<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑88/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009TO0088</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:5">EU:T:2017:5</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20170113">13.1.2017</DATE> – KAWŻA T-88/09 DEP</P><P>IDROMACCHINE <HT TYPE="ITALIC">ET</HT> vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P>tat-<DATE ISO="20170113">13 ta’ Jannar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE>*</P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Intaxxar tal-ispejjeż</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T-88/09 DEP,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Idromacchine Srl</HT>, stabbilita f’Porto Marghera (l-Italja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Alessandro Capuzzo</HT>, residenti f’Mirano (l-Italja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Roberto Capuzzo</HT>, residenti fi Spinea (l-Italja),</P><P>irrappreżentati minn W. Viscardini u G. Donà, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn É. Gippini Fournier u D. Grespan, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-intaxxar tal-ispejjeż bħala segwitu għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Idromacchine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-88/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:641">EU:T:2011:641</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>),</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>komposta minn I. Pelikánová (Relatur), President, V. Valančius u U. Öberg, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Digriet</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti, il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20090227">27 ta’ Frar 2009</DATE>, ir-rikorrenti, Idromacchine Srl kif ukoll Alessandro u Roberto Capuzzo, membri li għandhom 50 % rispettivament ta’ Idromacchine, ippreżentaw rikors għad-danni, li permezz tiegħu huma talbu lill-Kummissjoni kumpens għad-dannu materjali u immaterjali li allegatament ġarrbu wara l-pubblikazzjoni, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni<?PAGE NO="2"?> C(2004) 5426 finali, tat-<DATE ISO="20041230">30 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Għajnuna mill-Istat – L-Italja – Għajnuna mill-Istat N 586/2003, N 587/2003, N 589/2003 u C 48/2004 (ex N 595/2003) – Estensjoni bi tliet snin tat-terminu ta’ kunsinna ta’ tanker kimiku – Stedina għall-preżentazzjoni ta’ osservazzjonijiet skont l-Artikolu 88(2) [KE] <QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="042" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, C 42, p. 15</REF.DOC.OJ>), tad-dikjarazzjoni li skontha l-provvista, minn Idromacchine, ta’ tankijiet mhux konformi mal-istandards ta’ kwalità u ta’ sigurtà wasslu għal dewmien fil-provvista ta’ bastimenti li fihom kellhom jitqiegħdu dawn it-tankijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>B’sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Idromacchine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-88/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:641">EU:T:2011:641</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala infondata t-talba għad-danni sa fejn kienet tikkonċerna l-allegat dannu materjali kollu u laqgħet ir-rikors tar-rikorrenti fir-rigward tad-dannu immaterjali mġarrab minn Idromacchine. Hija kkundannat ukoll lill-Kummissjoni għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal żewġ terzi tal-ispejjeż tar-rikorrenti, filwaqt li ddeċidiet li terz tal-ispejjeż kellu jiġi sostnut minn dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20120624">24 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw appell mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Idromacchine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-88/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:641">EU:T:2011:641</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li ġie miċħud b’digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130903">3 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Idromacchine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-34/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:552">EU:C:2013:552</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Il-Qorti tal-Ġustizzja kkundannat ukoll lir-rikorrenti għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, ir-rikorrenti indikaw lill-Kummissjoni li l-ammont li din kellha tħallashom bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>spejjeż li setgħu jinġabru<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> kien ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">98598.33</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara diversi skambji bejn il-partijiet, il-Kummissjoni pproponiet, b’ittra tad-<DATE ISO="20150309">9 ta’ Marzu 2015</DATE>, li tħallas somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT>, u sussegwentement, waqt telefonata tad-<DATE ISO="20150519">19 ta’ Mejju 2015</DATE> mal-avukati tar-rikorrenti, somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">29000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20150609">9 