<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-845/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0845</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:864">EU:C:2021:864</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Kawżi magħquda C‑845/19 u C‑863/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Okrazhna prokuratura - Varna</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20211021">21 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/42/UE</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar u konfiska tal-mezzi strumentali u rikavati minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Konfiska tal-assi miksuba illegalment</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ ekonomiku li jirriżulta minn reat kriminali li ma kienx is-suġġett ta’ kundanna</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Konfiska</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Konfiska estiża</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6</KEYWORD><KEYWORD>Konfiska tal-assi tat-terzi</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Konfiska ta’ somma pekunjarja mitluba fuq il-bażi li tappartjeni lil terza persuna</KEYWORD><KEYWORD>Terza persuna li ma għandhiex id-dritt li tikkostitwixxi ruħha bħala parti fil-proċedura ta’ konfiska</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑845/19 u C‑863/19,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Apelativen sad – Varna (il-Qorti tal-Appell ta’ Varna, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑<DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE> (C‑845/19) u tad‑<DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE> (C‑863/19), li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑19 u fis‑<DATE ISO="20191126">26 ta’ Novembru 2019</DATE>, rispettivament, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">DR</HT> (C‑845/19),</P><P><HT TYPE="BOLD">TS</HT> (C‑863/19),</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Okrazhna prokuratura – Varna,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, Presidenta tat-Tieni Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Passer, F. Biltgen, L. S. Rossi (Relatriċi) u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20210113">13 ta’ Jannar 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Okrazhna prokuratura - Varna, minn I. Todorov u V. Chavdarov, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn M. Georgieva, T. Mitova u E. Petranova, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u F. Zeder, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn S. Grünheid, Y. Marinova u R. Troosters, sussegwentement minn S. Grünheid u Y. Marinova, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210324">24 ta’ Marzu 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 127, p. 39</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="138" PAGE.FIRST="114" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 138, p. 114</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra DR (C‑845/19) u TS (C‑863/19) (iktar ’il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>persuni kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar talbiet għal konfiska, wara l-kundanna tagħhom għal pussess ta’ sustanzi narkotiċi għall-finijiet tad-distribuzzjoni tagħhom, ta’ somom ta’ flus li l-persuni kkonċernati jallegaw li jappartjenu lil terzi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal‑<DATE ISO="20041025">25 ta’ Ottubru 2004</DATE> li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="94" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 153M, p. 94</REF.DOC.OJ>), tipprovdi, fl-Artikolu 2 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Reati marbuta mat-traffikar ta’ drogi u ta’ prekursuri<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li meta mġieba minn dawn li ġejjin issir bil-ħsieb u tkun infondata fid-dritt din għandha tkun punibbli:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-produzzjoni, il-manifattura, l-estrazzjoni, il-preparazzjoni, l-offerta, l-offerta għall-bejgħ, id-distribuzzjoni, il-bejgħ, il-kunsinna fuq kwalunkwe kondizzjoni hi x’inhi, is-senserija, id-dispaċċ, id-dispaċċ fi transitu, it-trasport, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ drogi;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-pussess jew ix-xiri ta’ drogi bil-ħsieb li tiġi mwettqa waħda mill-attivitajiet mniżżla f’(a);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(2)(b) ta’ din id-deċiżjoni qafas:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) huma punibbli b’pieni kriminali ta’ massimu ta’ minn ta’ l-inqas bejn 5 u 10 snin ħabs f’kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ir-reat jew jinvolvi dawk id-drogi li jikkawżaw l-ikbar dannu għas-saħħa, jew jirriżulta f’dannu sinifikattiv għas-saħħa ta’ għadd ta’ persuni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2014/42</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-premessi 11, 19 sa 21, 33 u 38 tad-Direttiva 2014/42:</TXT><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(11)</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi ċċarat il-kunċett eżistenti ta’ rikavat mill-kriminalità biex jinkludi r-rikavat dirett minn attività kriminali u l-benefiċċji indiretti kollha, inklużi l-investiment mill-ġdid jew it-trasformazzjoni li jsiru sussegwentement tar-rikavat dirett. B’hekk ir-rikavat jista’ jinkludi kwalunkwe proprjetà inkluża dik li ġiet ittrasformata jew ikkonvertita, kompletament jew parzjalment, fi proprjetà oħra, jew meta din tkun tħalltet ma’ proprjetà akkwistata minn sorsi leġittimi, sal-valur ivvalutat tar-rikavat imħallat. Dan jista’ jinkludi wkoll id-dħul jew benefiċċji oħrajn li jirriżultaw mir-rikavat tal-kriminalità, jew minn proprjetà li fiha jew biha seta’ ġie ttrasformat, ikkonvertit jew imħallat tali rikavat.</TXT></NP></CONSID></P><P>[…]</P><P><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Il-gruppi kriminali jwettqu firxa wiesgħa ta’ attivitajiet kriminali. Sabiex l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata jkunu indirizzati b’mod effettiv, jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn ikun xieraq li wara kundanna kriminali issir konfiska mhux biss tal-proprjetà assoċjata ma’ reat kriminali speċifiku, imma anke ta’ proprjetà addizzjonali li l-qorti tiddetermina li tkun ir-rikavat ta’ reati kriminali oħrajn. Dan il-metodu jissejjaħ konfiska estiża. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Meta jistabbilixxu jekk reat kriminali jistax iwassal għal benefiċċju ekonomiku, l-Istati Membri jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni l-modus operandi, pereżempju jekk xi kondizzjoni għar-reat tkun li dan twettaq fil-kuntest ta’ kriminalità organizzata jew bil-ħsieb li jiġu ġġenerati profitti minn reati kriminali. Madankollu, dan ma għandux, inġenerali, jippreġudika l-possibbiltà li wieħed jirrikorri għall-konfiska estiża.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Il-konfiska estiża għandha tkun possibbli meta l-qorti tkun sodisfatta li l-proprjetà inkwistjoni tkun irriżultat minn imġiba kriminali. Dan ma jfissirx li għandu jiġi stabbilit li l-proprjetà inkwistjoni tkun irriżultat minn imġiba kriminali. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li, pereżempju, ikun biżżejjed li l-qorti tikkunsidra fuq il-bilanċ tal-probabbiltajiet jew tippreżumi b’mod raġonevoli li jkun sostanzjalment aktar probabbli li l-proprjetà inkwistjoni tkun inkisbet minn imġiba kriminali milli minn attivitajiet oħra.<?PAGE NO="4"?> F’dan il-kuntest, il-qorti għandha tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-fatti u l-evidenza disponibbli li abbażi tagħhom tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar il-konfiska estiża. Il-fatt li l-proprjetà tal-persuna tkun sproporzjonata mad-dħul legali tagħha jista’ jkun fost dawk il-fatti li jwasslu għal konklużjoni mill-qorti li l-proprjetà tkun ġejja minn imġiba kriminali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll rekwiżit għal ċertu perijodu ta’ żmien li fih il-proprjetà tista’ titqies li tkun oriġinat minn imġiba kriminali.</TXT></NP></CONSID></P><P>[…]</P><P><CONSID><NP><NO.P>(33)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva taffettwa b’mod sostanzjali d-drittijiet tal-persuni, mhux biss ta’ dawk suspettati jew akkużati iżda anke ta’ partijiet terzi li ma jkunux qed jitressqu quddiem il-qorti. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkun hemm salvagwardji u rimedji ġudizzjarji speċifiċi sabiex jiġi ggarantit il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tagħhom meta ssir l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan jinkludi d-dritt li jinstemgħu għall-partijiet terzi li jiddikjaraw li huma s-sidien tal-proprjetà kkonċernata, jew li jiddikjaraw li jkollhom drittijiet oħra ta’ proprjetà (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>drittijiet reali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/><HT TYPE="ITALIC">ius in re</HT><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>), bħad-dritt ta’ użufrutt. L-ordni ta’ ffriżar għandha tiġi kkomunikata lill-persuna affettwata kemm jista’ jkun malajr wara li tiġi eżegwita. Minkejja dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-komunikazzjoni ta’ tali ordnijiet lill-persuna affettwata minħabba l-ħtiġijiet tal-investigazzjoni.”</TXT></NP></CONSID></P><P>[…]</P><P><CONSID><NP><NO.P>(38)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-[Karta] u l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali[, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>], kif interpretati fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u ma’ dawn il-prinċipji. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali fir-rigward tal-għajnuna legali u ma toħloqx xi obbligu għas-sistemi ta’ għajnuna legali tal-Istati Membri, li għandhom japplikaw f’konformità mal-Karta u mal-[Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali].<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/42, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar l-iffriżar tal-proprjetà fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement u dwar il-konfiska tal-proprjetà f’materji kriminali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li l-Istati Membri jistgħu jużaw biex jikkonfiskaw il-proprjetà inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>rikavat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser kwalunkwe vantaġġ ekonomiku li jirriżulta, direttament jew indirettament minn reat kriminali; dan jista’ jikkonsisti minn kwalunkwe forma ta’ proprjetà u jinkludi kwalunkwe investiment mill-ġdid jew kwalunkwe trasformazzjoni li jsiru sussegwentement ta’ rikavat dirett u kwalunkwe benefiċċju ta’ valur;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>proprjetà<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser proprjetà ta’ kwalunkwe deskrizzjoni, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li jixhdu dritt jew interess fi proprjetà bħal din;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>konfiska<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser ċaħda definittiva minn proprjetà ordnata minn qorti fir-rigward ta’ reat kriminali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għar-reati kriminali koperti minn:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Kwadru [2004/757];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/42, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Konfiska<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jistipula fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jikkonfiskaw, kompletament jew parzjalment, il-mezzi strumentali u r-rikavat jew il-proprjetà li l-valur tagħha jkun ekwivalenti għal tali mezzi strumentali jew rikavat, soġġett għal kundanna definittiva għal reat kriminali, li tista’ wkoll tirriżulta minn proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Konfiska estiża<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jikkonfiskaw, kompletament jew parzjalment, il-proprjetà li tappartjeni lil persuna li tkun instabet ħatja ta’ reat kriminali li jista’ joħloq, direttament jew indirettament, benefiċċju ekonomiku, fejn qorti abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ, inklużi l-fatti speċifiċi u l-evidenza disponibbli, bħal li l-valur tal-proprjetà jkun sproporzjonat meta mqabbel mad-dħul legali tal-persuna li tinstab ħatja, tkun sodisfatta li l-proprjetà inkwistjoni nkisbet minn imġiba kriminali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> għandu jinkludi tal-inqas dan li ġej:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>reat kriminali li huwa punibbli, f’konformità mal-istrument rilevanti fl-Artikolu 3 jew, f’każ li l-istrument inkwistjoni ma jkunx fih limitu tal-piena, f’konformità mal-liġi nazzjonali rilevanti, b’sentenza ta’ kustodja ta’ massimu tal-inqas ta’ erba’ snin.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Konfiska fir-rigward ta’ parti terza<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu jistgħu jikkonfiskaw ir-rikavat, jew proprjetà oħra li l-valur tagħha jkun ekwivalenti għar-rikavat, li, direttament jew<?PAGE NO="6"?> indirettament, tkun ġiet ittrasferita minn persuna suspettata jew akkużata lil partijiet terzi, jew li tkun ġiet akkwistata minn partijiet terzi mingħand il-persuna suspettata jew akkużata, tal-inqas jekk dawk il-partijiet terzi kienu jafu jew suppost li kienu jafu li l-għan tat-trasferiment jew tal-akkwist kien biex tiġi evitata l-konfiska, abbażi ta’ fatti u ċirkostanzi konkreti, inkluż li t-trasferiment jew l-akkwist sar mingħajr ħlas jew għal ammont ferm aktar baxx mill-valur fis-suq.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1 ma għandux jippreġudika d-drittijiet ta’ persuni terzi <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Salvagwardji<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni affettwati mill-miżuri previsti skont din id-Direttiva jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust sabiex jitħarsu d-drittijiet tagħhom.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="008.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe ordni ta’ konfiska tkun debitament motivata u li l-ordni tiġi kkomunikata lill-persuna affettwata. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà effettiva li persuna li fil-konfront tagħha tkun inħarġet ordni ta’ konfiska tkun tista’ tikkontesta dik l-ordni quddiem qorti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva [2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE> dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 142, p. 1</REF.DOC.OJ>, u għad-]Direttiva 2013/48/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE> dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 294, p. 1</REF.DOC.OJ>)], il-persuni li l-proprjetà tagħhom tkun ġiet affettwata mill-ordni ta’ konfiska għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għal avukat matul il-proċedimenti ta’ konfiska relatati mal-istabbiliment tar-rikavat u l-mezzi strumentali sabiex iħarsu d-drittijiet tagħhom. Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu infurmati b’dak id-dritt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 5, il-persuna affettwata għandu jkollha l-possibbiltà effettiva li tikkontesta ċ-ċirkostanzi tal-każ, inklużi fatti speċifiċi u l-evidenza disponibbli li abbażi tagħhom il-proprjetà kkonċernata titqies bħala proprjetà li tkun rikavata minn imġiba kriminali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet terzi għandhom ikunu intitolati li jitolbu t-titolu tas-sjieda jew drittijiet ta’ proprjetà oħrajn, inkluż fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NK</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 53 tan-Nakazatelen kodeks (il-Kodiċi Kriminali, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>NK<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="053.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Irrispettivament minn kull responsabbiltà kriminali, għandhom jiġu kkonfiskati għall-benefiċċju tal-Istat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-proprjetà li tappartjeni lill-persuna li tinstab ħatja u li kienet intiża, jew li serviet, għat-twettiq ta’ reat kriminali premeditat; meta din il-proprjetà ma tkunx għadha teżisti jew tkun ġiet ittrasferita, għandu jiġi ddeterminat l-ammont li jikkorrispondi għall-valur tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-proprjetà li tappartjeni lil persuna li nstabet ħatja u li kienet is-suġġett ta’ reat kriminali premeditat, fil-każijiet espressament previsti fil-parti speċjali ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="053.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għandhom jiġu kkonfiskati wkoll għall-benefiċċju tal-Istat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-proprjetà li kienet is-suġġett jew l-istrument ta’ reat kriminali u li l-pussess tagħha huwa pprojbit; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-prodotti diretti u indiretti miksuba permezz tar-reat kriminali, jekk ma huwiex meħtieġ li jitħallsu lura jew li jiġu rrimborsati; meta dawn il-prodotti ma jkunux għadhom jeżistu jew ikunu nbiegħu, jiġi ddeterminat l-ammont li jikkorrispondi għall-valur tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="053.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fis-sens tal-paragrafu 2(b):</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>rikavat dirett<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> kull vantaġġ ekonomiku li huwa konsegwenza immedjata tal-ksur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>rikavat indirett<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> kull vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mid-dispożizzjoni tar-rikavat dirett, kif ukoll minn kull proprjetà li tirriżulta mit-trasformazzjoni ulterjuri totali jew parzjali tar-rikavat dirett, inkluż meta dan ikun tħallat ma’ proprjetà ta’ oriġini legali; il-proprjetà hija suġġetta għal konfiska sal-valur tar-rikavat dirett imħallat, inkluż żidiet fil-valur tal-proprjetà, meta dawn ikunu marbuta direttament mad-dispożizzjoni jew mat-trasformazzjoni tar-rikavat dirett u mal-inkorporazzjoni tar-rikavat dirett fil-proprjetà.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 354a tal-NK jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="354A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull min, mingħajr awtorizzazzjoni xierqa, jimmanifattura, jittrasforma, jakkwista jew jippossjedi sustanzi narkotiċi jew l-ekwivalenti tagħhom għal finijiet ta’ traffikar, għandu jiġi punit, meta s-sustanzi narkotiċi jkunu ta’ riskju għoli jew simili għalihom, b’terminu ta’ priġunerija ta’ bejn sentejn u tmien snin u b’multa ta’ bejn [<FT TYPE="NUMBER">5000</FT> lev Bulgaru (BGN) u BGN <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> (bejn madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">2500</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>) u, għal sustanzi narkotiċi riskjużi jew l-ekwivalenti tagħhom, b’terminu ta’ priġunerija ta’ bejn sena u sitt snin u multa minn [BGN <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> sa BGN <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> (minn madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT>)]. […]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="8"?><PARAG IDENTIFIER="354A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull min, mingħajr awtorizzazzjoni xierqa, jakkwista jew jippossjedi sustanzi narkotiċi jew dawk simili għalihom għandu jiġi punit:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>għal sustanzi narkotiċi ta’ riskju għoli jew l-ekwivalenti tagħhom, b’terminu ta’ priġunerija ta’ bejn sena u sitt snin u multa minn [BGN <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> sa BGN <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>għal sustanzi narkotiċi riskjużi jew l-ekwivalenti tagħhom, b’terminu ta’ priġunerija sa ħames snin u b’multa minn [BGN <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> sa BGN <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> (minn madwar EUR 500 sa <FT TYPE="NUMBER">2500</FT>)].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NPK</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-punt (1) tal-Artikolu 306(1) tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>NPK<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="306.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-qorti tista’ wkoll tiddeċiedi permezz ta’ digriet dwar id-domandi li jirrigwardaw:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>id-determinazzjoni tal-piena globali skont l-Artikoli 25 u 27 u l-applikazzjoni tal-Artikolu 53 tan-[NK].