02016R1149 — MT — 16.10.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1149 tal-15 ta' April 2016 (ĠU L 190 15.7.2016, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/374 tas-27 ta’ Jannar 2021 |
L 72 |
3 |
3.3.2021 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2027 tat-13 ta’ Settembru 2021 |
L 415 |
4 |
22.11.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1149
tal-15 ta' April 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-programmi ta' appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni u użu tat-termini
Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta':
dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw relazzjonijiet bejn Stati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi fis-settur tal-inbid sakemm ikunu tax-xorta li jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
regoli relatati ma':
proċedimenti kriminali jew assistenza reċiproka bejn Stati Membri f'livell ġudizzjarju b'rabta ma' kwistjonijiet kriminali;
il-proċedura dwar pieni amministrattivi.
Artikolu 2
Responsabbiltà għall-infiq
L-Istati Membri għandhom iġorru r-responsabbiltà għal kull infiq li jseħħ bħala parti mill-programm ta' appoġġ tagħhom jew bħala parti minn kull bidla fil-programm sottomessa lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150 f'każ li ma jkunux applikabbli skont l-Artikolu 41(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR MIŻURI TA' APPOĠĠ SPEĊIFIĊI
TAQSIMA 1
Promozzjoni
Artikolu 3
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu organizzazzjonijiet professjonali, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-inbid, assoċjazzjonijiet temporanji jew permanenti ta' żewġ produtturi jew iżjed, organizzazzjonijiet interprofessjonali jew, fejn Stat Membru jiddeċiedi hekk, korpi kkontrollati mil-liġi pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
Il-kumpaniji privati jistgħu jkunu benefiċjarji tal-miżura msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
L-Istati Membri m'għandhomx jagħmlu lil korp irregolat bil-liġi pubblika l-benefiċjarju uniku tal-appoġġ.
Artikolu 4
It-tul taż-żmien tal-appoġġ
L-appoġġ għal kull operazzjoni ta' informazzjoni u promozzjoni għandu jdum mhux iżjed minn tliet snin għal benefiċjarju speċifiku fi Stat Membru speċifiku għall-miżura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal benefiċjarju speċifiku f'pajjiż terz jew suq ta' pajjiż terz speċifiku għall-miżura msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Madankollu, jekk dan huwa ġġustifikat minħabba l-effetti tal-operazzjoni, l-appoġġ għal operazzjoni jista' jiġi estiż darba għal mhux iżjed minn sentejn jew darbtejn għal mhux iżjed minn sena għal kull estensjoni.
Artikolu 5
Spejjeż eliġibbli u regoli tar-rimborż għal operazzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni
Soġġett għall-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikoli 6 u 9 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiffissaw regoli li jistabbilixxu l-azzjonijiet eliġibbli u l-ispejjeż eliġibbli rispettivi tagħhom. Dawk ir-regoli għandhom jitfasslu b'mod li jkun żgurat li l-għanijiet tal-iskemi stabbiliti fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jintlaħqu.
Dawn ir-regoli għandhom jipprovdu b'mod partikolari għall-ħlas jew fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità kkalkulati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150 jew fuq il-bażi tad-dokumenti ta' appoġġ li jridu jiġu sottomessi mill-benefiċjarji.
Artikolu 6
Operazzjonijiet eliġibbli
Artikolu 7
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom huma definiti b'mod ċar, u jiddeskrivu l-attivitajiet ta' informazzjoni u jinkludu stima tal-kostijiet;
l-assigurazzjoni li l-ispejjeż proposti tal-operazzjoni ma jaqbżux ir-rati normali tas-suq;
l-assigurazzjoni li l-benefiċjarji għandhom aċċess għal riżorsi tekniċi u finanzjarji biżżejjed biex jiżguraw li l-operazzjoni tiġi implimentata b'mod effettiv;
il-konsistenza mal-istrateġiji proposti u l-għanijiet stabbiliti u l-impatti u s-suċċess probabbli fis-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u r-riskju assoċjat mal-konsum tal-alkoħol li jikkawża ħsara jew dwar is-sistema tal-Unjoni tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.
