<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑254/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0254</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:182">EU:C:2013:182</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20130321">21.3.2013</DATE> — KAWŻA C-254/11</P><P>SHOMODI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1931/2006</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 562/2006</KEYWORD><KEYWORD>Tul massimu tas-soġġorn</KEYWORD><KEYWORD>Regoli dwar il-kalkolu</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-254/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110503">3 ta’ Mejju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20110525">25 ta’ Mejju 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Oskar Shomodi,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, C. Toader, M. Berger, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għas-Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége, minn É. Tasnádi, jogtanácsos,</P></ITEM><ITEM><P>għal O. Shomodi, minn L. Isaák, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér, kif ukoll minn K. Szíjjártó u Z. Tóth, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn H. R. Radu, kif ukoll minn F. Abrudan u A. Crişan, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Bottka u G. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(a), 3(3) u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="405" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 405, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007 L 29, p. 3</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn is-Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége (Direttorat dipartimentali tal-pulizija ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg - Kummissarjat tal-pulizija tal-fruntieri ta’ Záhony) u O. Shomodi, ċittadin Ukrain, dwar ir-rifjut ta’ dħul fit-territorju Ungeriż impost fuq dan tal-aħħar minħabba li kien qabeż it-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju Ungeriż fil-kuntest tat-traffiku lokali tal-fruntiera.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ viża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE> bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Aljeni [Barranin] li ma jeħtieġux viża jistgħu jiċċaqalqu b’mod ħieles fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti għal perjodu massimu ta’ tliet xhur waqt is-sitt xhur wara d-data ta’ l-ewwel dħul [...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fil-premessa 3 tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-adozzjoni ta’ miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni u l-kontrolli fil-fruntieri esterni għandhom jirriflettu l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen inkorporat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari d-disposizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen [...] u tal-Manwal Komuni (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="313" PAGE.FIRST="97" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, C 313, p. 97</REF.DOC.OJ>)].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tar-regolament imsemmi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ dħul imposti fuq iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal soġġorni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>li ma jeċċedux tliet xhur f’kull perijodu ta’ sitt xhur<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 ta’ dan l-istess regolament jippreċiża li dan ir-regolament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regoli Komunitarji dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera u għal xi ftehim bilaterali eżistenti dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw it-traffiku lokali tal-fruntiera</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 2 u 3 tar-Regolament Nru 1931/2006 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(2)</NO.P><TXT>Huwa fl-interess tal-Komunità mkabbra li tiżgura li l-fruntieri mal-ġirien tagħha ma’ jkunux ostaklu għall-kummerċ, għall-iskambji soċjali u kulturali jew għall-kooperazzjoni reġjonali. Għandha għalhekk tiġi żviluppata sistema għat-traffiku lokali tal-fruntiera.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Is-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera tikkostitwixxi deroga mir-regoli ġenerali dwar il-kontroll fil-fruntiera ta’ persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament [...] Nru 562/2006 [...