikolu 1(1) tiegħu, linji gwida għall-iżvilupp ta’ network trans-Ewropew tat-trasport li jinkludi struttura fuq żewġ livelli, komposta min-network globali min-network ċentrali, fejn dan tal-aħħar huwa bbażat fuq in-network globali. |
|
28 |
L-Artikolu 19(d) ta’ dan ir-regolament, li jirregola l-iżvilupp tan-network globali, jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jagħtu l-prijorità, fil-kuntest tal-promozzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni marbuta mal-infrastrutturi stradali, lit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-utenti kummerċjali ta’ żoni ta’ parkeġġ xierqa li jkollhom livell ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni adegwat. |
|
29 |
L-Artikolu 39(2)(c) tal-imsemmi regolament, inkluż fil-Kapitolu III tiegħu, li jikkonċerna l-iżvilupp tan-network ċentrali, jipprevedi l-attrezzar ta’ żoni ta’ mistrieħ madwar kull 100 km fuq l-awtostradi ta’ dan in-network, skont il-bżonnijiet tas-soċjetà, tas-suq u tal-ambjent, sabiex b’mod partikolari jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti kummerċjali żoni ta’ parkeġġ xierqa, siguri u protetti. |
|
30 |
Mill-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li dawn jistabbilixxu għanijiet relatati mal-iżvilupp ta’ żoni ta’ mistrieħ u ta’ parkeġġ, mingħajr madankollu ma jistabbilixxu rekwiżit fir-rigward tan-natura pubblika jew privata tal-artijiet li fuqhom għandhom jinbnew dawn iż-żoni. |
|
31 |
Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-premessa 6 tar-Regolament Nru 1315/2013 li tillimita ruħha li tikkonstata li entitajiet għajr l-Istati Membri, b’mod partikolari “imsieħba tas-settur privat”, issa jipparteċipaw fit-twettiq ta’ network trans-Ewropew ta’ trasport multimodali u fl-investimenti neċessarji. Fi kwalunkwe każ, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-preambolu ta’ att tal-Unjoni ma għandux valur legali vinkolanti u ma jistax jiġi invokat sabiex id-dispożizzjonijiet stess tal-att ikkonċernat jiġu interpretati f’sens manifestament kuntrarju għall-formulazzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑28 ta’ Ġunju 2012, Caronna,C‑7/11, EU:C:2012:396, punt 40, u tal‑20 ta’ Jannar 2022, Air Berlin,C‑165/20, EU:C:2022:42, punt 55). |
|
32 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-Artikolu 8a tar-Regolament Nru 561/2006, il-paragrafu 1 tiegħu jobbliga lill-Kummissjoni tiżgura li x-xufiera jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni dwar iż-żoni ta’ parkeġġ sikuri u protetti, kif ukoll tippubblika fuq sit internet uffiċjali aġġornat regolarment lista ta’ żoni ta’ parkeġġ iċċertifikati. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu 8a jfakkar li huma l-Istati Membri, konformement mal-Artikolu 39(2)(c) tar-Regolament Nru 1315/2013, li għandhom jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ żoni ta’ parkeġġ għall-utenti kummerċjali. |
|
33 |
Bħad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 28 u 29 tad-digriet preżenti, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 8a tar-Regolament Nru 561/2006 ma jistabbilixxi ebda rekwiżit dwar in-natura pubblika jew privata tal-artijiet li fuqhom għandhom jinbnew iż-żoni ta’ servizz tan-network awtostradali. B’mod partikolari, dan ma jeżiġix li l-Istati Membri jawtorizzaw il-kostruzzjoni ta’ tali żoni fuq artijiet privati. |
|
34 |
Fid-dawl tal-motivi preċedenti, ir-risposta għall-ewwel żewġ domandi għandha tkun li l-Artikolu 19(d) u l-Artikolu 39(2)(c) tar-Regolament Nru 1315/2013, moqrija flimkien mal-premessa 6 ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-Artikolu 8a tar-Regolament Nru 561/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kostruzzjoni ta’ żoni ta’ servizz tan-network awtostradali fuq artijiet privati. |
Fuq it-tielet domanda
|
35 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 56 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru li, wara li tkun bdiet il-kostruzzjoni ta’ żona ta’ servizz tan-network awtostradali f’dan l-Istat Membru, tiġi suġġetta, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja intiża għall-annullament tal-permessi maħruġa għal dan l-għan, għal leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kostruzzjoni ta’ tali żoni fuq artijiet privati. |
|
