14.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10872 – GEELY / RENAULT / RENAULT KOREA MOTORS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 351/03)

1.   

Fil-5 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Geely Automobile Holdings Limited (“Geely”, il-Gżejjer Cayman), sussidjarja ta’ Zhejiang Geely Holding Group Co., Ltd (ir-RP taċ-Ċina),

—

Renault S.A.S. (“Renault”, Franza), sussidjarja ta’ Renault S.A. (Franza).

Geely u Renault se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Renault Korea Motors Co., Ltd (“il-Kumpanija fil-Mira”), kumpanija inkorporata u attiva fil-Korea t’Isfel li bħalissa hija proprjetà ta’ sussidjarja ta’ Renault u Samsung. Bħalissa l-Kumpanija fil-Mira hija kkontrollata esklużivament minn Renault.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Geely timmanifattura u tbigħ karozzi tal-passiġġieri fid-dinja kollha,

Renault timmanifattura u tbigħ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief, tforni partijiet tal-karozzi u tipprovdi servizzi ta’ mobilità.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Il-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri fil-Korea t’Isfel u l-esportazzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri fi swieq kontigwi fl-Asja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10872 – GEELY / RENAULT / RENAULT KOREA MOTORS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.