<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-825/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0825</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:869">EU:C:2021:869</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211021">21.10.2021</DATE> – Kawża C‑825/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Beeren‑, Wild‑, Feinfrucht</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20211021">21 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ użu aħħari</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni b’effett retroattiv</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 952/2013</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 211(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT></KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2454/93</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 294(2)</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑825/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Thüringer Finanzgericht (il-Qorti tal‑Finanzi ta’ Thüringen, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191022">22 ta’ Ottubru 2019</DATE>, li waslet fil‑Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20191112">12 ta’ Novembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Beeren‑, Wild‑, Feinfrucht GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Erfurt,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, Presidenta tat-tielet Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, S. Rodin u N. Piçarra (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Beeren‑, Wild‑, Feinfrucht GmbH, minn H. Nehm, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.‑R. Killmann u F. Clotuche‑Duvieusart, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis‑seduta tat‑<DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 211(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 90</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>KDU<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikolu 294(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE> li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall‑implementazzjoni tar‑Regolament Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1602/2000 tal‑<DATE ISO="20000724">24 ta’ Lulju 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 7, p. 205, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 2454/93<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Beeren‑, Wild‑, Feinfrucht GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>BWF<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l-Hauptzollamt Erfurt (l‑Uffiċċju Ewlieni Doganali ta’ Erfurt, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem l‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>awtorità doganali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), dwar il-portata tal-effett retroattiv ta’ awtorizzazzjoni ta’ sospensjoni tad-dazji doganali mogħtija lil BWF għall-importazzjoni ta’ merkanzija taħt il-proċedura ta’ użu aħħari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) ġie mħassar mill-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>. L‑Artikolu 21 tar-Regolament Nru 2913/92 kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-trattament favorevoli tat-tariffa li minnu tista’ tibbenefika ċerta merkanzija minħabba n-natura jew konsum tagħha għandu jkun suġġett għall‑kondizzjonijiet stipulati skond il-proċedura tal-Kumitat. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>trattament favorevoli tat-tariffa<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser tnaqqis fi jew is-sospensjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni kif issir referenza għalih fl-Artikolu 4(10), ukoll fi ħdan il-qafas ta’ kwota tat-tariffa.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2454/93</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2454/93 tħassar, mill-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>, bir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/481 tal-<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="087" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 87, p. 24</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 292(1) tar-Regolament Nru 2454/93 kien jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-għoti ta’ trattament favorevoli ta’ tariffa b’mod konformi ma’ l-Artikolu 21 tal-Kodiċi għandu, fejn huwa stabbilit li l-oġġetti jaqgħu taħt is-sorveljanzi doganali ta’ l-użu finali [użu aħħari], jaqgħu taħt awtorizzazzjoni bil-miktub.</ALINEA><ALINEA>Meta l-oġġetti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera b’rata ta’ dazju mnaqqsa jew żero minħabba l-użu finali tagħhom u d-dispożizzjonijiet li jkun hemm fis-seħħ jitolbu li l-oġġetti jibqgħu taħt<?PAGE NO="3"?> is-sorveljanza doganali b’mod konformi ma’ l‑Artikolu 82 tal-Kodiċi, hija meħtieġa awtorizzazzjoni bil-miktub għall-iskopijiet tas-sorveljanzi doganali ta’ l-użu finali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 294 ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="294.