11.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9996 — Trenitalia/Netinera Deutschland)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 380/09)

1.   

Fit-3 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Trenitalia S.p.A. (“Trenitalia”, l-Italja), li tappartjenti għall-Ferrovie dello Stato Italiane Group (l-Italja),

—

Netinera Deutschland GmbH (“Netinera”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata bi sħab minn Trenitalia u Cube Transport Sarl (il-Lussemburgu).

Trenitalia takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Netinera kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Trenitalia: attiva fil-qasam tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u servizzi relatati fl-Italja u pajjiżi Ewropej oħra, prinċipalment Franza, ir-Renju Unit u l-Greċja. Hija proprjetà sħiħa ta’ Ferrovie dello Stato Italiane S.p.A. li hija stess hija 100 % proprjetà tal-Ministeru Taljan tal-Ekonomija u l-Finanzi,

—

Netinera: tħaddem servizzi reġjonali ta’ passiġġieri bil-ferrovija u bix-xarabank prinċipalment fil-Ġermanja (u, sa ċertu punt, fir-Repubblika Ċeka) fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku mogħtija prinċipalment mill-Awtoritajiet Ġermaniżi tat-Trasport Pubbliku. Bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn Trenitalia u Cube Transport Sarl, fond ta’ investiment inkorporat fil-Lussemburgu speċjalizzat fl-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9996 — Trenitalia/Netinera Deutschland

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.