Artikolu 8
Kriterji ta' prijorità
Wara li jeżaminaw l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lill-operazzjonijiet li:
jikkonċernaw kemm il-konsum responsabbli tal-inbid kif ukoll is-sistemi tal-Unjoni li jkopru d-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;
li jikkonċernaw diversi Stati Membri;
li jikkonċernaw diversi reġjuni amministrattivi jew tal-inbid;
li jikkonċernaw diversi denominazzjonijiet tal-oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti tal-Unjoni.
Artikolu 9
Operazzjonijiet eliġibbli
L-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti li għalihom huwa applikat l-appoġġ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu konsistenti mal-promozzjoni tal-inbejjed tal-Unjoni fi swieq ta' pajjiżi terzi sakemm:
il-prodotti jkunu maħsubin għal konsum dirett u opportunitajiet ta' esportazzjoni, jew potenzjalment ikunu jeżistu għalihom postijiet ta' bejgħ fi swieq ġodda fil-pajjiżi terzi mmirati;
l-oriġini tal-prodott ikun indikat bħala parti minn operazzjoni ta' informazzjoni jew promozzjoni fil-każ ta' nbid b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta;
l-operazzjoni appoġġjata tkun definita b'mod ċar, inkluża l-ispeċifikazzjoni ta' liema prodotti jkunu jistgħu jitqiesu, l-azzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u l-istima tal-kostijiet;
il-messaġġi tal-informazzjoni jew tal-promozzjoni jkunu msejsa fuq il-kwalitajiet intrinsiċi tal-inbid, u jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiżi terzi li fihom ikunu mmirati.
Artikolu 10
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom huma definiti b'mod ċar, u jiddeskrivu l-attivitajiet ta' informazjzoni u jinkludu l-istima tal-kostijiet;
l-assigurazzjoni li l-ispejjeż proposti tal-operazzjoni ma jaqbżux ir-rati normali tas-suq;
l-assigurazzjoni li l-benefiċjarji għandhom aċċess għal biżżejjed kapaċità teknika biex jiffaċċjaw il-limitazzjonijiet speċifiċi tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi u jkollhom riżorsi biżżejjed biex jiżguraw li l-operazzjoni tkun implimentata b'mod effettiv kemm jista' jkun;
evidenza sottomessa mill-benefiċjarji li se jkunu disponibbli prodotti biżżejjed fir-rigward ta' kwalità u kwantità biex ikun żgurat li d-domanda tas-suq tintlaqa' għal tul ta' żmien wara l-operazzjoni ta' promozzjoni;
il-konsistenza bejn l-istrateġiji proposti u l-għanijiet stabbiliti u l-impatt u s-suċċess potenzjali li għalihom twassal żieda fid-domanda għall-prodotti konċernati.
Artikolu 11
Kriterji ta' prijorità
Wara li jeżaminaw l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lil:
benefiċjarji ġodda li ma rċevewx l-appoġġ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-passat;
benefiċjarji li jimmiraw pajjiż terz ġdid jew suq ta' pajjiż terz ġdid li għalihom ma rċevewx l-appoġġ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-passat.
TAQSIMA 2
Ristrutturar u konverżjoni ta' vinji
Artikolu 12
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu produtturi tal-inbid kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 ( 2 ).
Artikolu 13
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
id-deskrizzjoni dettaljata tal-azzjonijiet proposti u l-iskadenzi proposti għall-implimentazzjoni tagħhom;
l-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati f'kull sena finanzjarja u ż-żona kkonċernata minn kull operazzjoni.
Artikolu 14
Spejjeż mhux eliġibbli
L-ispejjeż tal-azzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:
il-ġestjoni ta' kuljum ta' vinja;
il-protezzjoni kontra ħsara minn annimali li jiġu kkaċċjati, għasafar jew silġ;
it-twaqqif ta' lqugħ kontra r-riħ u ħitan ta' protezzjoni kontra r-riħ;
toroq privati u liftijiet;
l-akkwist ta' vetturi agrikoli.