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu awtorizzazzjoni retroattiva.</ALINEA><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, awtorizzazzjoni retroattiva għandha tibda sseħħ fid-data li fiha ngħatat l-applikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="294.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk xi applikazzjoni għandha x’taqsam ma’ xi tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għall-istess tip ta’ xogħol u oġġetti, tista tingħata awtorizzazzjoni b’effett retroattiv mid-data li fiha għalqet l‑awtorizzazzjoni oriġinali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="294.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-effett retroattiv ta’ xi awtorizzazzjoni jista’ jitwal aktar, iżda mhux għal aktar minn sena waħda qabel id-data li fiha ngħatat l‑applikazzjoni, sakemm teżisti ħtieġa ekonomika li tiġi ppruvata u:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni m’hijiex konnessa ma’ xi tentattiv ta’ qerq jew traskuraġni ovvja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kontijiet ta’ l-applikant jikkonfermaw li l-kondizzjonijiet mitluba mill‑arranġamenti jistgħu jiqiesu bħala li ġew issodisfati u, fejn hu xieraq, biex jiġi evitat il-bdil l-oġġetti jistgħu jiġu identifikati għall-perjodu involut, u dawn il-kontijiet jippermettu li jiġu verifikati l-arranġamenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-formalitajiet kollha meħtieġa biex tiġi regolarizzata l-qagħda ta’ l-oġġetti jistgħu jsiru, inklużi, fejn jeħtieġ, l-invalidazzjoni tad‑dikjarazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-KDU</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 211 tal-KDU, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi, fil‑paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="211.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali hija meħtieġa għal dan li ġej:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-użu tal-proċedura tal-ipproċessar attiv jew passiv, tal-proċedura ta’ dħul temporanju jew tal-użu aħħari;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>Il-kondizzjonijiet li bihom jitħalla l-użu ta’ proċedura waħda jew aktar minn dawk imsemmijin fl-ewwel subparagrafu […] għandhom ikunu stabbiliti fl‑awtorizzazzjoni.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="211.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu awtorizzazzjoni b’effett retroattiv, fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikun hemm ħtieġa ekonomika ippruvata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni ma tkunx relatata ma’ attentat ta’ qerq;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-applikant, abbażi ta’ kontijiet jew ta’ kotba, ta prova li:</TXT><P><LIST TYPE="ROMAN"><ITEM><NP><NO.P>I)</NO.P><TXT>ir-rekwiżiti kollha tal-proċedura huma sodisfatti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>II)</NO.P><TXT>fejn xieraq, il-merkanzija tista’ tkun identifikata għall‑perijodu involut;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>III)</NO.P><TXT>tali kontijiet jew kotba jippermettu li l-proċedura tkun kkontrollata;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-formalitajiet kollha meħtieġa sabiex tkun regolarizzata s‑sitwazzjoni tal‑merkanzija jistgħu jitwettqu, inkluż, fejn meħtieġ, l-invalidazzjoni tad‑dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>ma tkun ingħatat l-ebda awtorizzazzjoni b’effett retroattiv lill‑applikant fi żmien tliet snin mid-data li fiha kienet aċċettata l‑applikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>eżami tal-kondizzjonijiet ekonomiċi mhux meħtieġ minbarra fejn applikazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għall-istess tip ta’ operazzjoni u ta’ merkanzija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni ma tikkonċernax l-operat ta’ faċilitajiet tal-ħżin għall-ħażna doganali ta’ merkanzija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>meta applikazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għall‑istess tip ta’ operazzjoni u ta’ merkanzija, l-applikazzjoni tkun ppreżentata fi żmien tliet snin mill-iskadenza tal‑awtorizzazzjoni oriġinali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 254 ta’ dan il-kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Proċedura ta’ użu aħħari<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jgħid, fil‑paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Taħt il-proċedura ta’ użu aħħari, il-merkanzija tista’ tkun rilaxxata għaċ‑ċirkolazzjoni ħielsa taħt eżenzjoni mid-dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju minħabba l-użu speċifiku tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 288 tal-KDU, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jgħid, fil‑paragrafu 1 tiegħu, li l-artikoli li huwa jenumera fih isiru applikabbli mit-<DATE ISO="20131030">30 ta’ Ottubru 2013</DATE>, jiġifieri mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il‑kodiċi prevista fl-Artikolu 287 tiegħu. Fil‑paragrafu 2 tiegħu, l‑Artikolu 