3.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/5


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-1 ta’ Lulju 2013

li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

(2013/348/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-artikolu 22(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja jipprevedi l-ħatra ta' mħallef Kroat fil-Qorti Ġenerali għal perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sal- 31 ta' Awwissu 2013.

(2)

Is-Sinjura Vesna TOMLJENOVIĆ ġiet innominata biex tinħatar bħala mħallef fil-Qorti Ġenerali.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta l-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tas-Sinjura Vesna TOMLJENOVIĆ għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Vesna TOMLJENOVIĆ hija maħtura bħala mħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill- 1 ta' Lulju 2013 sal- 31 ta' Awwissu 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS