|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
107 |
REGOLAMENT (KE/EURATOM) Nru. 202/2005 TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Jannar 2005
li jemenda r-Regolament Nru. 422/67/KEE, Nru. 5/67/Euratom li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, tal-President ta’ l-Imħallfin, ta’ l-Avukati Ġenerali u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim Istanza
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 210 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 123 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE, Euratom tat-2 ta' Novembru 2004 li tistabbilixxi Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (1),
Billi
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2004/752/KE, Euratom, il-Kunsill żied mal-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej awla ġurisdizzjonali għas-smigħ ta’ kwistjonijiet li jinvolvu s-servizz pubbliku, magħruf bħala t-“Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea”. |
|
(2) |
L-Artikolu 225A, is-sitt paragrafu, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 140B, is-sitt paragrafu, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika jipprovdu li d-dispożizzjonijiet ta' dawn it-Trattati dwar il-Qorti tal-Ġustizzja japplikaw għall-awli ġurisdizzjonali. |
|
(3) |
Huwa meħtieġ li jiġu determinati s-salarji, il-pensjonijiet u l-allowances tal-President, il-membri u r-Reġistratur ta’ dan it-Tribunal. |
|
(4) |
Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill Nru. 422/67/KEE, Nru. 5/67/Euratom (2), |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Nru. 422/67/KEE, Nru. 5/67/Euratom huwa b’dan emendat kif ġej:
|
1) |
Il-titoli għandu jinbidel bit-test li ġej: “Ir-Regolament Nru. 422/67/KEE, Nru. 5/67/Euratom tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 1967 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni u tal-President, ta’ l-Imħallfin, ta’ l-Avukati Ġenerali u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim Istanza u tal-President, il-Membri u r-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea” . |
|
2) |
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “Artikolu 21ċ 1. Soġġett għall-paragrafi 2 u 3, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim Istanza għandhom japplikaw għall-President, il-Membri u r-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. 2. Is-salarju bażiku fix-xahar tal-President, il-Membri u r-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun daqs l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-perċentwali li ġejjin għas-salarju bażiku ta’ uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej fit-tielet skala tal-grad 16 (it-tlielet skala tal-grad A*16 sat-30 ta’ April 2006):
3. L-allowance tar-rappreżentanza fix-xahar imsemmija fl-Artikolu 4(3) għandha tammonta għal:
Il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Presidenti tal-kmamar ta’ tlett imħallfin għandhom, barra minn dan, jirċievu waqt il-mandat tagħhom allowance speċjali għall-kompiti tagħhom ta’ EUR 500 fix-xahar.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar it-18 ta' Jannar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-C. JUNCKER
(1) ĠU L 333, 9.11.2004, p. 7.
(2) ĠU 187, 8.8.1967, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1292/2004 (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 23).