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessa 4 tar-Regolament Nru 1931/2006 tistabbilixxi b’mod partikolari l-prinċipju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>iffaċilitar tal-qsim tal-fruntiera għar-residenti <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> li jkollhom raġunijiet leġittimi biex jaqsmu ta’ spiss il-fruntiera esterna fuq l-art<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi dawn id-definizzjonijiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>żona tal-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser żona li ma testendix aktar minn 30 kilometru mill-fruntiera. Id-distretti amministrattivi lokali li għandhom jitqiesu bħala ż-żona tal-fruntiera għandhom jiġu speċifikati mill-Istati konċernati fil-Ftehim bilaterali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 13. Jekk parti minn tali distrett tkun tinsab aktar minn 30 kilometru bogħod mil-linja tal-fruntiera, iżda mhux aktar minn 50, għandha xorta waħda titqies bħala parti miż-żona tal-fruntiera;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>traffiku lokali tal-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser il-qsim regolari tal-fruntiera esterna fuq l-art ta’ Stat Membru minn persuni residenti fil-fruntiera, għal soġġorn fiż-żona tal-fruntiera għal, per eżempju, raġunijiet soċjali jew kulturali jew raġunijiet ekonomiċi ppruvati, jew għal raġunijiet familjari, għal perjodu ta’ mhux aktar mil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament;</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1931/2006, is-sistema speċifika tat-traffiku lokali tal-fruntiera għandha tiġi implementata mill-Istati Membri permezz ta’ ftehim bilaterali konklużi mal-pajjiżi terzi ġirien tagħhom, suġġetti għall-kontroll tal-Kummissjoni Ewropea. Dawn il-ftehim għandhom jippreċiżaw, skont l-Artikolu 5 tal-istess regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>it-tul massimu permissibbli ta’ kull soġġorn bla interruzzjoni skond is-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera, li m’għandux ikun ta’ aktar minn tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1931/2006 jistabbilixxi permess għall-qsim lokali tal-fruntiera u jippreċiża l-karatteristiċi u l-indikazzjonijiet li għandu jkollu dan il-permess, b’mod partikolari l-indikazzjoni li tispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>l-persuna li f’isimha jkun maħruġ m’hix awtorizzata li tiċċaqlaq barra miż-żona tal-fruntiera u li kwalunkwe abbuż ikun soġġett għal penali previsti fl-Artikolu 17<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Dan l-Artikolu 17 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ sanzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>effettivi, proporzjonati u dissważivi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, inkluża l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>possibbiltà ta’ kanċellazzjoni jew revoka tal-permessi tat-traffiku [għall-qsim] lokali tal-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 5 tal-istess regolament tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Bħala regola ġenerali, biex jiġi evitat l-abbuż, permess tat-traffiku [għall-qsim] lokali tal-fruntiera għandu jinħareġ biss lil persuni li jkunu ilhom mill-inqas sena joqogħdu leġittimament fiż-żona ta’ mal-fruntiera. Ftehim bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi ġirien jistgħu jipprovdu għal perjodu itwal ta’ residenza [...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1931/2006, il-permess għall-qsim lokali tal-fruntiera jista’ jinħareġ lil persuni residenti fil-fruntiera biss jekk dawn jippreżentaw dokumenti li jipprovaw b’mod partikolari l-eżistenza ta’ raġunijiet leġittimi li minħabba fihom jaqsmu ta’ spiss fruntiera esterna fuq l-art.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regoli ġenerali li jikkonċernaw id-dħul u s-soġġorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-Artikolu 40(1) tal-Liġi Nru II tal-2007 dwar id-dħul u s-soġġorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (2007. évi II. törvény a harmadik országbeli állampolgárok beutazásáról és tartózkodásáról), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Abbażi tad-dispożizzjonijiet [tar-Regolament Nru 562/2006], l-awtorità kompetenti fil-qasam tat-traffiku konfinali għandha tiċħad id-dħul fit-territorju tagħha ta’ ċittadin li jixtieq jissoġġorna fit-territorju tagħha għal tliet xhur jew inqas, u – filwaqt li tqis l-interessi tal-istess – tibgħatu lura […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-traffiku lokali tal-fruntiera, il-Ftehim konkluż bejn il-Gvern Ungeriż u l-Kabinett tal-Ministri tal-Ukraina sabiex jiġi rregolat it-traffiku lokali tal-fruntiera jipprovdi, fl-Artikolu 1(5) tiegħu, li l-permess għall-qsim lokali tal-fruntiera <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>jawtorizza lid-detentur tiegħu jidħol diversi drabi u jissoġġorna bla interruzzjoni għal żmien massimu ta’ tliet xhur, fuq medda ta’ perijodu ta’ sitt xhur, fiż-żona konfinali tal-Istat tal-parti kontraenti l-oħra, b’mod partikolari għal raġunijiet soċjali, kulturali jew familjari, jew għal raġunijiet ekonomiċi ġġustifikati li ma jikkwalifikawx bħala attivitajiet professjonali fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. L-Artikolu 3(2) ta’ dan il-ftehim jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kull