288 jipprevedi li l-artikoli mhux imsemmija fil‑paragrafu 1 – li fosthom jidhru l-Artikoli 211 u 254 tal-imsemmi kodiċi – isiru applikabbli mill-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>BWF tipproċessa u tikkummerċjalizza faqqiegħ ikkonservat fis-salmura, mhux tajjeb għall-konsum fl-istat naturali, iddestinat għall-industrija tal‑kunservi alimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE> u l-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, BWF ingħatatilha awtorizzazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għall-użu finali [użu aħħari] ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li abbażi tagħha hija importat f’għaxar okkażjonijiet din il-merkanzija filwaqt li bbenefikat minn sospensjoni tad-dazji doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>BWF kompliet sussegwentement l-importazzjoni tal-imsemmija merkanzija, mingħajr madankollu ma talbet il-proroga ta’ din l‑awtorizzazzjoni. Waqt verifika fiskali, l-awtorità kompetenti kkonstatat li BWF ma kellhiex iktar l‑awtorizzazzjoni meħtieġa. Konsegwentement, BWF ippreżentat, fit-<DATE ISO="20150109">9 ta’ Jannar 2015</DATE>, applikazzjoni għall-proroga tal-awtorizzazzjoni li hija kellha sal-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, l-awtorità doganali laqgħet parzjalment din l‑applikazzjoni. Hija tatha, abbażi tal-Artikolu 294(1) tar-Regolament Nru 2454/93, awtorizzazzjoni ġdida b’effett retroattiv għad-data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni, jiġifieri d-<DATE ISO="20150109">9 ta’ Jannar 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150422">22 ta’ April 2015</DATE>, BWF, filwaqt li rreferiet għal sitwazzjoni ekonomika prekarja minħabba rkupru pendenti, talbet li l-effett retroattiv tal-awtorizzazzjoni l-ġdida jiġi estiż sal-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>, l-awtorità doganali, abbażi tal‑Artikolu 294(2) tar-Regolament Nru 2454/93, ċaħdet din l‑applikazzjoni. Hija qieset li BWF lanqas ma setgħet titlob l‑applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l‑artikolu peress li, minn naħa, huwa jestendi l-effett retroattiv tal‑awtorizzazzjonijiet biss għal perijodu li ma jistax jaqbeż sena qabel id-data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni u, min-naħa l-oħra, BWF ma kinitx uriet l‑eżistenza ta’ bżonn ekonomiku. Barra minn hekk, hija qieset li, minħabba n‑negliġenza manifesta ta’ BWF, li ma kinitx ippreżentat fil-ħin l‑applikazzjoni tagħha għal tiġdid, minkejja indikazzjonijiet għal dan il‑għan, ma kienx hemm lok li jingħatalha l-benefiċċju ta’ tali effett retroattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li l-ilment kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud fis-<DATE ISO="20160406">6 ta’ April 2016</DATE>, BWF ressqet rikors, fit-<DATE ISO="20160503">3 ta’ Mejju 2016</DATE>, kontra din id‑deċiżjoni quddiem il-qorti tar‑rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>BWF issostni, minn naħa, li l-legalità tad-deċiżjoni tal-awtorità doganali, tas-<DATE ISO="20160406">6 ta’ April 2016</DATE>, li ma tingħatax awtorizzazzjoni retroattiva għall-perijodu mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE> sat-<DATE ISO="20150108">8 ta’ Jannar 2015</DATE> kellha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 211 tal-KDU, li sar applikabbli fl-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>. Dan l-artikolu huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> dispożizzjoni proċedurali li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal‑Ġustizzja, kellu jiġi applikat b’mod retroattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, BWF issostni li l-awtorità doganali kisret l‑Artikolu 294(3) tar‑Regolament Nru 2454/93, sa fejn, l-ewwel nett, hija applikat il-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>negliġenza manifesta<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, previst fil-punt a) ta’ din id-dispożizzjoni, fil-kuntest tal‑eżami ta’ applikazzjoni għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 294(2) ta’ dan ir-regolament. It‑tieni nett, l-awtorità doganali qieset b’mod żbaljat li l‑limitu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-effett retroattiv tal-awtorizzazzjonijiet, previst fl‑Artikolu 294(3) tal-imsemmi regolament, kien applikabbli għat-talbiet imressqa bis-saħħa tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>, l-awtorità doganali adottat deċiżjoni ġdida ta’ ċaħda tal‑applikazzjoni għal awtorizzazzjoni b’effett retroattiv sal-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, abbażi tal-Artikolu 294(2) tar-Regolament Nru 2454/93. Din id-deċiżjoni tistrieħ fuq raġunijiet differenti minn dawk li jidhru fid-deċiżjonijiet preċedenti. Mill‑proċess li għandha l-Qorti tal‑Ġustizzja jirriżulta li l-imsemmija deċiżjoni ġiet adottata wara l‑komunikazzjoni lill-partijiet fil-kawża prinċipali tal-opinjoni tal-qorti tar-rinviju li qieset illegali (rechtswidrig) id-deċiżjonijiet tal-awtorità doganali tat-<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE> u tas-<DATE ISO="20160406">6 ta’ April 2016</DATE>, għar-raġuni li din l-awtorità ma eżerċitatx is-setgħa diskrezzjonali mogħtija lilha mill‑Artikolu 294 ta’ dan ir‑regolament. Id-deċiżjoni tal-awtorità doganali tal-<DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE> kienet għaldaqstant att amministrattiv ikkorreġut (korrigierter Verwaltungsakt).