Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit‑terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva tal Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003, li tissupplimenta l‑Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal‑impjegati (ĠU L 207, p. 25).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003, li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva.
2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.