abbuż mill-permess jagħti lok għal sanzjonijiet iddefiniti mid-dritt nazzjonali tal-partijiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>O. Shomodi, ċittadin Ukrain, għandu permess għall-qsim lokali tal-fruntiera mogħti fil-kuntest tat-traffiku lokali tal-fruntieri li jawtorizzah jidħol fiż-żona tal-fruntiera tal-Ungerija. Fit-<DATE ISO="20100202">2 ta’ Frar 2010</DATE>, huwa ppreżenta ruħu fil-post ta’ kontroll mal-fruntiera ta’ Záhony. F’din l-okkażjoni l-pulizija Ungeriża kkonstatat li, bejn it-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE> u t-<DATE ISO="20100202">2 ta’ Frar 2010</DATE>, huwa kien issoġġorna għal 105 jum fit-territorju Ungeriż, fejn kien imur kuljum għal numru ta’ sigħat. Għalhekk, peress li O. Shomodi kien qagħad għal iktar minn tliet xhur fiż-żona ta’ Schengen fuq medda ta’ perijodu ta’ sitt xhur, is-Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100202">2 ta’ Frar 2010</DATE>, irrifjutalu d-dħul fit-territorju Ungeriż skont l-Artikolu 40(1) tal-Liġi Nru II tal-2007.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>O. Shomodi ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem is-Szabolcs-Szatmár-Bereg megyei bíróság (Qorti dipartimentali ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg), li annullatha permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20100526">26 ta’ Mejju 2010</DATE>. Dik il-qorti l-ewwel nett eskludiet l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 562/2006 u tal-Artikolu 40(1) tal-Liġi Nru II tal-2007, li jiżgura t-traspożizzjoni tiegħu. It-tieni nett, hija applikat ir-regoli speċjali dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera u kkunsidrat, minn naħa, li n-numru ta’ dħul li tista’ tagħmel il-persuna li jkollha permess għall-qsim lokali tal-fruntiera kien illimitat u, min-naħa l-oħra, li l-limitu massimu ta’ tliet xhur stabbilit fil-Ftehim imsemmi fil-punt 15 ta’ din is-sentenza<?PAGE NO="5"?> kien japplika biss għas-soġġorni bla interruzzjoni. Minn dan is-Szabolcs-Szatmár-Bereg megyei bíróság ikkonkludiet li r-raġunijiet invokati mis-Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége ma kinux ta’ natura li jiġġustifikaw li O. Shomodi jintbagħat lura.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Adita b’appell fil-kassazzjoni ppreżentat kontra dik is-sentenza mill-amministrazzjoni msemmija, il-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (Qorti suprema tar-Repubblika tal-Ungerija) tikkunsidra li s-soluzzjoni tal-kawża mressqa quddiemha tiddependi mill-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1931/2006 u għalhekk iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament […] Nru 1931/2006 […], li tawtorizza soġġorn bla interruzzjoni ta’ mhux iktar minn tliet xhur, għandha tiġi interpretata - fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 2(a) u tal-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament - fis-sens li dan ir-regolament jippermetti, abbażi ta’ ftehim bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi ġirien imsemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan l-istess regolament, iktar minn dħul u ħruġ wieħed u soġġorn bla interruzzjoni ta’ mhux iktar minn tliet xhur b’mod li, qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ soġġorn ta’ tliet xhur, resident tal-fruntiera li għandu permess għat-traffiku [għall-qsim] lokali tal-fruntiera jista’ jinterrompi s-soġġorn bla interruzzjoni u sussegwentement, wara li jkun qasam il-fruntiera mill-ġdid, ikollu mill-ġdid dritt ta’ soġġorn bla interruzzjoni ta’ tliet xhur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, is-soġġorn bla interruzzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006 jista’ jiġi kkunsidrat bħala li huwa interrott meta d-dħul u l-ħruġ ikunu seħħew fl-istess jum, jew f’jumejn konsekuttivi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, iżda ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, x’intervall jew x’kriterju ta’ evalwazzjoni ieħor għaldaqstant għandu jiġi kkunsidrat sabiex tiġi kkonstatata interruzzjoni ta’ soġġorn bla interruzzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, id-dispożizzjoni li tawtorizza soġġorn bla interruzzjoni ta’ mhux iktar minn tliet xhur skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006 tista’ tiġi interpretata fis-sens li għandu jiġi inkluż iż-żmien li jgħaddi bejn iktar minn dħul u ħruġ wieħed u li, fid-dawl tal-Artikolu 20(1) tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen […] - jew ta’ kull regola oħra dwar id-dritt taż-żona Schengen - peress li total tal-jiem li jkunu hekk għaddew jilħaq 93 jum, jew tliet xhur, għandu jiġi kkunsidrat li l-permess għat-traffiku [għall-qsim] lokali tal-fruntiera ma jagħtix iktar dritt ta’ soġġorn għall-perijodu ta’ sitt xhur mid-data tal-ewwel dħul?