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, bis-saħħa tad-dritt proċedurali nazzjonali, ir-rikors ippreżentat minn BWF fit-<DATE ISO="20160503">3 ta’ Mejju 2016</DATE> għandu jitqies li għandu bħala suġġett id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni b’effett retroattiv mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, bid-data tal-<DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>. Hija tqis li s-soluzzjoni tal‑kawża li tressqet quddiemha tiddependi mill-kwistjoni dwar jekk l‑Artikolu 211 tal-KDU huwiex applikabbli għal din il-kawża, anki jekk<?PAGE NO="6"?> l‑applikazzjoni għal awtorizzazzjoni b’effett retroattiv tressqet fid-<DATE ISO="20150109">9 ta’ Jannar 2015</DATE>, data li fiha d‑dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma kinux għadhom applikabbli, bis-saħħa tal‑Artikolu 288(2) tal-KDU.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li l-Artikolu 211 tal-KDU huwa dispożizzjoni proċedurali, minħabba <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>fundamentalment il-pożizzjoni tiegħu fl‑istruttura tal-leġiżlazzjoni kif ukoll il-kontenut essenzjali tagħha<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Hija madankollu tirrikonoxxi li dan l-artikolu jindika ċerti kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet b’effett retroattiv, li ma jidhrux espliċitament fl-Artikoli 291 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tar-Regolament Nru 2454/93. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija tistaqsi jekk l-Artikolu 211 tal-KDU għandux jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>sempliċi dispożizzjoni proċedurali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jew dispożizzjoni li tinkludi kemm dispożizzjonijiet proċedurali kif ukoll dispożizzjonijiet sostantivi li jifformaw totalità indiviżibbli, li tagħhom id-dispożizzjonijiet partikolari ma jistgħux jitqiesu waħedhom fir‑rigward tal-effett <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħhom, b’analoġija mas‑sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811112">12 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Meridionale Industria Salumi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>212/80 sa 217/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:270">EU:C:1981:270</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kawża prinċipali għandha tiġi deċiża abbażi tal-Artikolu 294(2) tar-Regolament Nru 2454/93, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, skont l-istruzzjonijiet tad-dipartiment intern tal‑amministrazzjoni doganali Ġermaniża, li hija ma tqisx lilha nnifisha marbuta bihom, it-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni ma jistax jidħol fis‑seħħ, b’mod retroattiv, b’applikazzjoni tal‑Artikolu 294(3) ta’ dan ir‑regolament, f’data preċedenti li tmur lura iktar minn sena qabel dik tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. Skont din il-qorti, l‑amministrazzjoni doganali Ġermaniża tirrestrinġi wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-Artikolu 294(2) tal-imsemmi regolament, sa fejn tissuġġetta t-tiġdid b’mod retroattiv tal-awtorizzazzjoni msemmija fih għal kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, jiġifieri l-prova tan‑neċessità ekonomika u l-assenza ta’ kull tentattiv ta’ qerq kif ukoll ta’ negliġenza manifesta tal-applikant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Thüringer Finanzgericht (il-Qorti tal‑Finanzi ta’ Thüringen, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l‑proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 211(2) [tal-KDU] għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa japplika biss għall-applikazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l‑awtorizzazzjoni b’effett retroattiv tkun tgħodd mill-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: L‑Artikolu 211 tal‑KDU għandu jiġi applikat, fil-każ tal‑applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni b’effett retroattiv li fir‑rigward tagħhom il-perijodu ta’ awtorizzazzjoni huwa qabel l‑<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>, biss jekk l-awtorizzazzjoni b’effett retroattiv tiġi effettivament mitluba qabel id-dħul fis-seħħ tal‑leġiżlazzjoni ġdida, iżda fejn l-awtoritajiet doganali ċaħdu tali applikazzjonijiet għall-ewwel darba biss wara l-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: L‑Artikolu 211 tal-KDU għandu jiġi applikat għall‑applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni b’effett retroattiv li fir-rigward tagħhom il-perijodu ta’ awtorizzazzjoni huwa qabel l‑<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE> anki meta