36 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment, tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-moviment liberu tal-kapital ma japplikawx għal sitwazzjoni fejn l-elementi kollha tagħha jkunu limitati fi ħdan Stat Membru wieħed (sentenzi tal‑15 ta’ Novembru 2016, Ullens de Schooten,C‑268/15, EU:C:2016:874, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata; kif ukoll tat‑2 ta’ Marzu 2023, Bursa Română de Mărfuri,C‑394/21, EU:C:2023:146, punt 48). |
|
37 |
F’tali sitwazzjoni, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tindika r-raġunijiet li għalihom, minkejja n-natura purament interna tagħha, it-tilwima pendenti quddiemha għandha element ta’ rabta mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-libertajiet fundamentali li jrendi l-interpretazzjoni mitluba permezz ta’ deċiżjoni preliminari neċessarja għas-soluzzjoni ta’ din it-tilwima (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑15 ta’ Novembru 2016, Ullens de Schooten,C‑268/15, EU:C:2016:874, punt 55, u tas‑17 ta’ Ottubru 2024, FA.RO. di YK & C., C‑16/23, EU:C:2024:886, punt 40). |
|
38 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tistabbilixxi din ir-rabta permezz ta’ elementi konkreti u ċerti, bl-esklużjoni ta’ indizji astratti jew ipotetiċi. Għalhekk, il-qorti tar-rinviju ma tistax, fil-kuntest ta’ sitwazzjoni purament interna, tillimita ruħha li tipproduċi provi li jippermettu li ma tiġix eskluża l-eżistenza ta’ tali rabta, iżda għandha, għall-kuntrarju, tipprovdi elementi oġġettivi u konkordanti li jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tivverifika l-eżistenza tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑2 ta’ Marzu 2023, Bursa Română de Mărfuri,C‑394/21, EU:C:2023:146, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat‑22 ta’ Frar 2024, Ente Cambiano società cooperativa per azioni,C‑660/22, EU:C:2024:152, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
39 |
[Kif irrettifikat b’digriet tal‑20 ta’ Mejju 2026] F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju stess tirrileva li, minn naħa, OMV hija persuna ġuridika Rumena li tipprovdi s-servizzi tagħha fit-territorju Rumen u, min-naħa l-oħra, il-kostruzzjoni kif ukoll l-operat ta’ żoni ta’ servizz tan-network awtostradali f’dan it-territorju jikkostitwixxu sitwazzjoni purament interna għar-Rumanija. Barra minn hekk, hija tirrileva li l-projbizzjoni, prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jinbnew tali żoni fuq artijiet privati tapplika mingħajr distinzjoni għall-fornituri kollha ta’ tali servizzi, indipendentement min-nazzjonalità tagħhom u minn dik tad-destinatarji tas-servizzi li huma jipprovdu, u ma tidhirx li tiffavorixxi indirettament lill-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fir-Rumanija. |
|
40 |
[Kif irrettifikat b’digriet tal‑20 ta’ Mejju 2026] F’tali kuntest, li, kif tirrikonoxxi il-qorti tar-rinviju, huwa purament intern għall-Istat Membru kkonċernat, din il-qorti tar-rinviju ssostni wkoll li s-servizzi li OMV għandha l-intenzjoni li tipprovdi fiż-żoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma anċillari għat-trasport stradali fuq l-awtostradi Rumeni, b’tali mod li ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jistgħu jkunu destinatarji tagħhom fil-futur ma jmorrux ir-Rumanija għal din ir-raġuni biss. |
|
41 |
Madankollu, u fi kwalunkwe każ, allegazzjoni li skontha parti mill-klijentela futura ta’ fornitur ta’ servizzi toriġina minn Stat Membru għajr dak fejn ikun stabbilit, ma hijiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sitwazzjoni transkonfinali, li tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2020, BONVER WIN,C‑311/19, EU:C:2020:981, punt 25). |
|
42 |
Fid-dawl tal-motivi preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru li, wara li tkun bdiet il-kostruzzjoni ta’ żona ta’ servizz tan-network awtostradali f’dan l-Istat Membru, tiġi suġġetta, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja intiża għall-annullament tal-permessi maħruġa għal dan l-għan, għal leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kostruzzjoni ta’ tali żoni fuq artijiet privati. |
Fuq ir-raba’ domanda
|
43 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tielet domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għar-raba’ domanda. |
Fuq l-ispejjeż
|
44 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.