|
8.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
15 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIETTA’ L-ISTATI MEMBRI TA’ L-UNJONI EWROPEA
ta' l-1 ta’ Jannar 2007
li tinnomina imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
(2007/7/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u l-adattamenti tat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1) u (2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 46(1) u (2), it-tieni subparagrafu, ta' l-Att ta' Adeżjoni msemmi hawn fuq jipprevedi n-nomina ta' żewġ imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja. Il-mandat ta' wieħed minn dawn l-imħallfin għandu jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2009. Dan l-imħallef għandu jintgħażel fuq bażi każwali. Il-mandat ta' l-imħallef l-ieħor għandu jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2012. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ għalhekk, konformement ma' l-Artikolu msemmi u wara li tkun saret l-għażla fuq bażi każwali prevista fih, li jiġu nominati żewġ imħallfin supplimentari fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sinjura Camelia Toader hija b'dan nominata imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u s-6 ta' Ottubru 2009.
Artikolu 2
Is-Sur Alexander Arabedjiev huwa b'dan nominat imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u s-6 ta' Ottubru 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett mill-1 ta' Jannar 2007.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar l-1 ta’ Jannar 2007.
Il-President
W. SCHONFELDER