Artikolu 15
Tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji
It-tħawwil mill-ġdid ta' vinja wara qlugħ obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji skont l-istruzzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun eliġibbli għall-appoġġ sakemm l-Istat Membru:
jikkomunika lill-Kummissjoni fil-qafas tas-sottomissjoni tal-programm nazzjonali ta' appoġġ jew tal-modifikazzjoni tiegħu, il-lista ta' organiżmi ta' ħsara koperti minn dik il-miżura kif ukoll sommarju ta' pjan strateġiku relatat stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat;
huwa konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE ( 3 ).
Artikolu 16
Kriterji ta' prijorità
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
TAQSIMA 3
Ħsad bikri
Artikolu 17
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu produtturi tal-inbid kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009.
Artikolu 18
Kundizzjonijiet għall-funzjonament tajjeb
Għall-finijiet tal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw regoli biex ikun żgurat li ż-żoni konċernati jinżammu f'kundizzjonijiet veġetattivi tajbin u li ebda impatt negattiv fuq l-ambjent, u ebda konsegwenza fitosanitarja, ma jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-miżura msemmija f'dak l-Artikolu u biex ikun żgurat li jkun possibbli li ssir verifika li l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet jitwettqu b'mod korrett.
Fir-rigward ta' dawn l-għanijiet, l-Istati Membri jistgħu japplikaw restrizzjonijiet għall-miżura abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, inkluż iż-żmien meta jitkabbru varjetajiet differenti, riskji ambjentali jew fitosanitarji jew il-metodu li jintuża biex titwettaq il-miżura.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw kundizzjonijiet oħrajn għall-funzjonament tajjeb tal-miżura msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 19
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni fuq il-bażi tad-dettalji dwar iż-żona konċernata, ir-rendiment medju, il-metodu ta' ħsad bikri li jkun se jintuża, kif ukoll il-varjetà ta' għeneb u t-tip ta' nbid prodott minnha.
Artikolu 20
Azzjonijiet mhux eliġibbli
Artikolu 21
Ħsad bikri f'roqgħat raba' għall-produzzjoni tal-inbejjed b'indikazzjonijiet ġeografiċi
Iż-żona ta' kull roqgħa raba' li tingħata appoġġ għal ħsad bikri ma għandhiex tingħadd meta jiġu kkalkulati l-limiti ta' rendiment stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta.
Artikolu 22
It-tul taż-żmien tal-appoġġ
Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-ħsad bikri m'għandux ikun applikat fuq l-istess roqgħa għal sentejn konsekuttivi.
Artikolu 23
Kriterji ta' prijorità
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
TAQSIMA 4
Fondi mutwi
Artikolu 24
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu produtturi tal-inbid kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 jew produtturi tal-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 25
Il-kundizzjonijiet għall-appoġġ
Artikolu 26
It-tul taż-żmien tal-appoġġ
Dan il-perjodu ta' appoġġ ma għandux jaqbeż it-tliet snin.
TAQSIMA 5
Assigurazzjoni tal-ħsad
Artikolu 27
Benefiċjarji
Artikolu 28
Ħlasijiet lill-benefiċjarji
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jħallsu l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 permezz ta' kumpaniji ta' assigurazzjoni li jaġixxu bħala intermedjarji, bil-kundizzjoni li:
il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiġu rispettati;
l-ammont tal-appoġġ ikun trasferit kollu lill-produttur;
il-kumpanija ta' assigurazzjoni tħallas l-appoġġ lill-produttur jew bil-quddiem, permezz ta' tnaqqis tal-primjum tal-assigurazzjoni, jew permezz ta' trasferiment bankarju jew postali fi żmien ħmistax-il jum wara li tirċievi l-ħlas mingħand l-Istat Membru.
Artikolu 29
Kundizzjonijiet għall-funzjonament tajjeb
L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ogħla limiti għall-ammonti li jistgħu jiġu riċevuti għall-appoġġ biex ikunu rrispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw il-livell abbażi tar-rati normali tas-suq u tas-suppożizzjonijiet standard dwar telf ta' dħul. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli:
jinkludu biss elementi li jkunu verifikabbli;
ikunu bbażati fuq ċifri stabbiliti permezz tal-kompetenzi xierqa;
ikunu jindikaw biċ-ċar is-sors taċ-ċifri;
jikkunsidraw il-kundizzjoni ta' siti reġjonali jew lokali kif ikun xieraq.
