10.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 160/2019

tal-14 ta' Ġunju 2019

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2152]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 517/2014 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħieġ għalhekk, li l-Annessi II u XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32014 R 0517: Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 4(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘il-31 ta’ Diċembru 2016’ għandhom jinqaraw ‘sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019’.

(b)

Fl-Artikolu 5(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘l-1 ta’ Jannar 2017’ għandhom jinqraw ‘sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019’.

(c)

Fl-Artikolu 12(3)(c), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘l-1 ta’ Jannar 2017’ għandhom jinqraw ‘sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019’.

(d)

L-Artikoli minn 14 sa 19 u l-Artikolu 25(2) ma għandhomx japplikaw.”

Artikolu 2

It-test tal-punt 21aq (ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32014 R 0517: Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 4(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘il-31 ta’ Diċembru 2016’ għandhom jinqraw ‘sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019’.

(b)

Fl-Artikolu 5(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘l-1 ta’ Jannar 2017’ għandhom jinqraw ‘sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019’.

(c)

Fl-Artikolu 12(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘l-1 ta’ Jannar 2017’ għandhom jinqraw ‘sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019’.

(d)

L-Artikoli minn 14 sa 19 u l-Artikolu 25(2) ma għandhomx japplikaw.”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

2Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)   ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.