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għar-raba’ domanda, għandu jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni, għall-finijiet ta’ din l-addizzjoni, iktar minn dħul u ħruġ wieħed matul l-istess jum, jew dħul u ħruġ wieħed matul l-istess jum, u liema metodu ta’ kalkolu għandu jintuża għal dan il-għan?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u r-raba’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, il-portata preċiża tal-limitazzjoni ta’ tliet xhur ta’ kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>soġġorn bla interruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li għalih hija intitolata l-persuna li jkollha permess għall-qsim lokali tal-fruntiera mogħti skont ir-Regolament Nru 1931/2006, u dan fid-dawl tal-limitazzjoni ta’ soġġorn ta’ tliet xhur fuq total ta’ sitt xhur prevista għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ viża mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen u mir-Regolament Nru 562/2006.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-qofol ta’ din id-domanda tinsab il-kwistjoni ta’ jekk ir-Regolament Nru 1931/2006 għandux jiġi interpretat fid-dawl tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen jew jekk, għall-kuntrarju, għandux jingħata interpretazzjoni awtonoma.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Taħt l-ewwel alternattiva, li hija dik ippreferuta mill-Gvern Ungeriż u mill-Gvern Pollakk, ir-Regolament Nru 1931/2006 jiġi kkunsidrat bħala parti integrali mill-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen. F’dan il-każ, ir-regola, speċifika għal din il-leġiżlazzjoni tal-aħħar, li tillimita s-soġġorni għal żmien qasir taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ viża għal total ta’ tliet xhur fuq perijodu ta’ sitt xhur, ikollha tingħata preċedenza fuq kull dispożizzjoni oħra. B’hekk, il-persuni li jkollhom permess għall-qsim lokali tal-fruntiera u li ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ viża skont ir-Regolament Nru 1931/2006, ma jkunux eċċezzjoni għal din ir-regola. Dawk li jiffavorixxu dan l-approċċ isostnu li, jekk ma jkunx hemm tali limitu massimu għat-total tas-soġġorni suċċessivi awtorizzati, dawn il-persuni li jkollhom tali permess jibbenefikaw <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> minn dritt ta’ residenza potenzjalment illimitat minħabba li jkun biżżejjed jekk jitilqu mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat meta jgħaddu tliet xhur u mbagħad jerġgħu jidħlu l-għada sabiex jibbenefikaw minn dritt ġdid ta’ soġġorn għal tliet xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, tali approċċ la huwa konformi mal-formulazzjoni u lanqas mal-ispirtu tar-Regolament Nru 1931/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament iħalli l-iffissar tat-tul massimu permissibbli ta’ kull soġġorn f’idejn il-ftehim bilaterali, iżda jiffissa l-limitu ta’ tliet xhur għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kull soġġorn bla interruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Din il-preċiżazzjoni, kif ukoll il-kliem li bihom hija fformulata, tissepara b’mod ċar il-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tat-traffiku lokali tal-fruntiera mil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>limitazzjoni Schengen<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li ma hija marbuta b’ebda mod ma’ soġġorni bla interruzzjoni. Tali interpretazzjoni hija kkonfermata mill-ħidma preparatorja tar-Regolament Nru 1931/2006, li minnha jirriżulta li, filwaqt li l-Kummissjoni kienet qiegħda tipproponi inizjalment allinjament dwar is-soġġorn massimu, previst mill-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen, ta’ tliet xhur għal kull sitt xhur, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta limitazzjoni partikolari dwar is-soġġorni bla interruzzjoni. F’dan id-dawl, il-fatt li din il-limitazzjoni għandha, bħal fl-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen, limitu massimu ta’ tliet xhur ma jistax joħloq dubju dwar in-natura speċjali tagħha meta mqabbla mad-dritt komuni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ viża, u dan sa fejn minn ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1931/2006 ma jirriżulta li dawn it-tliet xhur għandhom iseħħu fl-istess perijodu ta’ sitt xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ispirtu tar-Regolament Nru 1931/2006 jiffavorixxi, jekk dan ikun meħtieġ, li tingħata interpretazzjoni awtonoma tiegħu. Kemm l-għanijiet tiegħu u kif ukoll id-dispożizzjonijiet tiegħu jindikaw l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jistabbilixxi, għat-traffiku lokali tal-fruntiera, regoli derogatorji fil-konfront tar-Regolament Nru 562/2006. L-għan ta’ dawn ir-regoli huwa, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jippermetti lill-popolazzjonijiet taż-żoni tal-fruntiera kkonċernati, u sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni r-realtajiet lokali, attwali jew storiċi, jaqsmu l-fruntieri esterni tal-art tal-Unjoni għal raġunijiet leġittimi ta’ natura ekonomika, soċjali, kulturali jew familjari, u dan b’mod faċli, jiġifieri mingħajr limitazzjonijiet amministrattivi eċċessivi, b’mod frekwenti iżda wkoll regolari.