Artikolu 30
Użu ta' termini
Għall-finijiet tal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, “diżastri naturali” tfisser diżastri naturali kif definit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) Nru 702/2014 u “avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastru naturali” tfisser avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma' diżastru naturali kif definit fl-Artikolu 2(16) ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 31
Kriterji ta' prijorità
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta' prijorità billi jindikawhom fil-programm ta' appoġġ. Kriterji ta' prijorità bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
TAQSIMA 6
Investimenti
Artikolu 32
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu intrapriżi tal-inbid li jipproduċu jew jikkumerċjalizzaw il-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament, organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-inbid, assoċjazzjonijiet ta' żewġ produtturi jew iżjed jew organizzazzjonijiet interprofessjonali.
Artikolu 33
Azzjonijiet eliġibbli u spejjeż eliġibbli
Huma biss l-ispejjeż tal-azzjonijiet li ġejjin li għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ:
il-kostruzzjoni, l-akkwiżizzjoni, il-lokazzjoni jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;
ix-xiri jew il-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' makkinarju u tagħmir ġdid sal-valur fis-suq tal-assi;
l-ispejjeż ġenerali b'rabta ma' nfiq imsemmi fil-punti (a) u (b), b'mod partikolari t-tariffi ta' arkitetti, inġiniera u għall-konsulenza, kif ukoll spejjeż relatati ma' studji ta' fattibbiltà;
l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwiżizzjoni ta' privattivi, liċenzji u drittijiet tal-awtur u r-reġistrazzjoni ta' marki kollettivi.
L-istudji ta' fattibbiltà msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jibqgħu jitqiesu bħala nfiq eliġibbli anke meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma jsir l-ebda nfiq skont il-punti (a) u (b) ta' dak is-subparagrafu.
Artikolu 34
Kompatibbiltà u konsistenza
Ma għandux jingħata appoġġ skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal operazzjonijiet tas-suq li jkunu rċevew appoġġ skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 35
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom għandhom ikunu definiti b'mod ċar, għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet ta' investiment u għandhom jinkludu l-istima tal-kostijiet;
għandu jkun hemm assigurazzjoni li l-ispejjeż proposti tal-operazzjoni ma jaqbżux ir-rati normali tas-suq;
għandu jkun hemm assigurazzjoni li l-benefiċjarji għandhom aċċess għal riżorsi tekniċi u finanzjarji biżżejjed biex jiżguraw li l-operazzjoni tiġi implimentata b'mod effettiv u li l-intrapriża li qed tapplika mhijiex f'diffikultà kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
il-konsistenza bejn l-istrateġiji proposti u l-għanijiet stabbiliti u l-impatt u s-suċċess probabbli fit-titjib tal-prestazzjoni globali tal-faċilitajiet tal-ipproċessar jew tal-kummerċjalizzazzjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda fil-kompetittività tagħhom.
Artikolu 36
Kriterji ta' prijorità
TAQSIMA 7
Innovazzjoni fis-settur tal-inbid
Artikolu 37
Benefiċjarji
Artikolu 38
Azzjonijiet eliġibbli u spejjeż eliġibbli
L-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom li għalihom huwa applikat l-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu konsistenti mal-investimenti tanġibbli u intanġibbli inkluż it-trasferiment tal-għerf għall-iżvilupp li ġej:
prodotti ġodda marbuta mas-settur tal-inbid jew mal-prodotti sekondarji tal-inbid;
proċessi u teknoloġiji ġodda meħtieġa għall-iżvilupp tal-prodotti tal-vinja;
investimenti oħrajn li jżidu l-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista.
