European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/230

30.1.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/230

tas-26 ta’ Jannar 2026

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja

(notifikata bid-dokument C(2026) 545)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva li tittieħed b’vettur u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt sever fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, filwaqt li tikkawża wkoll disturb fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra li jżommu l-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ta’ trażmissjoni tagħha b’vetturi.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi mqar żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(3)

Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u t-tul tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll tat-tul tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anki fatturi epidemjoloġiċi oħra, inkluż parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered. It-tul magħżul tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni tqiesu wkoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (4).

(4)

Ir-Regolament (UE) 2016/429, u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tiegħu, jipprevedi li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tuża tilqim ta’ emerġenza għall-kontroll effettiv ta’ marda elenkata, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament, fl-annimali miżmuma. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi żoni ta’ tilqim u tiżviluppa pjan ta’ tilqim li jissodisfa rekwiżiti speċifiċi. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (5), li jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, jistabbilixxi fost l-oħrajn ir-regoli speċifiċi li jridu jimplimentaw l-Istati Membri meta jużaw tilqim protettiv ta’ emerġenza fl-annimali bovini għall-prevenzjoni jew il-kontroll ta’ ċertu mard elenkat. Dak ir-Regolament Delegat jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu permessi l-movimenti tal-annimali mlaqqma u tal-prodotti tagħhom. Il-kundizzjonijiet speċifiċi għat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda huma stabbiliti fl-Anness IX ta’ dak ir-Regolament Delegat.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2248 (6) tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja. B’mod aktar partikolari, l-Artikolu 1, il-punt (a), ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jeħżiġi l-istabbiliment ta’ żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, f’dak l-Istat Membru, li trid tinkludi mqar iż-żoni elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 1, il-punt (b), ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-istabbiliment taż-żoni ta’ tilqim I u II fi Spanja, f’konformità mal-Parti I tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih. Jipprevedi wkoll li dawk iż-żoni ta’ tilqim iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati bħala tali fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248. Barra minn hekk, l-Artikolu 1, il-punt (c), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 jipprevedi li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll fiż-żoni ta’ tilqim I u II, iridu japplikaw imqar sad-dati elenkati fl-Annessi ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(6)

Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2604 (7), nhar is-7 ta’ Jannar 2026 Spanja nnotifikat tifqigħa ġdida tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi stabbiliment li jżomm l-annimali bovini fil-provinċja ta’ Ġirona, il-komunità tal-Katalonja. B’reazzjoni għal dik it-tifqigħa l-ġdida, Spanja stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-komunità tal-Katalonja f’dak l-Istat Membru, fejn qed jiġu applikati l-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(7)

Filwaqt li tqis din it-tifqigħa riċenti fi Spanja, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li taġġorna u temenda ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u t-tul tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248.

(8)

It-tip, id-daqs u d-durata taż-żoni ta’ tilqim I u II elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 jaf ikollhom bżonn jiġu emendati fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tevolvi fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u tal-progress tal-kampanja tat-tilqim, b’mod partikolari filwaqt li jitqies il-livell evolventi miksub tal-kopertura tat-tilqim. Għaldaqstant, fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jeħtieġ jiġu indikati d-dati tad-durata taż-żoni ta’ tilqim I u II.

(9)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 jipprojbixxi l-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni fi Spanja jew barra minn dak l-Istat Membru sad-dati elenkati f’dak l-Anness. Fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja, dik il-projbizzjoni jeħtieġ tinżamm.

(10)

Għalhekk, l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(11)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fi Spanja, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun biex ikun evitat li l-marda tkompli tinxtered fi Spanja, fi Stati Membri oħra, jew f’pajjiżi terzi u anki biex ikun evitat id-disturb bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni jew kull ostaklu mhux ġustifikat għall-kummerċ mal-pajjiżi terzi.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2026.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2248 tal-4 ta’ Novembru 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2076 (ĠU L, 2025/2248, 7.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2248/oj).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2604 tas-16 ta’ Diċembru 2025 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja (ĠU L, 2025/2604, 19.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2604/oj).


