19.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 930/2010

tat-18 ta’ Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Ovčí salašnícky údený syr (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, l-applikazzjoni tas-Slovakkja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Ovčí salašnícky údený syr” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, dik id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru.

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament qiegħda b’dan tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)   ĠU C 305, 16.12.2009, p. 27.


ANNESS

Il-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat, maħsuba għall-konsum uman:

Il-kategorija 1.3.   Ġobnijiet

IS-SLOVAKKJA

Ovčí salašnícky údený syr (STG)