Artikolu 39
Kriterji ta' eliġibbiltà
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni skont il-kriterji li ġejjin:
l-operazzjonijiet u l-azzjonijiet sottostanti tagħhom għandhom ikunu definiti b'mod ċar, għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet ta' investiment u għandhom jinkludu l-istima tal-kostijiet;
għandu jkun hemm assigurazzjoni li l-ispejjeż proposti tal-operazzjoni ma jaqbżux ir-rati normali tas-suq;
l-assigurazzjoni li l-benefiċjarji għandhom aċċess għal riżorsi tekniċi u finanzjarji biżżejjed biex jiżguraw li l-operazzjoni tiġi implimentata b'mod effettiv;
il-konsistenza bejn l-istrateġiji proposti u l-għanijiet stabbiliti u l-impatt u s-suċċess probabbli fit-titjib tal-prestazzjoni globali tal-faċilitajiet tal-ipproċessar jew tal-kummerċjalizzazzjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda fil-kompetittività tagħhom.
Artikolu 40
Kriterji ta' prijorità
Wara li jeżaminaw l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lill-operazzjonijiet li:
probabbliment se jkollhom effetti pożittivi f'termini ta' ffrankar ta' enerġija, effiċjenza globali fl-użu tal-enerġija u proċessi ambjentalment sostenibbli;
jinkludu element ta' trasferiment ta' għarfien;
jiżguraw il-parteċipazzjoni taċ-ċentri ta' riċerka u żvilupp.
TAQSIMA 8
Distillazzjoni ta' prodotti sekondarji
Artikolu 41
Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu distillaturi ta' prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid.
L-Istati Membri rilevanti jistgħu jintroduċu sistema ta' ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi skont proċedura li jistabbilixxu huma stess.
Artikolu 42
L-iskop tal-appoġġ
L-ewwel subparagrafu ma għandux jipprevjeni l-ipproċessar ulterjuri tal-alkoħol miksub, li fuq il-bażi tiegħu l-ammont ta' appoġġ huwa kkalkulat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150, sabiex jissodisfa r-rekwiżit tal-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rigward l-użu esklussiv għal skopijiet industrijali jew ta' enerġija.
KAPITOLU III
REGOLI KOMUNI
Artikolu 43
Projbizzjoni ta' finanzjament doppju
L-Istati Membri għandhom jintroduċu kriterji ta' demarkazzjoni ċari fil-programmi ta' appoġġ nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw li ma jingħata l-ebda appoġġ taħt l-Artikoli 45, 46, 48, 49, 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, għal operazzjonijiet jew azzjonijiet li huma appoġġjati taħt kwalunkwe strument ieħor tal-Unjoni.
Artikolu 44
Spejjeż eliġibbli u regoli ta' rimborż għal ristrutturar u konverżjoni ta' vinji u ħsad bikri
Dawn ir-regoli għandhom, b'mod partikolari, jistipulaw li jsir ħlas tal-appoġġ jew fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità kkalkulati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150 jew fuq il-bażi tal-evidenza dokumentata li trid tiġi sottomessa mill-benefiċjarji.
Fil-każ ta' dan tal-aħħar, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livelli massimi ta' appoġġ b'parametri fissi għal kull azzjoni. Dawn il-livelli għandhom ikunu applikati għat-termini tal-applikazzjoni sabiex jiddeterminaw l-ammont massimu eliġibbli għal kull waħda mill-azzjonijiet li hija parti mill-operazzjoni li qed issir applikazzjoni għaliha. L-appoġġ mogħti għandu jkun ibbażat fuq l-ammont l-iżjed baxx tat-tnejn li jirriżultaw, jiġifieri l-ammont massimu eliġibbli u l-ammont li jirriżulta mill-evidenza dokumentata.
Il-livell massimu ta' appoġġ għandu jkun ibbażat fuq rati tas-suq normali.
Il-kalkolu tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-evidenza dokumentata għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà użati fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju.
Artikolu 45
Kontribuzzjonijiet in natura għal ristrutturar u konverżjoni ta' vinji u ħsad bikri
Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont ta' appoġġ li jikkorrispondi għall-kontribuzzjonijiet in natura:
dawk il-kontribuzzjonijiet in natura għandhom jiġu inklużi fl-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità kkalkulati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150, fejn Stat Membru jagħżel li juża l-għażla ta' rimborż tal-ispejjeż simplifikata; jew
il-valur tax-xogħol ipprovdut huwa ddeterminat filwaqt li jiżdied iż-żmien iddedikat u r-rata ta' remunerazzjoni għal xogħol ekwivalenti fejn Stat Membru jagħżel il-ħlas tal-appoġġ għal operazzjonijiet ta' ristrutturar u ħsad bikri fuq il-bażi tal-evidenza dokumentata li trid tiġi sottomessa mill-benefiċjarji.
