|
10.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 331/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1226/2008
tat-8 ta’ Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/922/CFSP (2) temenda l-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/CFSP (3) biż-żieda ta’ 11-il isem u t-tneħħija ta’ wieħed. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu, għalhekk, ikun emendat f'dan is-sens. |
|
(3) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri pprovduti għalihom f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(2) Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-persuni naturali li ġejjin għandhom jiżdiedu wara n-numru 168 fil-lista:
|
|
(2) |
Il-persuna naturali li ġejja għandha titneħħa mill-lista:
|