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ir-rikorrenti rrifjutaw l-offerta tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-rikorrenti ressqu din it-talba għall-intaxxar tal-ispejjeż, li permezz tagħha huma jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tistabbilixxi l-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">102264.99</FT> bħala spejjeż li jistgħu jinġabru fil-Kawża T-88/09, bl-inklużjoni ta’ din il-proċedura għall-intaxxar tal-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>tapplika fir-rigward tal-imsemmi ammont, jew fir-rigward tal-ammont li ser jiġi ddeterminat mill-Qorti Ġenerali, l-interessi moratorji, b’effett mid-data tal-għoti tad-digriet, jew minn tal-inqas min-notifika tiegħu, u sal-ħlas effettiv tiegħu, abbażi ta’ rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ rifinanzjament, fis-seħħ l-ewwel ġurnata tax-xahar tal-iskadenza tal-ħlas, b’żieda ta’ tliet punti u nofs ta’ perċentwali, jew sussidjarjament, b’żieda ta’ żewġ punti ta’ perċentwali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>, il-Kummissjoni talbet li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tistabbilixxi l-ispejjeż indispensabbli għar-rikorrenti għall-Kawża T-88/09 għal ammont totali li ma jeċċedix EUR <FT TYPE="NUMBER">36000</FT>;</P></ITEM><ITEM><P>timponi fuqha ż-żewġ terzi tal-ammont totali tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 170(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, fil-każ ta’ kontestazzjoni dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi permezz ta’ digriet li ma jistax jiġi kkontestat, fuq talba tal-parti kkonċernata, wara li tkun tat lill-parti kkonċernata l-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq in-natura rekuperabbli tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura, jitqiesu bħala spejjeż li jistgħu jinġabru l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet għall-finijiet tal-proċedura, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ u r-remunerazzjoni ta’ aġent, konsulent jew avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita dwar l-Artikolu 91(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, li l-kontenut tagħha huwa identiku għal dak tal-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-ispejjeż li jistgħu jinġabru huma limitati, minn naħa, għal dawk sostnuti għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, għal dawk li kienu indispensabbli għal dan il-għan (ara digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140325">25 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Marcuccio vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-126/11 P-DEP</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:171">EU:T:2014:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Meta tistabbilixxi l-ispejjeż li jistgħu jinġabru, il-Qorti Ġenerali għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatti kollha tal-kawża sal-mument tal-iffirmar tad-digriet tal-intaxxar tal-ispejjeż, inklużi spejjeż indispensabbli relatati mal-proċedura tal-intaxxar tal-ispejjeż (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140325">25 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Marcuccio vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-126/11 P-DEP</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:171">EU:T:2014:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni, ir-rikorrenti jinvokaw diversi spejjeż u onorarji, jiġifieri onorarji tal-avukati, iffatturati skont rati fis-siegħa u rati oħra, spejjeż ta’ komunikazzjoni u ta’ konferenzi telefoniċi, posta elettronika, faksijiet, ittri u fotokopji, spejjeż marbuta ma’ perizja ta’ kontabbiltà teknika (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>perizja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u spejjeż u allowances tal-ivvjaġġar marbuta mas-seduta tat-<DATE ISO="20110208">8 ta’ Frar 2011</DATE>, kif ukoll rata fissa ta’ 5 % tal-onorarji, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>rimbors ta’ spejjeż ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta n-natura rekuperabbli tal-ispejjeż relatati mal-perizja kif ukoll tal-onorarji marbuta mal-komunikazzjonijiet u tar-rata fissa għall-ispejjeż ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, rigward l-onorarji tal-avukat, ma huwiex ikkontestat li l-onorarji marbuta max-xogħol legali fih innifsu jikkostitwixxu spejjeż li jistgħu jinġabru. Madankollu, fil-każ ineżami, ir-rikorrenti jitolbu wkoll l-irkupru ta’ onorarji tal-avukati marbuta ma’ servizzi speċifiċi, iffatturati individwalment, jiġifieri komunikazzjonijiet u konferenzi telefoniċi, posta elettronika, faksijiet u ittri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għandu jitqies, f’dan ir-rigward, li sa fejn ċerti servizzi speċifiċi ċċitati fil-punt 15 iktar ’il fuq jikkonċernaw xogħol legali fih innifsu, l-onorarji marbuta miegħu huma diġà inklużi fl-ammont ta’ onorarji ffatturati fis-siegħa u ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ fatturazzjoni supplementari, sakemm ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ onorarji, kif issostni ġustament il-Kummissjoni. Barra minn hekk, sa fejn servizzi oħra fost dawk imsemmija fil-punt 15 iktar ’il fuq jikkonċernaw xogħol anċillari ta’ natura amministrattiva, li għalhekk ma jistax jiġi remunerat b’onorarji, l-ispejjeż relatati jikkostitwixxu spejjeż ġenerali, li jistgħu fil-prinċipju jinġabru. Madankollu, kif sostniet ġustament il-Kummissjoni, sa fejn ir-rikorrenti jitolbu wkoll ir-rimbors f’forma ta’ somma f’daqqa tal-ispejjeż ġenerali, għandu jiġi eskluż li dawn l-ispejjeż jiġu rrimborsati darbtejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li hija l-qorti li għandha tieħu inkunsiderazzjoni prinċipalment in-numru totali ta’ sigħat ta’ xogħol li jistgħu jidhru li huma oġġettivament indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, indipendentement min-numru ta’ avukati li setgħu jipprovdu<?PAGE NO="4"?> s-servizzi inkwistjoni [digrieti tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981030">30 ta’ Ottubru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Kaysersberg vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-290/94 (92</NO.CASE>), <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:255">EU:T:1998:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000315">15 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>Enso-Gutzeit vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-337/94 (92</NO.CASE>), <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:76">EU:T:2000:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040628">28 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Airtours vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-342/99 DEP</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:192">EU:T:2004:192</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>]. Għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li n-numru ta’ sigħat iffatturati parallelament miż-żewġ rappreżentanti tar-rikorrenti, b’mod partikolari għall-konferenzi mal-klijenti li jinżammu fil-kumpannija, għall-eżami tal-fajl, għall-eżami tar-risposta u tal-kontroreplika, għall-eżami tar-rapport tas-seduta, għall-preparazzjoni tas-seduta u għall-parteċipazzjoni ta’ din tal-aħħar, huwa manifestament eċċessiv u ma jistax jitqies, fl-intier tiegħu, li huwa indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ispejjeż relatati mal-perizja, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, f’kawżi li jimplikaw evalwazzjonijiet ta’ natura essenzjalment ekonomika, l-intervent ta’ konsulenti jew ta’ esperti ekonomiċi li huwa supplementari għax-xogħol ta’ konsulenti ġuridiċi jista’ kultant ikun indispensabbli u jimplika għalhekk spejjeż li jistgħu jinġabru skont l-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura (ara, f’dan is-sens, id-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061219">19 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>WestLB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-228/99 DEP</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:405">EU:T:2006:405</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sabiex dan ikun il-każ, tali intervent għandu jkun oġġettivament neċessarju għall-finijiet tal-proċedura. Dan jista’ jkun partikolarment il-każ meta l-perizja tkun deċiżiva għar-riżultat tal-kawża, b’mod li l-produzzjoni tagħha minn parti tkun iffrankat lill-Qorti Ġenerali l-bżonn li tordna perizja fil-kuntest tal-poteri ta’ investigazzjoni li għandha skont l-Artikolu 25 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura (digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061219">19 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>WestLB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-228/99 DEP</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:405">EU:T:2006:405</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex il-każ ineżami. Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, il-perizja kienet intiża sabiex persuna esterna, ikkwalifikata u indipendenti, tagħti iktar affidabbiltà lid-data kummerċjali u ekonomika meħuda inkunsiderazzjoni minnhom sabiex jiġi pprovat id-dannu u r-rabta kawżali mal-aġir allegat fil‑konfront tal-Kummissjoni. Għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li l-ewwel nett, il-perizja kienet, skont id-deskrizzjoni tal-għan tagħha mill-espert innifsu, kumpannija ta’ awdituri, tikkonsisti fis-sempliċi verifika tal-konformità taċ-ċifri inklużi fis-Sezzjonijiet 1, 2 u 3 ta’ rapport <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>tekniku-awditorju<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> dwar is-settur tal-ġeneraturi tal-fwar, imfassal mir-rikorrenti, b’kontabbiltà, ta’ karti tal-bilanċ, ċifri u informazzjoni inkluża fil-korrispondenza kummerċjali u f’sorsi oħra ċċitati fl-imsemmi rapport. Għaldaqstant, fir-realtà, kien hemm inkwistjoni ċertifikat ta’ eżattezza pjuttost milli perizja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rapport iċċertifikat kien jikkonċerna qabelxejn id-dettalji kollha tad-dannu materjali li invokaw ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-dannu immaterjali, dan