Meta l-ammont ta' appoġġ li jikkorrispondi għall-kontribuzzjonijiet in natura huwa kkalkulat skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, il-kriterji li ġejjin iridu jkunu sodisfatti:
l-appoġġ imħallas għall-operazzjoni li jinkludi kontribuzzjonijiet in natura ma jaqbiżx in-nefqa totali eliġibbli, minbarra l-kontribuzzjonijiet in natura, fl-aħħar tal-operazzjoni;
il-valur attribwit lill-kontribuzzjonijiet in natura ma jaqbiżx l-ispejjeż aċċettati ġeneralment fis-suq inkwistjoni;
il-valur u t-twassil tal-kontribuzzjoni in natura jistgħu jiġu vvalutati u vverifikati b'mod indipendenti.
Il-kriterju msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-operazzjonijiet appoġġjati skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għandhom biss bħala spiża x-xogħol pprovdut bħala kontribuzzjoni in natura.
Artikolu 46
Eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-personal
Spejjeż fuq il-persunal bħal dawn jinkludu, fost affarijiet oħra, l-ispejjeż fuq il-persunal ikkuntrattat mill-benefiċjarju speċifikament għall-operazzjoni ta' promozzjoni jew innovazzjoni u l-ispejjeż li jikkorrispondu għas-sehem tas-sigħat ta' xogħol investiti fl-operazzjoni ta' promozzjoni jew innovazzjoni mill-personal permanenti tal-benefiċjarju.
Artikolu 47
Eliġibbiltà tal-ispejjeż amministrattivi
Għall-finijiet tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-ispejjeż tal-awditjar estern għandhom jitqiesu eliġibbli għall-appoġġ fejn tali awditjar jitwettaq minn korp estern indipendenti u kwalifikat.
Artikolu 48
Eliġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud
Artikolu 49
Ħlasijiet bil-quddiem
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li jkun hemm appoġġ għal operazzjoni partikolari jew għal kwalunkwe azzjoni unika koperta mill-applikazzjoni għal appoġġ skont l-Artikoli 45, 46, 50, 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għandu jingħata bil-quddiem lill-benefiċjarji, sakemm il-benefiċjarju jkun iddepożita garanzija xierqa.
Artikolu 50
Esklużjoni
Ma għandu jingħata ebda appoġġ lil produtturi li jkunu qed iwettqu tħawwil illegali u jaħdmu żoni mħawwlin bil-vinji mingħajr l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament.
Artikolu 51
Notifiki
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni bl-implimentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ tagħhom, l-għajnuna mill-Istat mogħtija u l-appoġġ mogħti bil-quddiem lill-benefiċjarji skont il-kundizzjonijiet dettaljati stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150.
Jekk Stat Membru jonqos milli jagħmel notifika kif mitlub skont dan ir-Regolament jew jekk jagħmel notifika li tidher li ma tkunx korretta fid-dawl tal-fatti oġġettivi li jkollha f'idejha l-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-ħlasijiet kollha li jsiru kull xahar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 għas-setturi tal-inbid sa ma n-notifika ssir kif suppost.
KAPITOLU IV
ĠESTJONI FINANZJARJA
Artikolu 52
Ħlas lill-benefiċjarji
Artikolu 53
Bidliet fl-operazzjonijiet tal-benefiċjarji
Qabel is-sottomissjoni tat-talba għal ħlas finali, u fi kwalunkwe każ qabel il-kontroll fuq il-post qabel il-ħlas finali, benefiċjarju għandu jkun permess jissottometti bidliet għall-operazzjoni approvata fil-bidu sakemm dawn ma jostakolawx l-għanijiet tal-operazzjoni globali, huma ġġustifikati kif suppost, ikkommunikati fil-limiti ta' żmien stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali u approvati minnhom.