l-awtoritajiet doganali jkunu ċaħdu tali applikazzjonijiet kemm qabel l-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE> kif ukoll wara din id-data (b’motivazzjoni differenti)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel żewġ domandi u risposta fin‑negattiv għat-tielet domanda: L-Artikolu 294(2) [tar‑Regolament Nru 2454/93] għandu jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><?PAGE NO="7"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>awtorizzazzjoni b’effett retroattiv tista’ tingħata sal-mument li fih l‑awtorizzazzjoni preċedenti tkun tilfet l-effett tagħha kif previst fil‑paragrafu 3 tad-dispożizzjoni, u dan mill-iktar għal perijodu ta’ sena qabel il-preżentazzjoni tal‑applikazzjoni u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-prova tan-neċessità ekonomika prevista fil-paragrafu 3 tad‑dispożizzjoni kif ukoll l-assenza ta’ kwalunkwe tentattiv ta’ manuvra jew ta’ negliġenza manifesta għandha tiġi prodotta għall‑awtorizzazzjoni suċċessiva skont il‑paragrafu 2?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20210618">18 ta’ Ġunju 2021</DATE>, BWF ressqet talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal‑proċedura, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hija sostniet li, sa fejn, fil-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fit-<DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>, l-Avukat Ġenerali ma eżaminax ir‑raba’ domanda preliminari, teżisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>sitwazzjoni ta’ eċċezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li tista’ tiġi rrimedjata biss b’applikazzjoni ta’ din id‑dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l‑Avukat Ġenerali għandu jippreżenta pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet motivati dwar il‑kawżi li, konformement mal-Istatut tal‑Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ikunu jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il‑Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u lanqas mill‑motivazzjoni li abbażi tagħha huwa jasal għal dawn il‑konklużjonijiet (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Banif Plus Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑312/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:794">EU:C:2015:794</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, la l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lanqas ir-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedu l-possibbiltà għall‑partijiet li jippreżentaw l-osservazzjonijiet b’risposta għall‑konklużjonijiet li jiġu ppreżentati mill-Avukat Ġenerali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Natuur en Milieu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:779">EU:C:2010:779</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dawn it-testi lanqas ma jeskludu l-possibbiltà, għall-Qorti tal-Ġustizzja, li tiddeċiedi li kawża tiġi deċiża b’konklużjonijiet li ma jirrigwardawx il‑punti ta’ liġi kollha indirizzati fid‑domandi magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, in-nuqqas ta’ qbil ta’ parti mal-konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali, ikunu liema jkunu l-kwistjonijiet li jkun qiegħed jeżamina fihom, ma jistax fih innifsu jikkostitwixxi raġuni li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l‑Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ jew il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal‑Proċedura tagħha, b’mod partikolari jekk tqis li ma jkollhiex informazzjoni biżżejjed (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pesce <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑78/16 u C‑79/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:428">EU:C:2016:428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-qorti tar‑rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, it-talba ta’ BWF għall-ftuħ mill‑ġdid tal-fażi orali tal-proċedura għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel sat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l‑Artikolu 211(2) tal‑KDU għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għal applikazzjoni għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni b’effett retroattiv imressqa qabel l-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>, data li fiha dan l-artikolu sar applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 288(2) tal-KDU, jekk id‑deċiżjoni li tagħti deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni tkun ġiet adottata wara din id‑data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ regoli ġodda, il-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel distinzjoni skont jekk dawn ikunux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>regoli proċedurali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>regoli sostantivi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Tal-ewwel huma ġeneralment meqjusa li japplikaw għall-kawżi kollha pendenti fil-mument li dawn jidħlu fis‑seħħ, b’differenza minn tat-tieni, li normalment jiġu interpretati bħala li japplikaw għall-effetti futuri tas‑sitwazzjonijiet li jkunu nħolqu taħt il-liġi l-antika kif ukoll għas‑sitwazzjonijiet legali ġodda, iżda mhux għal sitwazzjonijiet li jkunu seħħew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regoli, ħlief sa fejn jirriżulta b’mod ċar mill-kliem, mill-għanijiet jew mill-istruttura tal‑imsemmija regoli li tali effett ikollu jiġi attribwit lilhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Molenbergnatie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:136">EU:C:2006:136</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Beemsterboer Coldstore Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑293/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:162">EU:C:2006:162</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Jumbocarry Trading</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:435">EU:C:2021:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 211(2)(a) sa (h) tal-KDU jelenka, b’mod eżawrjenti, il‑kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni b’effett retroattiv meħtieġa, bis-saħħa tal‑paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, għall-użu, b’mod partikolari, tal-proċedura ta’ użu aħħari. Din is-sistema, prevista fl‑Artikolu 254 tal-KDU, tippermetti r-rilaxx għaċ‑ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija taħt eżenzjoni totali jew parzjali mid‑dazju minħabba l‑użu speċifiku tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 34 sa 37 tal-konklużjonijiet tiegħu, il‑kundizzjonijiet li għalihom tali awtorizzazzjoni hija suġġetta, previsti fl‑Artikolu 211(2), huma kompletament, jew prinċipalment, kundizzjonijiet sostantivi għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni b’effett retroattiv. Fil-fatt, dawn huma determinanti għall-eżistenza, min-naħa tal-applikant, tad-dejn doganali relatat mal-merkanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 31 ta’ din is‑sentenza, l-Artikolu 211(2) tal-KDU ma jistax, bħala regola sostantiva ġdida, jiġi applikat għas-sitwazzjonijiet legali li jkunu tnisslu u li jkunu seħħew definittivament taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti, sakemm ma jirriżultax b’mod ċar mill-kliem, mill-għan jew mill‑istruttura tagħha li din ikollha tiġi applikata immedjatament għal tali sitwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 211(2) tal-KDU għandu miegħu dispożizzjoni partikolari li tiddetermina speċifikament il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tiegħu, jiġifieri l-Artikolu 288(2) ta’ dan il-kodiċi. Skont din id-dispożizzjoni, l‑artikoli l-oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, li fosthom hemm l-Artikoli 211 u 254, saru applikabbli biss fl-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>, anki jekk il-KDU, bis-saħħa tal-Artikolu 287 tiegħu, daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="20131030">30 ta’ Ottubru 2013</DATE> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Jumbocarry Trading</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:435">EU:C:2021:435</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 211 tal-KDU ma japplikax għal fatti li jkunu nisslu dejn doganali, li jkunu seħħew qabel l-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, bejn il-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, id-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni inizjali, u d-<DATE ISO="20150109">9 ta’ Jannar 2015</DATE>, id-data li fiha daħlet fis-seħħ l-awtorizzazzjoni retroattiva mogħtija mill-awtorità doganali fl-<DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, ir‑rikorrenti fil-kawża prinċipali kompliet timporta l-istess tip ta’ merkanzija bħal dik koperta mill-awtorizzazzjoni inizjali mingħajr ma ppreżentat applikazzjoni għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni. Għaldaqstant hija kellha tħallas id-dazji doganali għal dan il-għan. Il‑fatti li magħhom huwa marbut id-dejn doganali inkwistjoni, u li l‑eżenzjoni tagħhom qiegħda tintalab mir‑rikorrenti fil-kawża prinċipali, seħħew għalhekk qabel l-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>, data li fiha sar applikabbli l‑Artikolu 211 tal-KDU.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies li seħħet taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti (ara, f’dan is-sens, is‑sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Molenbergnatie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:136">EU:C:2006:136</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), jiġifieri l-Artikolu 294(2) tar‑Regolament Nru 2454/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-fatt li l-proċedura amministrattiva fil-kawża prinċipali ngħalqet, kif ippreċiżat il-qorti tar-rinviju, permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE> li ċaħdet l‑applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni b’effett retroattiv mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, deċiżjoni li għaldaqstant ġiet adottata f’data li għaliha l‑Artikolu 211 tal‑KDU kien diġà applikabbli, huwa irrilevanti għal sitwazzjoni ġuridika mnissla u mwettqa taħt ir‑Regolament Nru 2454/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall‑ewwel sat‑tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 211(2) tal‑KDU għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal applikazzjoni għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni b’effett retroattiv imressqa qabel l-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>, data li fiha dan l-artikolu sar applikabbli bis‑saħħa tal‑Artikolu 288(2) tal-KDU, anki jekk id‑deċiżjoni li taqta’ din l‑applikazzjoni tkun ġiet adottata wara din id-data.