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>It-tħassib espress mill-Gvern Ungeriż u mill-Gvern Pollakk fir-rigward tal-allegati konsegwenzi negattivi ta’ tali interpretazzjoni fuq l-ordni pubbliku tal-fruntiera ma huwiex konvinċenti peress li d-dritt mogħti b’dan il-mod lill-persuna li jkollha permess għall-qsim lokali tal-fruntiera la huwa inkundizzjonat u lanqas ma huwa assolut. Fil-fatt, sabiex jinkiseb dan il-permess hija meħtieġa residenza minima ta’ sena fiż-żona tal-fruntiera tal-pajjiż ġar, li t-tul tagħha jista’ jiġi estiż permezz ta’ ftehim bilaterali. Barra minn hekk, ma hemm xejn li jipprekludi li tali ftehim jadotta tul massimu ta’ soġġorn bla interruzzjoni iktar qasir mit-tliet xhur previsti mir-Regolament Nru 1931/2006, li huma biss limitu massimu. Għandu jingħad ukoll li l-qsim iffaċilitat tal-fruntiera huwa maħsub, kif jirriżulta mill-kliem stess tal-premessa 4 u tal-Artikolu 9(b) ta’ dan ir-regolament, għall-persuni residenti mal-fruntiera <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> li jkollhom raġunijiet leġittimi, debitament iġġustifikati, sabiex jaqsmu ta’<?PAGE NO="7"?> spiss fruntiera esterna tal-art. F’dan id-dawl, l-awtoritajiet kompetenti jibqgħu liberi li jimponu s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1931/2006 fuq dawk il-persuni residenti mal-fruntiera li jużaw b’mod abbużiv jew frawdolenti l-permess tagħhom għall-qsim lokali tal-fruntiera.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel u għar-raba’ domandi għandha tkun li r-Regolament Nru 1931/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li jkollha permess għall-qsim lokali tal-fruntiera mogħti fil-kuntest tas-sistema speċifika tat-traffiku lokali tal-fruntiera implementata permezz ta’ dan ir-regolament għandha tkun tista’, fil-limiti previsti mir-regolament imsemmi u mill-ftehim bilaterali konkluż għall-finijiet tal-applikazzjoni tiegħu bejn il-pajjiż terz li tiegħu din il-persuna tkun ċittadina u l-Istat Membru ġar, minn naħa, tiċċaqlaq liberament fiż-żona tal-fruntiera matul tliet xhur jekk is-soġġorn tagħha hemmhekk ma jkunx interrott u, min-naħa l-oħra, tibbenefika minn dritt ġdid ta’ soġġorn għal tliet xhur wara kull interruzzjoni tas-soġġorn tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi dwar il-frekwenza aċċettabbli tal-interruzzjonijiet tas-soġġorn ta’ persuna li jkollha permess għall-qsim lokali tal-fruntiera fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, minn dak li ntqal iktar ’il fuq għandu jiġi dedott li s-soġġorn tal-persuna li jkollha permess għall-qsim lokali tal-fruntiera mogħti fil-kuntest tat-traffiku lokali tal-fruntiera għandu jitqies bħala interrott malli l-persuna kkonċernata taqsam il-fruntiera sabiex terġa’ tmur fl-Istat ta’ residenza tagħha skont l-awtorizzazzjoni li tkun ingħatat, u dan mingħajr ma jkun meħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni n-numru ta’ passaġġi magħmula kuljum.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm interruzzjoni tas-soġġorn imsemmija f’dan l-artikolu malli jkun hemm passaġġ, irrispettivament mill-frekwenza tiegħu u anki jekk isir iktar minn darba kuljum, mill-fruntiera bejn l-Istat Membru tal-fruntiera u l-pajjiż terz fejn tirrisjedi l-persuna li jkollha l-permess għall-qsim lokali tal-fruntiera, inkonformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ dan il-permess.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi l-oħra</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel, għat-tieni u għar-raba’ domandi, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet u għall-ħames domandi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li jkollha permess għall-qsim lokali tal-fruntiera mogħti fil-kuntest tas-sistema speċifika tat-traffiku lokali<?PAGE NO="8"?> tal-fruntiera implementata permezz ta’ dan ir-regolament għandha tkun tista’, fil-limiti previsti mir-regolament imsemmi u mill-ftehim bilaterali konkluż għall-finijiet tal-applikazzjoni tiegħu bejn il-pajjiż terz li tiegħu din il-persuna tkun ċittadina u l-Istat Membru ġar, minn naħa, tiċċaqlaq liberament fiż-żona tal-fruntiera matul tliet xhur jekk is-soġġorn tagħha hemmhekk ma jkunx interrott u, min-naħa l-oħra, tibbenefika minn dritt ġdid ta’ soġġorn għal tliet xhur wara kull interruzzjoni tas-soġġorn tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm interruzzjoni tas-soġġorn imsemmija f’dan l-artikolu malli jkun hemm passaġġ, irrispettivament mill-frekwenza tiegħu u anki jekk isir iktar minn darba kuljum, mill-fruntiera bejn l-Istat Membru tal-fruntiera u l-pajjiż terz fejn tirrisjedi l-persuna li jkollha l-permess għall-qsim lokali tal-fruntiera, inkonformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ dan il-permess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>