B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jippermettu trasferimenti finanzjarji bejn l-azzjonijiet koperti minn operazzjoni diġà approvata sa massimu ta' 20 % tal-ammonti approvati fil-bidu għal kull azzjoni, sakemm l-ammont totali tal-appoġġ approvat għall-operazzjoni ma jinqabiżx.
Fil-programmi ta' appoġġ tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għal bidliet żgħar oħrajn li jistgħu jiġu implimentati mingħajr approvazzjoni minn qabel.
Artikolu 54
Prinċipji ġenerali
F’każijiet fejn l-ammont ta’ appoġġ li jkun tħallas wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet singoli jkun ogħla mill-ammont iddeterminat bħala dovut wara li jkunu twettqu l-kontrolli, l-Istati Membri għandhom jirkupraw l-appoġġ imħallas indebitament.
F’każijiet bħal dawn, jekk ikun hemm ħlas bil-quddiem, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw penali.
F'każijiet bħal dawn, jekk ikun sar ħlas bil-quddiem, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw penali.
F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-ammont li jikkorrispondi għall-parti tal-operazzjoni li tkun ġiet implimentata jew, fil-każ ta' ħlas bil-quddiem, jirkupraw l-ammont imħallas fir-rigward tal-parti li ma tkunx ġiet implimentata.
L-ammont tal-appoġġ għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn iż-żona approvata wara l-kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjoni tal-appoġġ jew immodifikata skont l-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament u ż-żona fejn l-operazzjoni tkun ġiet implimentata tabilħaqq, u din għandha tiġi ddeterminata mill-kontrolli fuq il-post wara l-implimentazzjoni.
Meta d-differenza ma taqbiżx l-20 %, l-appoġġ għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi taż-żona ddeterminata mill-kontrolli fuq il-post wara l-implimentazzjoni.
Meta d-differenza taqbeż l-20 % iżda ma tkunx aktar minn 50 %, l-appoġġ għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi taż-żona ddeterminata mill-kontrolli fuq il-post wara l-implimentazzjoni u għandu jitnaqqas b'darbtejn id-differenza li tinstab.
Meta d-differenza taqbeż il-50 %, ma għandu jingħata l-ebda appoġġ għall-operazzjoni konċernata.
Artikolu 55
Skali standard tal-ispejjeż għal kull unità u l-metodi ta' kontroll
Għall-finijiet tal-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
jekk l-ammont tal-appoġġ huwa kkalkulat fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità bbażati fuq unità ta' kejl tal-wiċċ, l-ammont għandu jikkorrispondi għas-superfiċje attwali mkejla skont l-Artikolu 44 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1150;
jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jikkalkulaw l-ammont tal-appoġġ fuq il-bażi tal-iskali standard tal-ispejjeż għal kull unità bbażati fuq unitajiet oħrajn ta' kejl jew fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali li jirriżultaw mill-evidenza dokumentata sottomessa mill-benefiċjarji skont l-Artikolu 44(1) ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jistabbilixxu regoli dwar metodi ta' kontroll xierqa biex jistabbilixxu l-limitu attwali tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni.
Artikolu 56
Force majeure u ċirkostanzi ta' eċċezzjoni
Fejn, skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew dan ir-Regolament, għandha tkun imposta sanzjoni, din m'għandhiex tkun imposta f'każijiet ta' force majeure jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali u każijiet oħrajn kif stabbilit fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
KAPITOLU V
EMENDI U DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 57
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 555/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 huwa emendat kif ġej:
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jitħassru l-punti (a), (d) u (f);
jitħassar il-paragrafu 3;
jitħassru l-Artikoli 2 sa 20c;
fl-Artikolu 23, jitħassar il-paragrafu 3;
jitħassru l-Artikoli 24 sa 37b;
jitħassar l-Artikolu 60;
jitħassru l-Artikoli 62, 63 u 64;
fl-Artikolu 65, jitħassru l-paragrafi 1 sa 4;
jitħassar l-Artikolu 66;
jitħassru l-Artikoli 75 sa 82;
jitħassru l-Artikoli 96 u 97;
jitħassru l-Annessi I sa VIIIc.
Artikolu 58
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 59
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f'dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta' tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).
( 5 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/EC tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).