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l‑Artikolu 294(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandux jiġi interpretat fis-sens li l‑għoti, mill-awtoritajiet doganali, ta’ awtorizzazzjoni ġdida b’effett retroattiv għal tranżazzjonijiet u merkanzija tal-istess natura bħal dawk li jkunu s-suġġett tal‑awtorizzazzjoni inizjali għandux ukoll ikun suġġett għall‑kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 294(1) tar‑Regolament Nru 2454/93, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, l-awtorizzazzjonijiet retroattivi li l-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu jidħlu fis-seħħ fid-data tal‑preżentazzjoni tal-applikazzjoni rispettiva. Mill-formulazzjoni stess ta’ din id‑dispożizzjoni jirriżulta li hija tidentifika żewġ każijiet distinti, li jistgħu jidderogaw mir-regola ta’ retroattività li hija tistabbilixxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jsemmi biss it-tiġdid tal‑awtorizzazzjonijiet għal tranżazzjonijiet u merkanzija tal-istess natura bħal dawk li jkunu s-suġġett tal-awtorizzazzjoni inizjali u jipprevedi li, għal dan il-każ, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>tista tingħata awtorizzazzjoni b’effett retroattiv mid-data li fiha għalqet l‑awtorizzazzjoni oriġinali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Il‑paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu ma jipprevedi ebda awtorizzazzjoni b’mod partikolari u jipprevedi li l-awtoritajiet doganali jistgħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>f’ċirkustanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jestendu l-effett retroattiv ta’ awtorizzazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>mhux għal aktar minn sena waħda<?PAGE NO="10"?> qabel id-data li fiha ngħatat l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Huwa jissuġġetta din l-estensjoni għal diversi kundizzjonijiet li jinkludu l‑possibbiltà li tintwera l-eżistenza ta’ bżonn ekonomiku u l-assenza ta’ rabta tal‑applikazzjoni għal tentattiv ta’ qerq jew negliġenza manifesta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, għalkemm il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni retroattiva stabbiliti fl-Artikolu 294(3) tar-Regolament Nru 2454/93 kienu applikabbli għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni retroattiva ġdida skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, l-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar jiġi ppreġudikat. Fil-fatt, filwaqt li din tipprevedi espressament li l-effett retroattiv tat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>[jista’ jingħata] mid-data li fiha għalqet l‑awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, il‑paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu jimponi li dan l‑effett jiġi limitat għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>mhux għal aktar minn sena waħda qabel id-data li fiha ngħatat l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 294(2) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti, mill-awtoritajiet doganali, ta’ awtorizzazzjoni ġdida b’effett retroattiv għal tranżazzjonijiet u merkanzija tal-istess natura bħal dawk li jkunu s‑suġġett tal-awtorizzazzjoni inizjali ma huwiex suġġett għall‑kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 211(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal applikazzjoni għat‑tiġdid ta’ awtorizzazzjoni b’effett retroattiv imressqa qabel l-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>, data li fiha dan l-artikolu sar applikabbli bis-saħħa tal‑Artikolu 288(2) ta’ dan ir-regolament, anki jekk id‑deċiżjoni li taqta’ din l-applikazzjoni tkun ġiet adottata wara din id-data.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 294(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat‑<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE> li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1602/2000 tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20000724">24 ta’ Lulju 2000</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti, mill-awtoritajiet doganali, ta’ awtorizzazzjoni ġdida b’effett retroattiv għal tranżazzjonijiet u merkanzija tal-istess natura bħal dawk li jkunu s‑suġġett tal‑awtorizzazzjoni inizjali ma huwiex suġġett għall‑kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l‑artikolu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>