ANNESS

“ANNESS I

Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata

Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fi Spanja, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Il-provinċja ta’ Ġirona, il-komunità ta’ Cataluña

ES-LSD-2026-00001

Żona ta’ protezzjoni:

 

The following municipalities from the region Alt Empordà:

—

Agullana

—

Albanyà

—

Avinyonet de Puigventós

—

Biure

—

Boadella i les Escaules

—

Borrassà

—

Cabanelles

—

Cabanes

—

Cantallops

—

Capmany

—

Castelló d’Empúries

—

Cistella

—

Colera

—

Darnius

—

Espolla

—

Far d’Empordà (El)

—

Figueres

—

Fortià

—

Garrigàs

—

Garriguella

—

Jonquera (La)

—

Lladó

—

Llançà

—

Llers

—

Maçanet de Cabrenys

—

Masarac

—

Mollet de Peralada

—

Navata

—

Ordis

—

Pau

—

Pedret i Marzà

—

Peralada

—

Pont de Molins

—

Pontós

—

Port de la Selva (El)

—

Portbou

—

Rabós

—

Riumors

—

Sant Climent Sescebes

—

Sant Llorenç de la Muga

—

Santa Llogaia d’Àlguema

—

Siurana

—

Terrades

—

Vajol (La)

—

Vilabertran

—

Vilafant

—

Vilajuïga

—

Vilamalla

—

Vilamaniscle

—

Vilanant

—

Vila-sacra

 

The following municipalities from the region Garrotxa:

—

Beuda

—

Maià de Montcal

 

The following municipalities from the region Pla de L´Estany:

—

Crespià

—

Vilademuls

9.2.2026

Żona ta’ sorveljanza:

 

The following municipalities from the region Alt Empordà:

—

Agullana

—

Albanyà

—

Avinyonet de Puigventós

—

Biure

—

Boadella i les Escaules

—

Borrassà

—

Cabanelles

—

Cabanes

—

Cantallops

—

Capmany

—

Castelló d’Empúries

—

Cistella

—

Colera

—

Darnius

—

Espolla

—

Far d’Empordà (El)

—

Figueres

—

Fortià

—

Garrigàs

—

Garriguella

—

Jonquera (La)

—

Lladó

—

Llançà

—

Llers

—

Maçanet de Cabrenys

—

Masarac

—

Mollet de Peralada

—

Navata

—

Ordis

—

Pau

—

Pedret i Marzà

—

Peralada

—

Pont de Molins

—

Pontós

—

Port de la Selva (El)

—

Portbou

—

Rabós

—

Riumors

—

Sant Climent Sescebes

—

Sant Llorenç de la Muga

—

Santa Llogaia d’Àlguema

—

Siurana

—

Terrades

—

Vajol (La)

—

Vilabertran

—

Vilafant

—

Vilajuïga

—

Vilamalla

—

Vilamaniscle

—

Vilanant

—

Vila-sacra

 

The following municipalities from the region Garrotxa:

—

Beuda

—

Maià de Montcal

 

The following municipalities from the region Pla de L´Estany:

—

Crespià

—

Vilademuls

10.2.26 – 26.2.26

Żona ta’ sorveljanza:

 

The following municipalities from the region Alt Empordá:

—

Armentera (L’)

—

Bàscara

—

Cadaqués

—

Escala (L’)

—

Palau de Santa Eulàlia

—

Palau-saverdera

—

Roses

—

Sant Miquel de Fluvià

—

Sant Mori

—

Sant Pere Pescador

—

Saus, Camallera i Llampaies

—

Selva de Mar (La)

—

Torroella de Fluvià

—

Ventalló

—

Viladamat

—

Vilaür

—

Vilamacolum

 

The following municipalities from the region Baix Empordá:

—

Albons

—

Bellcaire d’Empordà

—

Bisbal d’Empordà (La)

—

Colomers

—

Corçà

—

Cruïlles, Monells i Sant Sadurní de l’Heura

—

Foixà

—

Fontanilles

—

Forallac

—

Garrigoles

—

Gualta

—

Jafre

—

Palau-sator

—

Pals

—

Parlavà

—

Pera (La)

—

Rupià

—

Serra de Daró

—

Tallada d’Empordà (La)

—

Torrent

—

Torroella de Montgrí

—

Ullà

—

Ullastret

—

Ultramort

—

Verges

—

Vilopriu

 