kien limitat li jipproponi li jikkwantifikahom b’ekwità għal ammont bejn it-30 % u l-50 % tad-dannu materjali invokat, li kien ikkwantifikat għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">5459641.28</FT>, mingħajr ma jindika l-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġġustifikaw din il-medda. Fid-dawl tal-fatt li l-Qorti Ġenerali, minn naħa, ċaħdet bħala infondata t-totalità tal-pretensjonijiet tar-rikorrenti dwar id-dannu materjali u, min-naħa l-oħra, ċaħdet espliċitament il-metodu ta’ kalkolu u l-ammont tad-dannu immaterjali propost mir-rikorrenti sabiex, fl-aħħar mill-aħħar, tistabbilixxi dan tal-aħħar għal EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Idromacchine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-88/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:641">EU:T:2011:641</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għandu jiġi konkluż li r-rapport iċċertifikat la kien neċessarju u lanqas utli għall-finijiet tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa minnu li n-nuqqas ta’ neċessità u ta’ utilità, għall-finijiet tal-proċedura, ta’ prova prodotta quddiem il-Qorti Ġenerali ma jistax jiġi dedott mis-sempliċi fatt li r-rikorrenti ma kinitx il-parti rebbieħa dwar punt partikolari jew li l-Qorti Ġenerali ma laqgħetx il-fatti li fir-rigward tagħhom dan l-element kien intiż li jkun prova, taħt piena li tippenalizza parti li tkun ippruvat tikkonforma ruħha b’mod sħiħ mal-obbligu tagħha li tipprova l-fatti invokati minnha. Madankollu, f’dan il-każ, iċ-ċertifikazzjoni tar-rapport ta’ kontabbiltà teknika, prodott mir-rikorrenti, ma ffrankax lill-Qorti Ġenerali, fis-sens imsemmi mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 19 iktar ’il fuq, in-neċessità li tordna perizja fil-kuntest tal-poteri ta’ investigazzjoni li għandha skont l-Artikolu 25 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura. Fil-fatt, mill-punti 104 sa<?PAGE NO="5"?> 115 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Idromacchine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-88/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:641">EU:T:2011:641</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li ċ-ċaħda, mill-Qorti Ġenerali, tat-talbiet tar-rikorrenti fir-rigward tad-dannu materjali, li kien intiż li jintwera permezz ta’ rapport iċċertifikat, kienet dovuta għall-fatt li r-rikorrenti ma kinux stabilixxew li kienet teżisti rabta kawżali bejn l-aġir kolpevoli tal-Kummissjoni u d-dannu invokat. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma kellhiex bżonn, fin-nuqqas ta’ ċertifikat prodott mir-rikorrenti, li tordna perizja sabiex tivverifika d-data ppreżentata mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ispejjeż relatati mal-perizja ma jistgħux jinġabru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li skontu l-Qorti Ġenerali nfisha, li lilha ntalab l-irkupru tal-ispejjeż tal-perizja bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab, sostniet li tali spejjeż sostnuti mill-partijiet għall-finijiet tal-proċedura ġudizzjarja ma setgħux jitqiesu bħala li jikkostitwixxu dannu distint mill-piż tal-ispejjeż tal-qrati (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Idromacchine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-88/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:641">EU:T:2011:641</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, point 98), huwa biżżejjed li jiġi osservat li, minkejja li l-Qorti Ġenerali indikat għalhekk li l-ispejjeż tal-perizja kienu jagħmlu parti mill-ispejjeż tal-istanza, hija b’ebda mod ma ħadet pożizzjoni dwar in-natura rekuperabbli tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-ispejjeż tal-komunikazzjoni huma fil-prinċipju spejjeż li jistgħu jinġabru, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mal-komunikazzjonijiet interni bejn l-avukati tar-rikorrenti mill-uffiċċji tagħhom fi Brussell (il-Belġju) u f’Padua (l-Italja). Fil-fatt, għandu jitfakkar li l-ispejjeż tal-komunikazzjoni bejn żewġ avukati tal-istess parti ma jistgħux jiġu ġġustifikati bħala spejjeż indispensabbli (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121120">20 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Al Shanfari vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-121/09 DEP</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:607">EU:T:2012:607</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Peress li dawn il-komunikazzjonijiet ma jistgħux jiġu identifikati fi ħdan il-komunikazzjonijiet kollha, jidher li huwa aħjar jekk isir rimbors tal-ispejjeż tal-komunikazzjonijiet fil-forma ta’ somma f’daqqa, bħala spejjeż ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-ispejjeż tal-fotokopji invokati, fil-każ ineżami, mir-rikorrenti, huma spejjeż li jistgħu jinġabru, u dan ma huwiex ikkontestat mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, fir-rigward tal-ispejjeż relatati mas-seduta, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>allowance tal-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> ma tidhirx indispensabbli, peress li remunerazzjoni għall-parteċipazzjoni fis-seduta hija meħuda inkunsiderazzjoni bħala onorarji. Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għall-opinjoni tal-Kummissjoni, il-preżenza ta’ żewġ avukati fis-seduta ma tidhirx li hija eċċessiva, fid-dawl tal-kwistjonijiet fil-kawża, b’mod li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ marbuta mal-parteċipazzjoni tagħhom fis-seduta jistgħu jinġabru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, minkejja li huwa minnu li l-ispejjeż ġenerali jistgħu jinġabru, skont l-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura, il-proporzjon ta’ 5 % tal-onorarji tal-avukati tar-rikorrenti, huwa, fil-każ ineżami, eċċessiv. Fiċ-ċirkustanzi ineżami, rata ta’ 2 % tal-imsemmija onorarji tidher li hija xierqa sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-ispejjeż ġenerali għajr l-ispejjeż ta’ fotokopji, li jistgħu jinġabru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ natura tariffarja, il-Qorti Ġenerali għandha tevalwa liberament id-data tal‑kwistjoni, billi tieħu inkunsiderazzjoni s-suġġett u n-natura tal-kawża, l-importanza tagħha mill-aspett tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll id-diffikultajiet tal-kawża, tal-portata tax-xogħol li l-proċedura kontenzjuża setgħet tikkawża lill-aġenti jew lill-konsulenti li intervenjew u tal-interessi ekonomiċi li l-kawża rrappreżentat għall-partijiet (digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061219">19 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>WestLB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-228/99 DEP</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:405">EU:T:2006:405</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-interessi ekonomiċi inkwistjoni, l-importanza tagħhom ma tistax tiġi ddeterminata mill-ammont totali tad-danni mitluba fil-kawża prinċipali mir-rikorrenti, fil-kuntest ta’ rikors għad-danni bħal dak ineżami. Fil-fatt, kif tenfasizza l-Kummissjoni, tali approċċ jista’ jinċita lir-rikorrenti jressqu talbiet eżorbitanti. Fil-kawża ineżami, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża, għandu jitqies li l-interessi ekonomiċi inkwistjoni kienu ta’ importanza limitata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-importanza tal-kawża evalwata minn perspettiva tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tad-diffikultà tagħha, hemm lok li jiġi osservat li l-kawża kienet tikkonċerna rikors għad-danni allegatament ikkawżat minn aġir illegali tal-Kummissjoni, element li huwa s-suġġett ta’ ġurisprudenza estensiva fir-rigward tal-kundizzjonijiet meħtieġa għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni u għall-kwantifikazzjoni tad-dannu. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, peress li l-aġir tal-Kummissjoni ma kienx ikkontestat fir-rigward tal-fatti, il-kawża kienet limitata għalhekk għall-kwantifikazzjoni legali tagħha, għall-konstatazzjoni tar-rabta kawżali u għall-kwantifikazzjoni tad-dannu. F’dawn il-kundizzjonijiet, l-importanza u d-diffikultà tal-kawża għandhom jiġu kkwantifikati bħala medji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-portata tax-xogħol ipprovdut, l-importanza limitata tal-interessi ekonomiċi inkwistjoni u l-grad medju tal-importanza legali u tad-diffikultà tal-kawża ma jiġġustifikawx 486 siegħa ta’ xogħol li jindikaw l-avukati tar-rikorrenti fir-rigward tax-xogħol tagħhom fil-kawża prinċipali u ma jippermettux lill-Qorti Ġenerali tikkunsidra bħala oġġettivament indispensabbli, fis-sens tal-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura, l-ammont kollu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">118700</FT> ta’ onorarji ffatturati skont it-tariffi onorarji li jirreferu għalihom, peress li l-ispejjeż tal-koordinazzjoni tax-xogħol tal-konsulenti differenti tar-rikorrenti ma jistgħux jitqiesu bħala spejjeż indispensabbli li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121120">20 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Al Shanfari vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T 121/09 DEP</NO.CASE> mhux ippubblikat <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:607">EU:T:2012:607</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li, l-ewwel nett, total ta’ 241 siegħa ta’ xogħol għall-analiżi tal-kawża prinċipali kif ukoll għat-tfassil tal-mandat u tar-rikors jidher li huwa eċċessiv. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi rrilevati fil-punti 30 u 31 iktar ’il fuq, 85 siegħa ta’ xogħol jidhru li huma iktar xierqa bħala stima tal-ħin neċessarju lil avukat b’esperjenza fil-qasam li jipprovdi tali servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li erba’ sigħat ta’ xogħol għat-tfassil ta’ talba għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar it-talba tal-anonimat u tal-ommissjoni tal-pubblikazzjoni ta’ ċerta data. Fid-dawl tal-fatt li din it-talba, li ġiet miċħuda mill-Qorti Ġenerali, kienet limitata li tirriproduċi l-elementi u l-argumenti diġà inklużi fit-talba inizjali tal-anonimat, ippreżentati fir-rikors u miċħuda mill-Qorti Ġenerali, is-sigħat ta’ xogħol ma jistgħux jitqiesu li huma indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-148 siegħa ta’ xogħol ikkontabbilizzati mir-rikorrenti għall-eżami tal-kontroreplika u għat-tfassil tar-replika jidhru li huma eċċessivi. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi rrilevati fil-punti 30 u 31 iktar ’il fuq kif ukoll tal-ħin li jitqies li huwa xieraq għall-analiżi tal-kawża prinċipali u għat-tfassil tal-mandat u tar-rikors, imsemmi fil-punt 33 iktar ’il fuq, total ta’ 35 siegħa ta’ xogħol jidher li huwa xieraq bħala stima tal-ħin neċessarju għal avukat b’esperjenza fil-qasam tal-provvista ta’ dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti jsostnu li 20 siegħa ta’ xogħol għall-eżami tal-kontroreplika, sitt sigħat ta’ xogħol għad-diskussjoni mal-klijenti, sagħtejn xogħol għat-tfassil ta’ talba għal osservazzjonijiet orali supplementari għas-seduta, erbatax-il siegħa ta’ xogħol għall-eżami tar-rapport tas-seduta u għat-tfassil tal-osservazjonijiet tiegħu kif ukoll 47 siegħa ta’ xogħol għall-preparazzjoni tas-seduta. Kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, dan il-ħin ta’ xogħol, ta’ tul totali ta’ 89 siegħa, jidher li huwa eċċessiv ħafna. Fil-fatt, b’mod partikolari, l-eżami tal-kontroreplika u tar-rapport tas-seduta huwa parti integrali mill-preparazzjoni ta’ dan tal-aħħar, peress li r-rapport tas-seduta huwa kompost minn tlettax-il paġna u jippreżenta b’mod sintetiku l-motivi u l-argumenti tal-partijiet li huma diġà magħrufa mill-avukati tar-rikorrenti u s-seduta nfisha kienet sempliċi u damet sagħtejn biss, mingħajr ma ngħata ħin<?PAGE NO="7"?> supplementari għal osservazzjonijiet orali lill-partijiet. F’dawn iċ-ċirkustanzi, total ta’ 24 siegħa ta’ xogħol jidhru li huma stima xierqa tal-ħin neċessarju għal avukat b’esperjenza li jipprovdi tali servizzi. Bl-istess mod, għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala indispensabbli erba’ sigħat ta’ xogħol għall-parteċipazzjoni fis-seduta nfisha (sagħtejn għal kull wieħed mill-avukati tar-rikorrenti).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-ħames nett, għandu jiġi enfasizzat li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti Ġenerali ma hijiex awtorizzata tintaxxa l-onorarji dovuti mill-partijiet għall-avukati tagħhom stess, iżda li tiddetermina l-ammont limitu li fir-rigward tiegħu jistgħu jinġabru dawn it-tariffi mill-parti kkundannata għall-ispejjeż. Billi ddeċidiet fuq talba għall-intaxxar tal-ispejjeż, il-Qorti Ġenerali għalhekk la ħadet inkunsiderazzjoni tariffa nazzjonali li tistabbilixxi l-onorarji tal-avukati u lanqas ftehim possibbli konkluż f’dan ir-rigward bejn il-parti kkonċernata u l-aġenti jew il-konsulenti tagħha [digrieti tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961108">8 ta’ Novembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Stahlwerke Peine-Salzgitter vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-120/89 (92</NO.CASE>), <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:161">EU:T:1996:161</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020110">10 ta’ Jannar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Starway vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-80/97 DEP</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:1">EU:T:2002:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, jidher li l-onorarji pprattikati mill-avukati tar-rikorrenti huma koerenti mal-grad ta’ kumplessità tal-kawża. Għalhekk, tariffa bħal dik iffatturata għax-xogħol imwettaq minn W. Viscardini, jiġifieri EUR 300 fis-siegħa, hija effettivament konformi ma’ dak ta’ persuna professjonali li għandha esperjenza sostanzjali fil-qasam inkwistjoni. Il-fatturazzjoni tax-xogħol ta’ G. Donà, jiġifieri EUR 200 fis-siegħa, tikkorrispondi wkoll mal-onorarji ġeneralment imħallsa għal avukat assistent, iżda li għandu ċerta esperjenza. Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 17 iktar ’il fuq, għandha għalhekk tiġi applikata fil-każ ineżami tariffa unika ta’ EUR 250 fis-siegħa għas-sigħat ta’ xogħol irrikonoxxuti bħala indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Isegwi li l-ispejjeż li jistgħu jinġabru mir-rikorrenti mingħand il-Kummissjoni, bħala onorarji tal-avukati, jammontaw għal ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">37000</FT>, jew EUR <FT TYPE="NUMBER">21250</FT> għall-analiżi tal-kawża prinċipali kif ukoll għat-tfassil tal-mandat u tar-rikors, EUR <FT TYPE="NUMBER">8750</FT> għall-analiżi tal-kontroreplika u għat-tfassil tar-replika, EUR <FT TYPE="NUMBER">6000</FT> għall-preparazzjoni tas-seduta u EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> għall-parteċipazzjoni fis-seduta nfisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, l-ispejjeż tal-fotokopji ta’ ammont ta’ EUR 411 ma jidhrux li huma eċċessivi u barra minn hekk ma humiex ikkontestati mill-Kummissjoni, b’mod li hemm lok li jiġu rrikonoxxuti bħala indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-ħames nett, fir-rigward tal-ispejjeż marbuta mas-seduta, kif tosserva l-Kummissjoni, fid-dawl tal-fatt li l-ispejjeż ġenerali għajr l-ispejjeż tal-fotokopji huma s-suġġett ta’ rimbors f’forma ta’ somma f’daqqa kkalkolata skont perċentwali tal-onorarji tal-avukat tar-rikorrenti, ma hemmx iktar lok għal rimbors ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>spejjeż anċiallari tas-seduta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, kif intalab mir-rikorrenti, mingħajr dettall tan-natura tal-imsemmija spejjeż. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, l-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru baħla spejjeż marbuta mas-seduta għandu jkun ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1082</FT>, u dan l-ammont jinkludi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ taż-żewġ avukati tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Is-sitt nett, fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali għajr l-ispejjeż tal-fotokopji, kif ġie espost fil-punt 28 iktar ’il fuq, dawn għandhom jiġu rrimborsati fil-forma ta’ somma f’daqqa, sal-limitu ta’ EUR 740, jiġifieri 2 % tal-onorarji tal-avukati tar-rikorrenti li jitqiesu indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ikkonstatati fil-punt 39 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fis-seba’ lok, fir-rigward tal-ispejjeż sostnuti fil-proċedura preżenti għall-intaxxar tal-ispejjeż, stmati mir-rikorrenti għal EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> (20 siegħa ta’ xogħol, iffatturati bi EUR 250 fis-siegħa), huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dawn ma kinux indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li l-Kummissjoni kienet ipproponiet, matul il-fażi prekontenzjuża, li tħallas l-ammont li jeċċedi dak li l-Qorti Ġenerali tqis bħala indispensabbli (ara l-punt 5 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, issir evalwazzjoni ġusta tal-ispejjeż kollha li jistgħu jinġabru mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jekk l-ammont tagħhom jiġi stabbilit għal EUR <FT TYPE="NUMBER">39233</FT>, jiġifieri EUR <FT TYPE="NUMBER">37000</FT> bħala onorarji tal-avukati tagħhom fil-kawża prinċipali, EUR 411 bħala spejjeż tal-fotokopji, EUR <FT TYPE="NUMBER">1082</FT> bħala spejjeż marbuta mas-seduta u EUR 740 bħala spejjeż ġenerali għajr l-ispejjeż tal-fotokopji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-ammont kollu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">39233</FT>, ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">26155</FT>, jiġifieri żewġ terzi, għandu jiġi sostnut mill-Kummissjoni, konformement mas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Idromacchine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-88/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:641">EU:T:2011:641</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-argument ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li jekk il-Qorti Ġenerali ma tirrikonoxxix in-natura rekuperabbli tal-ispejjeż li huma jallegaw li effettivament sostnew, dan ikun jimplika ksur tad-dritt għall-aċċess għall-ġustizzja, imħares mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Skonthom, jekk, fil-każ ineżami, is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> li ngħatatilhom mill-Qorti Ġenerali bħala kumpens għad-dannu morali kienet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>newtralizzata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> mill-ammont tal-ispejjeż li kien baqgħalhom isostnu, dan jikkostitwixxi ċaħda ta’ ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar qabelxejn li l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li llum huwa espress fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprovdi, fl-ewwel paragrafu tiegħu, li, kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha, iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni, ikunu ġew miksura, għandha dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu u, skont it-tieni paragrafu tiegħu, li jikkorrispondi għall-Artikolu 6(1) KEDB, li kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid Arango Jaramillo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-334/12 RX-II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:134">EU:C:2013:134</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, fil-każ ineżami, ir-rikorrenti ma jsostnux li l-eżerċizzju tad-dritt għal aċċess għall-ġustizzja tagħhom ġie llimitat, iżda jsostnu, essenzjalment, li dan id-dritt huwa nieqes mis-sostanza tiegħu jekk il-parti tal-ispejjeż tagħhom fil-Kawża T-88/09, li tibqa’ responsabbiltà tagħhom, teċċedi l-ammont tal-allowance li ngħatatilhom mill-Qorti Ġenerali f’din il-kawża, sa fejn dan għandu l-effett li jċaħħadhom mill-imsemmija allowance.