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190221">21 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-Belt ta’ Varna (il-Bulgarija), DR u TS kellhom mingħajr awtorizzazzjoni, bl-għan tat-traffikar tagħhom, sustanzi narkotiċi b’riskju għoli. Huma ġew ikkundannati kriminalment għal dan ir-reat abbażi tal-Artikolu 354a tan-NK, għal piena ta’ priġunerija ta’ sena kif ukoll għal multa ta’ BGN <FT TYPE="NUMBER">2500</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1250</FT>) u għal piena ta’ priġunerija ta’ sentejn, sospiża għal erba’ snin, kif ukoll għal multa ta’ BGN <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">2500</FT>), rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Waqt tfittxija f’residenza fejn DR kien jgħix ma’ ommu u man-nanniet tiegħu, kif ukoll tfittxija fil-karozza tiegħu, imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-proċedura li tippreċedi l-proċess kriminali, dawn tal-aħħar skoprew somma flus fl-ammont ta’ BGN 4 447.06 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">2200</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ tfittxija f’residenza fejn TS kien jgħix ma’ ommu, li saret ukoll fil-kuntest tal-proċedura li tippreċedi l-proċess kriminali, l-imsemmija awtoritajiet skoprew somma flus fl-ammont ta’ BGN 9 324.25 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara l-kundanna kriminali tal-persuni kkonċernati, l-Okrazhna prokuratura – Varna (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Reġjonali ta’ Varna, il-Bulgarija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>) talab lill-Okrazhen sad Varna (il-Qorti Reġjonali ta’ Varna, il-Bulgarija), il-qorti tal-ewwel istanza, tordna l-konfiska ta’ dawn is-somom ta’ flus favur l-Istat, konformement mal-punt 1 tal-Artikolu 306(1) tan-NPK. Il-qorti tal-ewwel istanza eżaminat din it-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku f’seduta pubblika, li fiha pparteċipaw il-persuni kkonċernati u ż-żewġ avukati tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Quddiem dik il-qorti, DR iddikjara li s-somma flus imsemmija fil-punt 17 ta’ din is-sentenza kienet tappartjeni lin-nanna tiegħu u li din tal-aħħar kienet akkwistatha permezz ta’ self bankarju. Barra minn hekk, huwa ppreżenta prova bil-miktub li tistabbilixxi li, fix-xahar ta’ Diċembru 2018, hija kienet ġibdet mill-kont bankarju tagħha s-somma ta’ BGN 7 000.06 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">3500</FT>). In-nanna ta’ DR ma ħaditx sehem fil-proċedura quddiem il-qorti tal-ewwel istanza, peress li d-dritt Bulgaru ma jippermettilhiex tipparteċipa bħala parti distinta mill-awtur tal-ksur ikkonċernat. Hija lanqas ma nstemgħet bħala xhud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, TS, min-naħa tiegħu, iddikjara li s-somma flus imsemmija fil-punt 18 ta’ din is-sentenza kienet tappartjeni lil ommu u lil oħtu. F’dan ir-rigward, huwa ppreżenta prova bil-miktub li tistabbilixxi li, fix-xahar ta’ Marzu 2018, ommu kienet ikkuntrattat mal-bank DSK EAD kreditu għall-konsum fl-ammont ta’ BGN <FT TYPE="NUMBER">17000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">8500</FT>). Omm TS lanqas ma setgħet tipparteċipa fil-proċedura quddiem il-qorti tal-ewwel istanza. Madankollu, hija nstemgħet bħala xhud fir-rigward tas-somma flus misjuba fir-residenza fejn kienet tgħix ma’ binha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza rrifjutat li tawtorizza l-konfiska tas-somom ta’ flus inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, billi kkunsidrat li r-reat kriminali li ġew ikkundannati għalih il-persuni kkonċernati, jiġifieri l-pussess ta’ sustanzi narkotiċi bl-għan li jiġu ttraffikati, ma kienx ta’ natura li jiġġenera vantaġġi ekonomiċi. F’dan ir-rigward, din il-qorti qieset li, minkejja li jeżistu provi, jiġifieri t-testimonjanzi ta’ xhieda, li, fil-kawżi inkwistjoni, il-persuni kkonċernati kienu jbigħu sustanzi narkotiċi, il-kundizzjonijiet għall-konfiska favur l-Istat imsemmija fl-Artikolu 53(2) tan-NK ma kinux ġew issodisfatti, sa fejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur ma kienx akkuża lill-persuni kkonċernati li jwettqu bejgħ ta’ sustanzi narkotiċi u sa fejn l-eżistenza ta’ ttraffikar ta’ sustanzi narkotiċi ma kinitx ġiet ikkonfermata mill-kundanni kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kkontesta s-sentenza mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza quddiem il-qorti tar-rinviju, billi sostna li l-qorti tal-ewwel istanza ma kinitx applikat l-Artikolu 53(2) tan-NK fid-dawl tad-Direttiva 2014/42. Il-persuni kkonċernati ma jaqblux mal-opinjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u jqisu li hija biss il-proprjetà materjali, derivanti direttament mir-reat li l-persuni kkonċernati ġew ikkundannati għalih, li tista’ tiġi kkonfiskata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Apelativen sad – Varna (il-Qorti tal-Appell ta’ Varna, il-Bulgarija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, ifformulati b’mod identiku fil-Kawżi C‑845/19 u C‑863/19:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva [2014/42] u l-[Karta] japplikaw fir-rigward ta’ reat kriminali, li jikkonsisti fil-pussess ta’ sustanzi narkotiċi bil-għan li jiġu ttraffikati, imwettaq minn ċittadin Bulgaru fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, meta l-eventwali rikavat ekonomiku wkoll ikun iġġenerat u jkun jinsab [fil-Bulgarija]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/>, li jinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42? Somma flus, li tkun instabet fi u li tkun ġiet ikkonfiskata mir-residenza tal-persuna kkundannata u tal-familja tagħha, kif ukoll minn vettura bil-mutur użata minnu, tista’ tikkostitwixxi tali vantaġġ ekonomiku?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali, bħall-Artikolu 53(2) tan-[NK], li ma tipprevedix is-sekwestru ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tal-[Karta] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, bħall-punt 1 tal-Artikolu 306(1) tan-[NPK], li tippermetti s-sekwestru favur l-Istat ta’ somma flus li fir-rigward tagħha jiġi allegat li tappartjeni lil terz, li ma jkunx il-persuna li wettqet ir-reat kriminali, mingħajr il-possibbiltà għal dan it-terz li jitqies bħala parti fil-proċedura u mingħajr il-possibbiltà li jiġi żgurat aċċess dirett għall-ġustizzja għal dan it-terz?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2014/42 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-pussess ta’ sustanzi narkotiċi bl-għan li jiġu ttraffikati jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, minkejja li l-elementi kollha inerenti għat-twettiq ta’ dan ir-reat huma limitati għal Stat Membru wieħed biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi ddeterminat jekk reat li jikkonsisti fil-pussess ta’ sustanzi narkotiċi għall-finijiet tat-traffikar tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 354a(1) tan-NK, bħal dak inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jelenka r-reati kriminali li għalihom tapplika l-imsemmija direttiva, jiġifieri dawk koperti mill-istrumenti legali msemmija fil-punti (a) sa (k) ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, skont il-punt (g) tal-Artikolu 3 tagħha, id-Direttiva 2014/42 tapplika għar-reati kriminali koperti mid-Deċiżjoni Qafas 2004/757.