The following municipalities from the region Garrotxa:

—

Argelaguer

—

Besalú

—

Castellfollit de la Roca

—

Mieres

—

Montagut i Oix

—

Olot

—

Planes d’Hostoles (Les)

—

Preses (Les)

—

Riudaura

—

Sales de Llierca

—

Sant Aniol de Finestres

—

Sant Feliu de Pallerols

—

Sant Ferriol

—

Sant Jaume de Llierca

—

Sant Joan les Fonts

—

Santa Pau

—

Tortellà

—

Vall de Bianya (La)

—

Vall d’en Bas (La)

 

The following municipalities from the region Gironès:

—

Aiguaviva

—

Bescanó

—

Bordils

—

Canet d’Adri

—

Celrà

—

Cervià de Ter

—

Flaçà

—

Fornells de la Selva

—

Girona

—

Juià

—

Llambilles

—

Madremanya

—

Quart

—

Salt

—

Sant Gregori

—

Sant Jordi Desvalls

—

Sant Joan de Mollet

—

Sant Julià de Ramis

—

Sant Martí de Llémena

—

Sant Martí Vell

—

Sarrià de Ter

—

Vilablareix

—

Viladasens

 

The following municipalities from the region Osona:

—

Rupit i Pruit

—

Vidrà

 

The following municipalities from the region Pla de L´Estany:

—

Banyoles

—

Camós

—

Cornellà del Terri

—

Esponellà

—

Fontcoberta

—

Palol de Revardit

—

Porqueres

—

Sant Miquel de Campmajor

—

Serinyà

 

The following municipalities from the region Ripollès:

—

Camprodon

—

Llanars

—

Molló

—

Ogassa

—

Sant Joan de les Abadesses

—

Sant Pau de Segúries

—

Setcases

—

Vallfogona de Ripollès

—

Vilallonga de Ter

 

The following municipalities from the region La Selva:

—

Amer

—

Anglès

—

Cellera de Ter (La)

—

Sant Julià del Llor i Bonmatí

Susqueda

26.2.26

ANNESS II

Żona tat-tilqim II

Iż-żoni li ġejjin sal-aħħar jum tal-perjodu tal-irkupru msemmi fl-Anness IX, il-Parti 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361:

Żona amministrattiva

Żona tat-tilqim II

Il-komun tal-Catalunya

The following municipalities from the regions of Alt Empordà, Alt Urgell, Baix Empordà, Berguedà, Cerdanya, Garrotxa, Gironès, Maresme, Osona, Pla de l’Estany, Selva and Vallès Oriental:

 

The following municipalities from the region of Alt Empordà:

—

Agullana

—

Albanyà

—

Armentera (L’)

—

Avinyonet de Puigventós

—

Bàscara

—

Biure

—

Boadella i les Escaules

—

Borrassà

—

Cabanelles

—

Cabanes

—

Cadaqués

—

Cantallops

—

Capmany

—

Castelló d’Empúries

—

Cistella

—

Colera

—

Darnius

—

Escala (L’)

—

Espolla

—

Far d’Empordà (El)

—

Figueres

—

Fortià

—

Garrigàs

—

Garriguella

—

Jonquera (La)

—

Lladó

—

Llançà

—

Llers

—

Maçanet de Cabrenys

—

Masarac

—

Mollet de Peralada

—

Navata

—

Ordis

—

Palau de Santa Eulàlia

—

Palau-saverdera

—

Pau

—

Pedret i Marzà

—

Peralada

—

Pont de Molins

—

Pontós

—

Port de la Selva (El)

—

Portbou

—

Rabós

—

Riumors

—

Roses

—

Sant Climent Sescebes

—

Sant Llorenç de la Muga

—

Sant Miquel de Fluvià

—

Sant Mori

—

Sant Pere Pescador

—

Santa Llogaia d’Àlguema

—

Saus, Camallera i Llampaies

—

Selva de Mar (La)

—

Siurana

—

Terrades

—

Torroella de Fluvià

—

Vajol (La)

