<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑478/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0478</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:735">EU:C:2013:735</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20131114">14.11.2013</DATE> — KAWŻA C‑478/12</P><P>MALETIC</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 16(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ vjaġġ konkluż bejn konsumatur iddomiċiljat fi Stat Membru u aġenzija tal-ivvjaġġar stabbilita fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Fornitur tas-servizzi użat mill-aġenzija tal-ivvjaġġar stabbilita fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-konsumatur li jressaq, quddiem il-qorti tal-post fejn għandu d-domiċilju tiegħu, azzjoni kontra dawn iż-żewġ impriżi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑478/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesgericht Feldkirch (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120920">20 ta’ Settembru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20121024">24 ta’ Ottubru 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Armin Maletic,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marianne Maletic</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">lastminute.com GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">TUI Österreich GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn C. G. Fernlund, President tal-Awla, C. Toader (Relatur) u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal TUI Österreich GmbH, minn E. Reinitzer, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u S. Nunes de Almeida, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Bogensberger u A.‑M. Rouchaud‑Joët, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, A. Maletic u M. Maletic (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>il-konjuġi Maletic<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u, min-naħa l-oħra, lastminute.com GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>lastminute.com<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u TUI Österreich GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>TUI<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u li għandha bħala suġġett il-ħlas tal-ammont EUR 1 201.38, kif ukoll tal-interessi u spejjeż oħra, minħabba prenotazzjoni magħmula mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma’ lastminute.com ta’ vjaġġ kollox kompriż organizzat minn TUI.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 11 sa 13 u 15 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(2)</NO.P><TXT>Ċerti differenzi bejn regoli nazzjonali li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta’ sentenzi jfixklu l-operat tajjeb tas-suq intern. Disposizzjonijiet biex jiġu unifikati r-regoli ta’ kunflitt ta’ ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali u sabiex jħaffu l-formalitajiet bl-iskop ta’ għarfien malajr u sempliċi u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi minn Stati Membri marbuta b’dan ir-Regolament huma essenzali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(11)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’ hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>B’relazzjoni ma’ assigurazzjoni, kuntratti tal-konsumatur u impjieg, il-parti l-anqas b’saħħitha għandha tiġi mħarsa b’regoli ta’ ġurisdizzjoni l-iktar favorevoli għall-interessi tiegħu milli hemm provduti fir-regoli ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Fl-interessi tal-amministrazzjoni armoniżżata tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibiltà ta’ proċedimenti simultanji u biex ikun assigurat li ma jiġux mogħtija ġudizzji rrikonċiljabbli f’żewġ Stati Membri. Għandu jkun hemm mekkaniżmu ċar u effettiv sabiex jiġu riżolti każijiet ta’<?PAGE NO="3"?> <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> u azzjonijiet relatati u għal problemi ovvji li jirriżultaw minn differenzi nazzjonali dwar id-determinazzjoni taż-żmien meta jiġi rreġistrat każ bħala pendenti. Għall-iskopijiet ta’ dan ir‑Regolament dak iż-żmien għandu jiġi definit b’mod awtonomu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[…] persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[p]ersuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jiġi mfittxija fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla f’Sezzjonijiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-qasam tal-kuntratti, l-Artikolu 5(1) tal-istess regolament jipprovdi li, fil-qasam kuntrattwali, persuna ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ tiġi mfittxija fi Stat Membru ieħor quddiem il-qorti tal-post fejn l-obbligu li huwa l-bażi tat-talba twettaq jew għandu jitwettaq.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, din l-istess persuna tista’ wkoll titfittex jekk ikun hemm diversi konvenuti, quddiem il-qorti ta’ domiċilju ta’ wieħed minnhom, sakemm it-talbiet ikunu marbuta b’mod daqstant strett illi jkun hemm interess li jinstemgħu u jiġu ddeterminati flimkien sabiex jiġu evitati soluzzjonijiet li jistgħu jkunu inkompatibbli jekk il-kawżi jiġu deċiżi b’mod separat.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1)(ċ) u (3) ta’ dan ir-regolament jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il‑konsumatur, għal skop li jista’ jkun meqjus ’l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din is-Sezzjoni, mingħajr preġudizju għall-Artikolu 4 u punt 5 tal-Artikolu 5, jekk:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>fil-każijiet l-oħra kollha, il-kuntratt ikun ġie konkluż ma’ persuna li tinvolvi ruħha f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, b’xi meżżi, imexxi tali attivitajiet għal dak l-Istat Membru jew għal diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, u li l-kuntratt jidħol fl-iskop ta’ attivitajiet bħal dawk.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din is-Sezzjoni m’għandiex tapplika għal kuntratt ta’ trasport apparti minn kuntratt li, għal prezz inklussiv, jipprovdi għal taħlita ta’ vjaġġar u akkomodazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Konsumatur jista’ jressaq proċedimenti kontra l-parti l-oħra ta’ kuntratt jew fil-qrati ta’ l-Istat Membru li fih jkun domiċiljat dak il-parti jew fil-qrati tal-post fejn ikun domiċiljat il-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 44/2001 huwa mfassal b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, azzjonijiet huma meqjusa li jkunu relatati meta jkunu konnessi hekk mill-qrib illi jkun iktar konvenjenti illi jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex ikun evitat ir-riskju ta’ ġudizzji irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-konjuġi Maletic huma ddomiċiljati f’Bludesch (l-Awstrija), li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Bezirksgericht Bludenz (qorti kantonali ta’ Bludenz). Fit-<DATE ISO="20111230">30 ta’ Diċembru 2011</DATE>, huma pprenotaw u ħallsu, għalihom innifishom bħala individwi, fuq is-sit tal-internet lastminute.com, vjaġġ kollox inkluż lejn l-Eġittu għall-prezz ta’ EUR 1 858 li kellu jsir bejn l-10 u l-<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>. Fuq is-sit tal-internet tagħha, lastminute.com, li hija kumpannija li għandha s-sede tagħha f’München (il-Ġermanja), indikat li taġixxi bħala aġent tal-vjaġġi u ppreċiżat li l-vjaġġ huwa organizzat minn TUI, kumpannija li għandha s-sede tagħha fi Vjenna (l-Awstrija).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-prenotazzjoni magħmula mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tirrigwarda l-lukanda Jaz Makadi Golf &amp; Spa, li tinsab f’Hurghada (l-Eġittu). Din il‑prenotazzjoni ġiet ikkonfermata minn lastminute.com, li ttrażmettietha lil TUI. Konsegwentement, il-konjuġi Maletic irċevew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>konferma/fattura<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tal-<DATE ISO="20120105">5 ta’ Jannar 2012</DATE> minn TUI li, filwaqt li tinkludi l-elementi tal-vjaġġ prenotat ma’ lastminute.com, issemmi l-isem ta’ lukanda oħra, jiġifieri l-Jaz Makadi Star Resort Spa, f’Hurghada.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Kien biss mal-wasla tagħhom f’Hurghada li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ntebħu bl-iżball fir-rigward tal-lukanda u ħallsu prezz addizzjonali ta’ EUR 1 036, sabiex ikunu jistgħu joqogħdu fil-lukanda li kienu inizjalment ipprenotaw fuq is-sit tal-internet ta’ lastminute.com.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120413">13 ta’ April 2012</DATE>, bil-għan li jirkupraw il-prezz addizzjonali hekk imħallas u sabiex jiġu indennizzati għall-inkonvenjenzi li effettwawlhom il-vaganzi tagħhom, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw azzjoni legali quddiem il-Bezirksgericht Bludenz intiża sabiex lastminute.com u TUI jiġu kkundannati jħallsuhom is-somma ta’ EUR 1 201.38, bl-interessi u l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Bezirksgericht Bludenz illimitat l-eżami tagħha għall-verifika tal-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tal-azzjoni u, permezz tad-digriet tal-<DATE ISO="20110704">4 ta’ Lulju 2011</DATE>, hija ċaħditha fir-rigward ta’ TUI, peress li ma kellhiex ġurisdizzjoni territorjali. Skont din il-qorti, ir-Regolament Nru 44/2001 ma huwiex applikabbli għall-kawża bejn ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u TUI, peress li s-sitwazzjoni hija purament interna. Hija ddeċidiet li, skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni hija dik tal-ġurisdizzjoni tad-domiċilju tal-konvenut, jiġifieri il-qorti kompetenti ta’ Vjenna u mhux dik ta’ Bludenz.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din il-qorti kkunsidrat li, fir-rigward ta’ lastminute.com, inkwantu din il-kumpannija għandha s-sede tagħha fil-Ġermanja, il-kundizzjoni imposta mill-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, fir-rigward tal-attività diretta lejn l-Awstrija ġiet issodisfatta. B’hekk hija tkkunsidra lilha nnifisha bħala li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu. Fuq dan il-punt, id-digriet sar għandu s-saħħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fl-assenza ta’ azzjoni legali ppreżentata minn lastminute.com.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali interponew appell (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Rekurs<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, fejn sostnew li l-prenotazzjoni li għamlu kienet mill-bidu nett marbuta b’mod inseparabbli, bħala operazzjoni legali waħda, ma’ lastminute.com, bħala bejjiegħ bl-imnut, u ma’ TUI, bħala organizzatur. Fir-rigward ta’ vjaġġ kollox inkluż, qari flimkien tal-Artikoli 15(3) u 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jikkostitwixxi l-bażi legali tal-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża, u anki fir-rigward ta’ TUI.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, TUI sostniet li l-Bezirksgericht für Handelssachen Wien kellha l-ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tieħu konjizzjoni tal-azzjoni li tressaq quddiemha u li l-qorti tal-ewwel istanza kienet ġustament eskludiet l-eżistenza, f’dan il-każ, ta’ operazzjoni legali waħda. Għaldaqstant, wieħed għandu jibbaża ruħu fuq l-eżistenza ta’ żewġ kuntratti virtwalment distinti u jevalwa l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni b’punt ta’ tluq minn din il-premessa.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>sitwazjoni purament interna<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u, f’dan ir-rigward, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>parti l-oħra fil-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001, f’sitwazzjoni fejn in-negozjant, fi Stat Membru ieħor li mhux dak tad-domiċilju tal-konsumatur, jikkummerċjalizza servizzi ta’ negozjant ieħor, li jkollu s-sede tiegħu fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat, meta konsumatur iressaq kawża kontra din il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>parti l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, din id-dispożizzjoni tippermettilu li jinvoka d-dritt tiegħu quddiem il-qrati tal-post fejn ikun iddomiċiljat.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, peress li r-regoli speċjali ta’ ġurisdizzjoni previsti mill-Artikoli 15 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-Regolament Nru 44/2001 fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi għandhom l-għan li jipproteġu l-parti l-inqas b’saħħitha fil-kuntratt billi tingħatalha l-possibbiltà tal-għażla tal-qorti u billi tiġi limitata l-possibbiltà ta’ konklużjoni ta’ klawżoli ta’ għażla tal-qorti, din il-protezzjoni ma tkunx tagħmel sens jekk ma jkunx possibbli li jiġu invokati d-drittijiet li l-konsumatur għandu taħt ftehim ta’ prenotazzjoni wieħed fil-konfront taż-żewġ kontraenti quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Landgericht Feldkirch iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, li jattribwixxi l-ġurisdizzjoni lill-qorti tal-post fejn il-konsumatur ikollu d-domiċilju tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-parti l-oħra (f’dan il-każ aġent tal-ivvjaġġar ibbażat barra mit-territorju nazzjonali) jinqeda b’parti kontraenti oħra (f’dan il-każ operatur ta’ vjaġġi bbażat fit-territorju nazzjonali), l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika wkoll, għall-finijiet tal-kawżi mressqa kontra dawn iż-żewġ partijiet, għall-parti kontraenti bbażata fit-territorju nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>parti l-oħra fil-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> previst fl-Artikolu 16(1), tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li dan jirreferi, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ukoll għall-parti kontraenti tal-operatur li miegħu l-konsumatur kien ikkonkluda dan il-kuntratt u li għandu s-sede tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>TUI tikkontesta l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 fir-rigward tagħha u tikkunsidra li ċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jippreżentaw il-karatteristiċi ta’ sitwazzjoni purament interna, li għaliha japplikaw biss id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni territorjali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex ikkontestat li r-Regolament Nru 44/2001 huwa applikabbli fir-rigward ta’ lastminute.com u li l-qorti tad-domiċilju tal-konjuġi Maletic għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu f’dak li jikkonċerna din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi eżaminat jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ir-Regolament Nru 44/2001 huwiex applikabbli għal kontraent bħal TUI u jekk jeżistix element ta’ estranjetà li jista’ jiġġustifika din l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, f’dak li jirrigwarda l-Konvenzjoni ta’ Brussell tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendata bil-Konvenzjonijiet ta’ adeżjoni suċċessivi, (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni ta’ din il-konvenzjoni jeħtieġu l-eżistenza ta’ element ta’ estranjetà u li n-natura internazzjonali tar-relazzjoni legali inkwistjoni ma għandhiex neċessarjament tirriżulta, għar-rekwiżiti tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2<?PAGE NO="6"?> tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (li sar l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 44/2001), mill-involviment, minħabba l-mertu tal-kawża jew id-domiċilju rispettiv tal-partijiet fil-kawża, minn diversi Stati kontraenti (ara, f’dan is-sens, sentenza tal-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, Owusu, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-281/02" PAGE.ECR="I-1383" YEAR="2005">C-281/02, Ġabra p. I-1383</REF.DOC.ECR>, punti 25 u 26).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, sa fejn ir-Regolament Nru 44/2001 issostitwixxa l-Konvenzjoni ta’ Brussell, l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni tapplika wkoll għal dawk tal-imsemmi regolament, peress li d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-atti leġiżlattivi jistgħu jiġu kklassifikati bħala ekwivalenti (sentenza tal-<DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE>, TNT Express Nederland, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-533/08" PAGE.ECR="I-4107" YEAR="2010">C-533/08, Ġabra p. I-4107</REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Jekk, kif ġie ppreċiżat ukoll fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, in-natura internazzjonali tar-relazzjoni legali inkwistjoni ma għandhiex neċessarjament tirriżulta mill-involviment, minħabba l-mertu tal-kawża jew tad-domiċilju rispettiv tal-partijiet fil-kawża, ta’ diversi Stati Membri, għandu jiġi kkonstatat, l-istess bħalma għamlu l-Kummissjoni u l-Gvern Portugiż, li r-Regolament Nru 44/2001 hija <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> applikabbli fiċ-ċirkustanzi tal-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-element ta’ etsranjetà huwa preżenti, mhux biss f’dak li jikkonċerna l-kumpannija lastminute.com, li mhux ikkontestata, iżda wkoll f’dak li jikkonċerna l-kumpanija TUI.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki jekk operazzjoni waħda, bħal dik li wettqu l-konjuġi Maletic li pprenotaw u ħallsu l-vjaġġ kollox inkluż tagħhom minn fuq is-sit tal-internet lastminute.com, tista’ tinqasam f’żewġ relazzjonijiet kuntrattwali distinti, min-naħa waħda, mal-aġenzija tal-ivvjaġġar online lastminute.com u, min-naħa l-oħra, l-organizzatur tal-vjaġġi TUI, din ir-relazzjoni kuntrattwali tal-aħħar ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>purament interna<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> peress li hija marbuta b’mod inseparabbli mal-ewwel relazzjoni kuntrattwali, li seħħet permezz tal-intervent tal-imsemmija aġenzija tal-ivvjaġġar fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra dan, għandhom jiġu kkunsidrati l-għanijiet previsti fil-premessi 13 u 15 tar-Regolament Nru 44/2001, li jikkonċernaw rispettivament il-protezzjoni tal-konsumatur bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>parti l-inqas b’saħħitha<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fil-kuntratt kif ukoll it-tnaqqis <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[ta]l-possibiltà ta’ proċedimenti simultanji u biex ikun assigurat li ma jiġux mogħtija ġudizzji rrikonċiljabbli f’żewġ Stati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Dawn l-għanijiet jipprekludu soluzzjoni li tippermetti azzjoni parallela tal-konjuġi Maletic, kemm fi Bludenz kif ukoll fi Vjenna, permezz ta’ kawżi konnessi, ta’ żewġ operaturi involuti fil-prenotazzjoni u l-iżvolġiment tal-vjaġġ kollox inkluż inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>parti l-oħra fil-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> previst fl-Artikolu 16(1), tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ukoll għall-parti kontraenti tal-operatur li magħha l-konsumatur kien ikkonkluda dan il-kuntratt u li għandha s-sede tagħha fit-territorju tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>parti l-oħra fil-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> previst fl-Artikolu 16(1), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi, fiċ-ċirkustanzi<?PAGE NO="7"?> bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ukoll għall-parti kontraenti tal-operatur li magħha l-konsumatur kien ikkonkluda dan il-kuntratt u li għandha s-sede tagħha fit-territorju tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>