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 2(1)(c) ta’ din id-deċiżjoni qafas jinkludi, fost dawn ir-reati, il-pussess jew ix-xiri ta’ drogi bl-għan li titwettaq waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2(1)(a) tal-imsemmija deċiżjoni qafas, jiġifieri b’mod partikolari t-traffikar u l-bejgħ ta’ drogi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, reat, bħal dak imsemmi fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-domanda magħmula, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2014/42 hija bbażata, b’mod partikolari, fuq l-Artikolu 83(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 83 TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha l-possibbiltà li tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni tar-reati kriminali u tas-sanzjonijiet f’oqsma ta’ kriminalità partikolarment gravi li għandhom dimensjoni transkonfinali li tirriżulta min-natura jew mill-effett ta’ dawn ir-reati jew minn ħtieġa partikolari li jiġu miġġielda fuq bażi komuni. Barra minn hekk, bħalma jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-imsemmi paragrafu, it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>traffikar illeċitu ta’ droga<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> huwa wieħed minn dawn l-oqsma ta’ kriminalità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, il-pussess ta’ sustanzi narkotiċi għall-finijiet tat-traffikar tagħhom jaqa’ taħt qasam ta’ kriminalità partikolarment gravi, li għandu dimensjoni transkonfinali li tista’ tirriżulta b’mod partikolari min-natura jew mill-effetti ta’ tali reat, fis-sens tal-Artikolu 83(1) TFUE, b’tali mod li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu kompetenza sabiex jadotta, abbażi tal-imsemmi artikolu, regoli minimi ta’ armonizzazzjoni dwar id-definizzjoni tar-reati kriminali u tas-sanzjonijiet fil-qasam ikkunsidrat, mingħajr ma din il-kompetenza tkopri biss is-sitwazzjonijiet li fihom l-elementi inerenti għall-kummissjoni ta’ reat konkret ma humiex limitati għal Stat Membru wieħed biss. Barra minn hekk, tali limitazzjoni lanqas ma tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li d-Direttiva 2014/42 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-pussess ta’ sustanzi narkotiċi għall-finijiet tat-traffikar tagħhom jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, minkejja li l-elementi kollha inerenti għat-twettiq ta’ dan ir-reat huma limitati għal Stat Membru wieħed biss.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu tagħha li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha tiddeċiedi l-kawża li tkun adita biha. Minn din il-perspettiva, huwa l-kompitu, jekk ikun il-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriformula d-domandi magħmula lilha. Fil-fatt, il-missjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija li tinterpreta d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li l-qrati nazzjonali jkollhom bżonn sabiex jiddeċiedu dwar it-tilwim imressaq quddiemhom, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux ġew indikati espliċitament fid-domandi li dawn il-qrati jkunu għamlulha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>PI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:383">EU:C:2019:383</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni u t-tielet domanda jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li jinsab fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, minn naħa, jekk din id-dispożizzjoni għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-konfiska ta’ vantaġġ ekonomiku miksub indirettament minn reat kriminali u, min-naħa l-oħra, jekk is-somom ta’ flus maqbuda fid-dar tal-persuni kkonċernati u tal-familja tagħhom kif ukoll fil-karozza użata minn wieħed minn dawn il-persuni kkonċernati jikkostitwixxux tali vantaġġ ekonomiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jaqa’ taħt id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>rikavat<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li tinsab fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42, li tipprovdi li r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>rikavat<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>kwalunkwe vantaġġ ekonomiku li jirriżulta, direttament jew indirettament minn reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>jista’ jikkonsisti minn kwalunkwe forma ta’ proprjetà u jinkludi kwalunkwe investiment mill-ġdid jew kwalunkwe trasformazzjoni li jsiru sussegwentement ta’ rikavat dirett u kwalunkwe benefiċċju ta’ valur<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Bħalma jsegwi mill-punt 2.6 tal-espożizzjoni tal-motivi tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ rikavati mill-kriminalità fl-Unjoni Ewropea, (COM (2012) 85 final), fl-oriġini tad-Direttiva 2014/42, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>rikavat<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens ta’ din id-direttiva, ġiet estiża meta mqabbla mad-definizzjoni ta’ dan il-kunċett li tinsab fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal‑<DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE> dwar il-Konfiska ta’ Rikavati,<?PAGE NO="12"?> Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159M" PAGE.FIRST="223" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 159M, p. 223</REF.DOC.OJ>), sabiex tiġi prevista l-possibbiltà li jiġu kkonfiskati l-benefiċċji kollha li jirriżultaw mir-rikavat tal-kriminalità, inkluż ir-rikavat indirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 49 tal-konklużjonijiet tiegħu, billi għamel riferiment espress, fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42, għall-vantaġġi diretti jew indiretti, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jistabbilixxi żewġ kunċetti distinti, li jkunu indipendenti minn xulxin. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-premessa 11 ta’ din id-direttiva, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>rikavat<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> ġie kkjarifikat minnha, sabiex jinkludi fih mhux biss il-proprjetà li tirriżulta direttament mir-reat kriminali kkonċernat iżda wkoll it-trasformazzjonijiet kollha ta’ din il-proprjetà kif ukoll il-benefiċċji ta’ valur l-oħrajn maħluq minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jsegwi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi, kif jirriżulta mill-Artikolu 53(2) tan-NK, il-konfiska tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>prodotti diretti u indiretti miksuba permezz tar-reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Barra minn hekk, l-Artikolu 53(3) tan-NK jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>rikavat indirett<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="2019" ID="QE0049"/> kull vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mid-dispożizzjoni tar-rikavat dirett, kif ukoll minn kull proprjetà li tirriżulta mit-trasformazzjoni ulterjuri totali jew parzjali tar-rikavat dirett<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Jidher għalhekk, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, li hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali, li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi l-konfiska ta’ vantaġġ ekonomiku miksub indirettament minn reat kriminali, fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk jitqies li din id-direttiva tkun ġiet trasposta b’mod inkomplet jew skorrett fid-dritt Bulgaru, din ma tkunx tista’, konformement mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, tiġi invokata bħala tali minn Stat Membru kontra individwu sabiex tiġi eskluża dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li hija kuntrarja għaliha, sabiex toħloq obbligi fil-konfront tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Subdelegación del Gobierno en Toledo (Konsegwenzi tas-sentenza Zaizoune)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑568/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:807">EU:C:2020:807</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Dan ingħad, mill-kliem stess tal-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42 isegwi li, sabiex jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>rikavat<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, il-vantaġġ ekonomiku, kemm jekk ikun dirett jew indirett, għandu, fi kwalunkwe każ, jirriżulta minn reat kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mid-deċiżjonijiet tar-rinviju, minn naħa, il-persuni kkonċernati ġew ikkundannati għall-pussess, bl-għan tat-traffikar tagħhom, ta’ sustanzi narkotiċi b’riskju għoli, liema reat kriminali ma huwiex, fih innifsu, ta’ natura li joħloq vantaġġ ekonomiku. Min-naħa l-oħra, minkejja li kien hemm provi li dawn il-persuni kkonċernati kienu involuti fil-bejgħ ta’ sustanzi narkotiċi, huma la ġew akkużati u lanqas ikkundannati għal tali reat kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandu jitqies, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, li, permezz tat-tieni u tat-tielet domanda tagħha, din il-qorti tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2014/42 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija tipprevedi biss il-konfiska tal-proprjetà li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>vantaġġ ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> li jirriżulta mir-reat kriminali li għalih l-awtur ta’ dan ir-reat ġie kkundannat jew li hija tipprevedi wkoll dik tal-proprjetà li tappartjeni lil dan l-awtur li għaliha hemm provi li tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku li jirriżulta minn attivitajiet kriminali oħrajn.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 1(1) tagħha, id-Direttiva 2014/42 tistabbilixxi regoli minimi dwar, b’mod partikolari, il-konfiska ta’ proprjetà f’materji kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tagħha, din id-direttiva tobbliga lill-Istati Membri jipprevedu tali konfiska fi tliet każijiet li għandhom jiġu eżaminati suċċessivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, dan jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jippermettu l-konfiska, b’mod partikolari, tar-rikavat kollu jew ta’ parti minnu, jiġifieri vantaġġi ekonomiċi miksuba, direttament jew indirettament, minn reati kriminali, bla ħsara għal kundanna definittiva għal reat kriminali, inkluża dik mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura fil-kontumaċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm din id-dispożizzjoni tipprevedi kundanna definittiva għal reat kriminali, hija madankollu ma tispeċifikax jekk dan ir-reat kriminali għandux neċessarjament ikun dak li minnu jirriżulta r-rikavat inkwistjoni jew jekk jistax ikun reat kriminali ieħor eventwalment marbut mal-ewwel wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42 jista’ jinftiehem aħjar fir-rigward tal-każijiet ta’ konfiska msemmija fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva kif ukoll fid-dawl tal-premessa 19 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/42, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex ikunu jistgħu jikkonfiskaw il-proprjetà kollha, jew parti minnha, li tappartjeni lil persuna li tkun instabet ħatja ta’ reat kriminali li jista’ joħloq, direttament jew indirettament, vantaġġ ekonomiku, meta qorti, abbażi taċ-ċirkustanzi tal-kawża, inklużi l-fatti konkreti u l-provi disponibbli, tkun issodisfatta li l-proprjetà inkwistjoni toriġina minn attivitajiet kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-premessa 19 ta’ din id-direttiva, din tistipula li, sabiex il-kriminalità organizzata tkun miġġielda b’mod effettiv, jista’ jkun hemm ċerti sitwazzjonijiet li fihom, wara l-kundanna kriminali, għandha ssir il-konfiska mhux biss tal-proprjetà assoċjata ma’ reat kriminali speċifiku, iżda wkoll ta’ proprjetà addizzjonali identifikata mill-qorti bħala li tikkostitwixxi r-rikavat ta’ reati kriminali oħrajn. Skont l-istess premessa, dan l-approċċ jikkorrispondi għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>konfiska estiża<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens tal-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jitqies li l-konfiska estiża, prevista f’dan l-Artikolu 5, tkopri sitwazzjonijiet li fihom l-Artikolu 4 tal-istess direttiva ma jistax jiġi applikat minħabba l-assenza ta’ rabta bejn il-proprjetà inkwistjoni u r-reat li għalih ingħatat il-kundanna definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/42, moqri fid-dawl tal-Artikolu 5 tal-premessa 19 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tiegħu, huwa neċessarju li r-rikavat li l-konfiska tiegħu hija prevista jirriżulta mir-reat kriminali li għalih tkun saret il-kundanna definittiva tal-awtur tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sa fejn, kif jirriżulta mill-punt 45 ta’ din is-sentenza, ir-reat kriminali ta’ pussess, għall-finijiet tat-traffikar tagħhom, ta’ sustanzi narkotiċi b’riskju għoli, li għalih il-persuni kkonċernati ġew ikkundannati permezz ta’ sentenza definittiva, ma huwiex, fih innifsu, ta’ natura li jiġġenera vantaġġ ekonomiku, is-somom ta’ flus li l-konfiska tagħhom hija mitluba ma setgħux, għaldaqstant, jirriżultaw minn dan ir-reat kriminali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-konfiska ta’ tali somom ta’ flus ma hijiex koperta mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/42, filwaqt li jiġi ppreċiżat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>proprjetà<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> li huwa jirrigwarda jkopri, skont il-punt (2) tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, proprjetà ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>kwalunkwe deskrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> u, għaldaqstant ukoll somom ta’ flus, għandu jiġi osservat li, bħalma jirriżulta mill-formulazzjoni tiegħu, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 5 jeħtieġ, għall-finijiet tal-konfiska ta’ proprjetà, li jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>L-ewwel, il-persuna li għaliha tappartjeni l-proprjetà għandha tiġi rrikonoxxuta bħala ħatja ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2014/42 jippreċiża li dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> jinkludi tal-inqas, kif jirriżulta minn dan il-paragrafu 2(e), reat kriminali ssanzjonat, konformement mal-istrument applikabbli previst fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, permezz ta’ piena ta’ priġunerija ta’ tul massimu ta’ mill-inqas erba’ snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif ġie kkonstatat fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, il-pussess ta’ sustanzi narkotiċi għall-finijiet tat-traffikar tagħhom huwa reat kriminali ssanzjonat konformement mal-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas 2004/757, li għalih jirreferi l-punt (g) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tar-rekwiżit imsemmi fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, skont liema r-reat kriminali għandu jkun punibbli b’piena ta’ priġunerija għal perijodu massimu ta’ mill-inqas erba’ snin, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 4(2)(b) tal-imsemmija deċiżjoni qafas, il-piena massima prevista għar-reat imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tagħha hija ta’ mill-inqas ħames snin, b’mod partikolari meta r-reat jirrigwarda drogi fost l-iktar dannużi għas-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan il-każ, bħalma jsegwi mid-deċiżjonijiet tar-rinviju, il-persuni kkonċernati ġew ikkundannati