—

Ventalló

—

Vilabertran

—

Viladamat

—

Vilafant

—

Vilajuïga

—

Vilamacolum

—

Vilamalla

—

Vilamaniscle

—

Vilanant

—

Vila-sacra

—

Vilaür

 

The following municipalities from the region of Alt Urgell:

—

Cava

—

Josa i Tuixén

—

Pont de Bar (El)

 

The following municipalities from the region of Baix Empordà:

—

Albons

—

Begur

—

Bellcaire d’Empordà

—

Bisbal d’Empordà (La)

—

Calonge i Sant Antoni

—

Castell-Platja d’Aro

—

Colomers

—

Corçà

—

Cruïlles, Monells i Sant Sadurní de l’Heura

—

Foixà

—

Fontanilles

—

Forallac

—

Garrigoles

—

Gualta

—

Jafre

—

Mont-ras

—

Palafrugell

—

Palamós

—

Palau-sator

—

Pals

—

Parlavà

—

Pera (La)

—

Regencós

—

Rupià

—

Sant Feliu de Guíxols

—

Santa Cristina d’Aro

—

Serra de Daró

—

Tallada d’Empordà (La)

—

Torrent

—

Torroella de Montgrí

—

Ullà

—

Ullastret

—

Ultramort

—

Vall-llobrega

—

Verges

—

Vilopriu

 

The following municipalities from the region of Berguedà:

—

Bagà

—

Berga

—

Borredà

—

Castell de l’Areny

—

Castellar de n’Hug

—

Cercs

—

Fígols

—

Gisclareny

—

Gósol

—

Guardiola de Berguedà

—

Nou de Berguedà (La)

—

Olvan

—

Pobla de Lillet (La)

—

Quar (La)

—

Sagàs

—

Saldes

—

Sant Jaume de Frontanyà

—

Sant Julià de Cerdanyola

—

Santa Maria de Merlès

—

Vallcebre

—

Vilada

 

The following municipalities from the region of Cerdanya:

—

Alp

—

Bellver de Cerdanya

—

Bolvir

—

Das

—

Fontanals de Cerdanya

—

Ger

—

Guils de Cerdanya

—

Isòvol

—

Lles de Cerdanya

—

Llívia

—

Meranges

—

Montellà i Martinet

—

Prats i Sansor

—

Prullans

—

Puigcerdà

—

Riu de Cerdanya

—

Urús

 

The following municipalities from the region of Garrotxa:

—

Argelaguer

—

Besalú

—

Beuda

—

Castellfollit de la Roca

—

Maià de Montcal

—

Mieres

—

Montagut I Oix

—

Olot

—

Planes d’Hostoles (Les)

—

Preses (Les)

—

Riudaura

—

Sales de Llierca

—

Sant Aniol de finestres

—

Sant Feliu de Pallerols

—

Sant Ferriol

—

Sant Jaume de Llierca

—

Sant Joan les Fonts

—

Santa Pau

—

Tortellà

—

Vall de Vianya (La)

—

Vall d’en Bas (La)

 

The following municipalities from the region of Gironès:

—

Aiguaviva

—

Bescanó

—

Bordils

—

Campllong

—

Canet d’Adri

—

Cassà de la Selva

—

Celrà

—

Cervià de Ter

—

Flaçà

—

Fornells de la Selva

—

Girona

—

Juià

—

Llagostera

—

Llambilles

—

Madremanya

—

Quart

—

Salt

—

Sant Andreu Salou

—

Sant Gregori

—

Sant Joan de Mollet

—

Sant Jordi Desvalls

—

Sant Julià de Ramis

—

Sant Martí de Llémena

—

Sant Martí Vell

—

Sarrià de Ter

—

Vilablareix

—

Viladasens

 

The following municipalities from the region of Lluçanès:

—

Alpens

—

Lluçà

—

Olost

—

Perafita

—

Sobremunt

 

The following municipalities from the region of Maresme:

—

Arenys de Mar

—

Arenys de Munt

—

Argentona

—

Caldes d’Estrac

—

Calella

—

Canet de Mar

—

Dosrius

—

Malgrat de Mar

—

Mataró

—

Palafolls

—

Pineda de Mar

—

Sant Andreu de Llavaneres

—

Sant Cebrià de Vallalta

—

Sant Iscle de Vallalta

—

Sant Pol de Mar

—

Sant Vicenç de Montalt

—

Santa Susanna

—

Tordera

 