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, minbarra s-sitwazzjoni tal-għajnuna legali, li ma hijiex rilevanti għall-każ ineżami, l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni minn avukat għandhom jiġu sostnuti minn kull persuna li tintroduċi rikors quddiem qorti li teżiġi tali rappreżentazzjoni, flimkien mal-ispejjeż li jiġu sostnuti għat-twettiq taċ-ċertifikati tal-perizji, intiżi li jipprovaw il-fondatezza tat-talbiet ġuridiċi. Il-fatt li, fil-każ ta’ rebħa parzjali tar-rikors, parti mill-ispejjeż jistgħu jiġu sostnuti mir-rikorrenti huwa inerenti għar-regola ġenerali tal-allokazzjoni tal-ispejjeż ikkwantifikati, b’mod partikolari, fl-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, li jipprovdi li, f’dawn il-każijiet, l-ispejjeż jistgħu jinqasmu. Bl-istess mod, il-fatt li ċerti spejjeż sostnuti minn parti jistgħu ma jkunux rikonoxxuti bħala rekuperabbli, u għalhekk jibqgħu responsabbiltà tal-imsemmija parti, huwa inerenti għall-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura, li jipprovdi li l-Qorti Ġenerali għandha tistabbilixxi l-ispejjeż rekuperabbli, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet. L-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma tistax tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal aċċess għall-ġustizzja, inkluż fil-każijiet fejn, bħal fil-każ ineżami, l-ammont tal-ispejjeż li jibqa’ responsabbiltà tar-rikorrent jeċċedi<?PAGE NO="9"?> l-ammont li ngħatalu mill-Qorti Ġenerali fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, il-kwistjoni tal-ammont tal-ispejjeż li jibqgħu r-responsabbiltà tar-rikorrenti huwa differenti u indipendenti mill-kwistjoni dwar sa fejn l-istituzzjoni konvenuta hija kkundannata fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkonfutata mis-sentenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem invokata mir-rikorrenti, li fiha ġie kkonstatat, essenzjalment, li l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-ispejjeż tal-ġustizzja, li kellha bħala effett li ċċaħħad lir-rikorrent mill-kważi totalità tal-allowance li l-Istat ġie kkundannat iħallsu skont id-detenzjoni provviżorja illegali tiegħu, kienet tikkostitwixxi ksur tad-dritt tiegħu għal aċċess għall-ġustizzja. Għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li f’din il-kawża, kien hemm inkwistjoni l-ispejjeż legali rċevuti mill-Istat, li kien ġie kkundannat iħallas allowance lir-rikorrent, u dan seta’ joħloq l-impressjoni li l-Istat kien qiegħed jieħu lura dak li kien qiegħed jagħti sabiex jikkumpensa ksur tal-KEDB (Qorti EDB, <DATE ISO="20070712">12 ta’ Lulju 2007</DATE>, Stankov vs Il-Bulgarija, CE:ECHR:2007:0712JUD006849001, §§ 51 sa 67). Madankollu, fil-każ ineżami, peress li l-proċedura quddiem il-qrati tal-Unjoni kienet fil-prinċipju bla ħlas, ir-rikorrenti kellhom isostnu biss parti mill-onorarji u mill-ispejjeż tal-avukati tagħhom stess, somom li l-ammont tagħhom ma kienx, min-natura tagħhom, influwenzat mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-argument ibbażat fuq ksur tad-dritt għal aċċess għall-ġustizzja għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-talba relatata mal-interessi moratorji</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-ammont tal-ispejjeż rekuperabbli jiżdied b’interessi moratorji b’effett mill-għoti tad-digriet jew, minn tal-inqas, min-notifika tiegħu u sad-data tal-ħlas effettiv tal-imsemmija spejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-konstatazzjoni ta’ obbligu eventwali tal-ħlas ta’ interessi moratorji u l-istabbiliment ta’ rata applikabbli jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 170(1) u (3) tar-Regoli tal-Proċedura (digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140523">23 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Marcuccio vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-286/11 P-DEP</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:312">EU:T:2014:312</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita sew, talba għaż-żieda tas-somma dovuta fil-kuntest ta’ proċedura għall-intaxxar tal-ispejjeż ta’ interessi moratorji għandha tiġi milqugħa għall-perijodu bejn id-data tan-notifika tad-digriet tal-intaxxar tal-ispejjeż u d-data tar-rimbors effettiv tal-ispejjeż (ara digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111024">24 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Marcuccio vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-176/04 DEP II</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:616">EU:T:2011:616</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali tqis li huwa xieraq li tiġi kkalkolata rata ta’ interessi applikabbli abbażi tar-rata applikata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament u fis-seħħ l-ewwel jum tal-kalendarju tax-xahar tal-iskadenza tal-ħlas, miżjud bi 3.5 punti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-ammont totali tal-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborsati mill-Kummissjoni Ewropea lil Idromacchine Srl kif ukoll lil Alessandro u Roberto Capuzzo huwa stabbilit għal EUR <FT TYPE="NUMBER">26155</FT>.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Dan l-ammont jinkludi interessi moratorji mid-data tan-notifika ta’ dan id-digriet sad-data tal-ħlas tal-ammont totali dovut, bir-rata applikabbli mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament u fis-seħħ l-ewwel jum tal-kalendarju tax-xahar tal-iskadenza tal-ħlas, miżjud bi 3.5 punti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fi*.</P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Il-President</P><P>I. Pelikánová</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>