għall-pussess ta’ prodotti narkotiċi b’riskju għoli, li donnu jindika li dawn il-kundanni kienu jikkonċernaw reati li jirrigwardaw drogi fost l-iktar dannużi għas-saħħa, fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tad-Deċiżjoni Qafas 2004/757, b’tali mod li r-reat li wettqu jidher li huwa ssanzjonat b’piena ta’ priġunerija ta’ tul massimu ta’ mill-inqas erba’ snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>It-tieni, ir-reat kriminali li għalih il-persuna tkun instabet ħatja għandu jkun jista’ jagħti lok, direttament jew indirettament, għal vantaġġ ekonomiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-premessa 20 tad-Direttiva 2014/42 tindika li, meta huma jistabbilixxu jekk reat kriminali jistax iwassal, direttament jew indirettament, għal tali vantaġġ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>l-Istati Membri jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni l-modus operandi, pereżempju jekk xi kondizzjoni għar-reat tkun li dan twettaq fil-kuntest ta’ kriminalità organizzata jew bil-ħsieb li jiġu ġġenerati profitti minn reati kriminali<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. It-tieni sentenza tal-imsemmija premessa tippreċiża madankollu li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmi <HT TYPE="ITALIC">modus operandi</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>ma għandux, inġenerali, jippreġudika l-possibbiltà li wieħed jirrikorri għall-konfiska estiża<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk ir-reat inkwistjoni fil-kawżi prinċipali li jikkonsisti fil-pussess ta’ prodotti narkotiċi b’riskju għoli għall-finijiet tat-traffikar tagħhom jistax jagħti lok, direttament jew indirettament, għal vantaġġ ekonomiku,<?PAGE NO="15"?> billi tieħu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, il-<HT TYPE="ITALIC">modus operandi</HT> tar-reat, fost liema b’mod partikolari hemm iċ-ċirkustanza li dan twettaq fil-kuntest tal-kriminalità organizzata jew bl-intenzjoni li jinkisbu profitti regolari minn reati kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>It-tielet, kif isegwi mill-premessa 21 tad-Direttiva 2014/42, il-qorti għandha, fi kwalunkwe każ, tkun konvinta, abbażi taċ-ċirkustanzi tal-kawża, inklużi tal-elementi fattwali konkreti u tal-provi disponibbli, li l-proprjetà inkwistjoni toriġina minn attivitajiet kriminali. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tista’ b’mod partikolari tieħu inkunsiderazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/42, l-isproporzjon bejn il-valur tal-proprjetà inkwistjoni u d-dħul legali tal-persuna kkundannata. Dan ingħad, din il-persuna għandu jkollha possibbiltà reali li tikkontesta ċ-ċirkustanzi tal-każ, inklużi l-fatti konkreti u l-provi disponibbli li abbażi tagħhom il-proprjetà kkonċernata titqies bħala proprjetà li toriġina minn attivitajiet kriminali, skont il-kliem tal-Artikolu 8(8) tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/42, dwar il-konfiska tal-assi ta’ terzi, dan jitlob lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jippermettu l-konfiska ta’ rikavat jew ta’ proprjetà li l-valur tagħhom jikkorrispondi għal dak tar-rikavat li jkun ġie ttrasferit, direttament jew indirettament, lil terzi minn persuna ssuspettata jew akkużata, jew li jkun ġie akkwistat minn terzi mingħand persuna ssuspettata jew akkużata, tal-inqas fil-każijiet fejn dawn it-terzi kienu jafu jew messhom kienu jafu li l-għan tat-trasferiment jew tal-akkwist kien biex tiġi evitata l-konfiska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-konfiska msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/42 tippreżupponi li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ rikavat lil terz jew ta’ akkwist ta’ tali rikavat minn terz kif ukoll l-għarfien minn dan it-terz tal-fatt li dan it-trasferiment jew dan l-akkwist kellu bħala għan, għall-persuna ssuspettata jew akkużata, li tevita l-konfiska.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa, id-deċiżjonijiet tar-rinviju ma jindikawx li dan huwa l-każ fil-kawżi prinċipali, b’tali mod li l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/42 ma jidhirx rilevanti fil-kuntest ta’ dawn il-kawżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domanda għandha tkun li d-Direttiva 2014/42 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprevedix biss il-konfiska tal-proprjetà li tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mir-reat kriminali li l-awtur ta’ dan ir-reat ġie kkundannat għalih, iżda li hija tipprevedi wkoll dik tal-proprjetà li tappartjeni lil dan l-awtur li l-qorti nazzjonali adita bil-kawża hija konvinta li toriġina minn attivitajiet kriminali oħrajn, b’osservanza tal-garanziji previsti fl-Artikolu 8(8) ta’ din id-direttiva u bil-kundizzjoni li r-reat li l-imsemmi awtur ġie ddikjarat li huwa ħati tiegħu jinsab fost dawk elenkati fl-Artikolu 5(2) tal-imsemmija direttiva u li dan ir-reat ikun jista’ jagħti lok, direttament jew indirettament, għal vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 47 tal-Karta għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-konfiska, favur l-Istat, ta’ proprjetà li huwa allegat li tappartjeni lil persuna differenti mill-awtur tar-reat kriminali inkwistjoni, mingħajr ma din il-persuna ma jkollha l-possibbiltà li tikkostitwixxi ruħha bħala parti fil-proċedura ta’ konfiska.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta, fir-rigward tal-azzjoni tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) tagħha, skont liema d-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għall-Istati Membri biss meta dawn ikunu qegħdin jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210114">14 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Okrazhna prokuratura – Haskovo u Apelativna prokuratura – Plovdiv</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑393/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:8">EU:C:2021:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jsegwi li l-Artikolu 53(2)(b) tan-NK ġie introdott permezz taż-zakon za izmenenie i dopalnenie na nakazatelnia kodeks (il-Liġi li Temenda u li Tissupplimenta l-Kodiċi Kriminali) (DV Nru 7 tat‑<DATE ISO="20190122">22 ta’ Jannar 2019</DATE>), u li din il-liġi tinvolvi l-implimentazzjoni, fid-dritt Bulgaru, tad-Direttiva 2014/42, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta. Għalhekk, bl-adozzjoni ta’ din l-istess liġi, il-leġiżlatur Bulgaru kien obbligat jirrispetta d-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Skont l-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni ġew miksura għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu u b’mod partikolari li l-kawża tagħha tinstema’ b’mod ġust. Barra minn hekk, id-drittijiet fundamentali msemmija fl-imsemmi Artikolu 47 huma affermati mill-ġdid mid-Direttiva 2014/42 innifisha, li l-Artikolu 8(1) tagħha jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-persuni kkonċernati mill-miżuri previsti minn din id-direttiva jkollhom dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq sabiex jitħarsu d-drittijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, minħabba n-natura ġenerali tal-formulazzjoni tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/42, il-persuni li lilhom l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu rimedji effettivi u smigħ xieraq ma humiex biss dawk irrikonoxxuti ħatja ta’ reat iżda wkoll it-terzi li l-proprjetà tagħhom hija kkonċernata mid-deċiżjoni ta’ konfiska (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210114">14 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Okrazhna prokuratura – Haskovo u Apelativna prokuratura – Plovdiv</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑393/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:8">EU:C:2021:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tirriżulta wkoll mill-premessa 33 tad-Direttiva 2014/42, li tistipula li din id-direttiva tippreġudika b’mod sinjifikattiv id-drittijiet tal-persuni, mhux biss tal-persuni ssuspettati jew tal-akkużati, iżda wkoll ta’ terzi li ma humiex is-suġġett ta’ prosekuzzjoni filwaqt li jsostnu li huma s-sidien tal-proprjetà kkonċernata. Għaldaqstant huwa meħtieġ, skont din il-premessa, li jiġu previsti garanziji speċifiċi u rimedji ġudizzjarji sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ta’ dawn il-persuni fl-implimentazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 8 tagħha, id-Direttiva 2014/42 tipprevedi diversi garanziji speċifiċi sabiex tiġi żgurata s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali ta’ tali terzi fl-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fost dawn il-garanziji hemm dik prevista fl-Artikolu 8(7) tal-imsemmija direttiva, skont liema l-persuni li l-proprjetà tagħhom tkun ġiet affettwata mid-deċiżjoni ta’ konfiska għandhom id-dritt ta’ aċċess għal avukat matul il-proċedimenti kollha ta’ konfiska f’dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tar-rikavat u l-mezzi strumentali sabiex ikunu jistgħu jħarsu d-drittijiet tagħhom. Barra minn hekk, skont din id-dispożizzjoni, il-persuni kkonċernati għandhom jiġu informati b’dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti 76 u 77 ta’ din is-sentenza u sa fejn l-Artikolu 8(7) tad-Direttiva 2014/42 ma jagħmilx riferiment biss għall-persuna akkużata jew misjuba ħatja ta’ reat kriminali iżda, b’mod iktar ġenerali, għall-persuni li l-proprjetà tagħhom hija kkonċernata, din id-dispożizzjoni tapplika<?PAGE NO="17"?> wkoll għat-terzi li jallegaw li huma l-proprjetarji tal-proprjetà li hija maħsuba l-konfiska tagħha, li, konformement mal-Artikolu 8(9) ta’ din id-direttiva, għandhom id-dritt li jinvokaw it-titolu ta’ proprjetà tagħhom fuq din il-proprjetà u dan, inkluż, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dritt ta’ aċċess għal avukat matul il-proċedura kollha ta’ konfiska evidentement jinkludi d-dritt għal dan it-terz għal smigħ fil-kuntest ta’ din il-proċedura, li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jiżgura lid-detentur tiegħu l-possibbiltà li jagħmel il-perspettiva tiegħu magħrufa b’mod utli u effettiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sacko</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:591">EU:C:2017:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fatt li huwa kkonfermat mill-premessa 33 tad-Direttiva 2014/42, skont liema l-garanziji speċifiċi u r-rimedji ġudizzjarji sabiex tiġi żgurata s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali tat-terzi, fl-implimentazzjoni tal-imsemmija direttiva, jinkludu d-dritt għal smigħ għat-terzi li jsostnu li huma l-proprjetarji tal-proprjetà kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 8(1), (7) u (9) tad-Direttiva 2014/42 jirriżulta għalhekk li terz li jallega jew fejn huwa allegat, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ konfiska, li huwa l-proprjetarju tal-proprjetà li l-konfiska tagħha hija maħsuba, għandu jiġi informat bid-dritt tiegħu li jikkostitwixxi parti fil-kuntest tal-imsemmija proċedura kif ukoll bid-dritt tiegħu għal smigħ u għandu jitqiegħed f’pożizzjoni li jeżerċita dawn id-drittijiet u li jinvoka t-titolu ta’ proprjetà tiegħu qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ konfiska ta’ din il-proprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Gvern Bulgaru espona, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li, skont id-dritt Bulgaru, terzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, ma jistgħux jikkostitwixxu partijiet fil-kuntest tal-proċedura stess ta’ konfiska prevista fil-punt (1) tal-Artikolu 306(1) tan-NPK. Madankollu, skont dan il-gvern, id-dritt Bulgaru joffri lil kull terz li jallega li d-dritt ta’ proprjetà tiegħu nkiser fil-kuntest ta’ tali proċedura l-possibbiltà li jsostni t-talba tiegħu quddiem qorti ċivili. B’mod iktar preċiż, dan it-terz jista’ jinvoka l-azzjoni rivendikatorja, irregolata mill-Artikolu 108 taż-zakon za sobstvenostta (il-Liġi dwar il-Proprjetà) (DV Nru 92 tas‑<DATE ISO="19511116">16 ta’ Novembru 1951</DATE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-eżistenza, fid-dritt Bulgaru, ta’ tali azzjoni ma tippermettix li jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit li jirriżulta mill-Artikolu 8(1), (7) u (9) tad-Direttiva 2014/42, kif ippreċiżat fil-punt 82 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, permezz ta’ tali azzjoni, it-terz jista’ l-iktar l-iktar jirreaġixxi għall-ksur eventwali tad-dritt għall-proprjetà tiegħu li jkun jirriżulta minn deċiżjoni ta’ konfiska tal-proprjetà tiegħu, iżda mhux jinvoka dan id-dritt sabiex jipprevjeni l-adozzjoni stess ta’ tali deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 8(1), (7) u (9) tad-Direttiva 2014/42, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-konfiska, favur l-Istat, ta’ proprjetà li huwa allegat li tappartjeni lil persuna differenti mill-awtur tar-reat kriminali, mingħajr ma din il-persuna ma jkollha l-possibbiltà li tikkostitwixxi ruħha bħala parti fil-proċedura ta’ konfiska.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-pussess ta’ sustanzi narkotiċi għall-finijiet tat-traffikar tagħhom jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, minkejja li l-elementi kollha inerenti għat-twettiq ta’ dan ir-reat huma limitati għal Stat Membru wieħed biss.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2014/42 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprevedix biss il-konfiska tal-proprjetà li tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mir-reat kriminali li l-awtur ta’ dan ir-reat ġie kkundannat għalih, iżda li hija tipprevedi wkoll dik tal-proprjetà li tappartjeni lil dan l-awtur li l-qorti nazzjonali adita bil-kawża hija konvinta li toriġina minn attivitajiet kriminali oħrajn, b’osservanza tal-garanziji previsti fl-Artikolu 8(8) ta’ din id-direttiva u bil-kundizzjoni li r-reat li l-imsemmi awtur ġie ddikjarat li huwa ħati tiegħu jinsab fost dawk elenkati fl-Artikolu 5(2) tal-imsemmija direttiva u li dan ir-reat ikun jista’ jagħti lok, direttament jew indirettament, għal vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-istess direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(1), (7) u (9) tad-Direttiva 2014/42, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-konfiska, favur l-Istat, ta’ proprjetà li huwa allegat li tappartjeni lil persuna differenti mill-awtur tar-reat kriminali, mingħajr ma din il-persuna ma jkollha l-possibbiltà li tikkostitwixxi ruħha bħala parti fil-proċedura ta’ konfiska.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>