|
26.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1612
tal-25 ta' Ottubru 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi. |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta' Ottubru 2019. |
|
(3) |
Hija disponibbli informazzjoni ta' identifikazzjoni addizzjonali dwar persuna fiżika waħda. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2019.”.
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BOGNER-STRAUSS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37).
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, l-entrata 3 taħt l-intestatura “Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 1 u 2” hija sostitwita b'li ġej:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' Identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
|
“3. |
Mathias/Joseph NIYONZIMA magħruf ukoll bħala KAZUNGU |
Data tat-twelid: 6.3.1956; 2.1.1967 Post tat-twelid: Komun ta' Kanyosha, Mubimbi, Provinċja ta' Bujumbura Rurali, Burundi Numru ta' reġistrazzjoni (SNR): O/00064 Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: OP0053090 |
Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi inċita l-vjolenza u atti ta' repressjoni waqt il-protesti li bdew fis-26 ta' April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza. Responsabbli li għen iħarreġ, jikkoordina u jarma lill-milizzji paramilitari Imbonerakure, inkluż barra l-Burundi, li huma responsabbli għal atti ta' vjolenza, repressjoni u abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi.” |