The following municipalities from the region of Osona:

—

Calldetenes

—

Brull (El)

—

Espinelves

—

Folgueroles

—

Gurb

—

Esquirol (l’)

—

Masies de Rosa (Les)

—

Masies de Voltregà (Les)

—

Malla

—

Manlleu

—

Montesquiu

—

Orís

—

Roda de Ter

—

Rupit i Pruit

—

Sant Agustí de Lluçanès

—

Sant Boi de Lluçanès

—

Sant Hipòlit de Voltregà

—

Sant Julià de Vilatorta

—

Sant Martí d’Albars

—

Sant Pere de Torelló

—

Sant Quirze de Besora

—

Sant Sadurní d’Osormort

—

Sant Vicenç de Torelló

—

Santa Cecília de Voltregà

—

Santa Eugènia de Berga

—

Santa Maria de Besora

—

Santa Maria de Corcó

—

Seva

—

Sora

—

Taradell

—

Tavèrnoles

—

Tavertet

—

Tona

—

Torelló

—

Vic

—

Vidrà

—

Viladrau

—

Vilanova de Sau

 

The following municipalities from the region of Pla de l’Estany:

—

Banyoles

—

Camós

—

Cornellà del Terri

—

Crespià

—

Esponellà

—

Fontcoberta

—

Palol de Revardit

—

Porqueres

—

Sant Miquel de Campmajor

—

Serinyà

—

Vilademuls

 

The following municipalities from the region of Ripollès:

—

Campdevànol

—

Campelles

—

Camprodon

—

Gombrèn

—

Lloses (Les)

—

Llanars

—

Molló

—

Ogassa

—

Pardines

—

Planoles

—

Queralbs

—

Ribes de Freser

—

Ripoll

—

Sant Joan de les Abadesses

—

Sant Pau de Segúries

—

Setcases

—

Toses

—

Vallfogona del Ripollès

—

Vilallonga de Ter

 

The following municipalities from the region of Selva (La):

—

Amer

—

Anglès

—

Arbúcies

—

Blanes

—

Breda

—

Brunyola i Sant Martí Sapresa

—

Caldes de Malavella

—

Cellera de Ter (La)

—

Fogars de la Selva

—

Hostalric

—

Lloret de Mar

—

Maçanet de la Selva

—

Massanes

—

Osor

—

Riells i Viabrea

—

Riudarenes

—

Riudellots de la Selva

—

Sant Feliu de Buixalleu

—

Sant hilari Sacalm

—

Sant Julià del Llor i Bonmatí

—

Santa Coloma de Farners

—

Sils

—

Susqueda

—

Tossa de Mar

—

Vidreres

—

Vilobí d’Onyar

 

The following municipalities from the region of Vallès Oriental:

—

Aiguafreda

—

Campins

—

Cànoves i Samalús

—

Cardedeu

—

Figaró-Montmany

—

Fogars de Montclús

—

Franqueses del Vallès (Les)

—

Garriga (La)

—

Gualba

—

Llinars del Vallès

—

Montseny

—

Roca del Vallès (La)

—

Sant Antoni de Vilamajor

—

Sant Celoni

—

Sant Esteve de Palautordera

—

Sant Pere de Vilamajor

—

Santa Maria de Palautordera

—

Tagamanent

—

Vallgorguina

—

Vilalba Sasserra

Żona tat-tilqim I

Iż-żoni li ġejjin sal-aħħar jum tal-perjodu tal-irkupru msemmi fl-Anness IX, il-Parti 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361:

Żona amministrattiva

Żona tat-tilqim I

Il-komunitajiet tal-Katalonja, ta’ Aragona, ta’ Navarra u tal-Pajjiż Bask

The entire territory of the regions of Pla d’Urgell, La Noguera, Segarra, Anoia, Alt Penedès, Garraf, Baix Llobregat, Barcelonès, Vallès Occidental, Bages, Moianès, Solsonès, Pallars Jussà, Pallars Sobirà, Alta Ribagorça, Vall d’Aran, the parts of Alt Urgell, Baix Empordá, Cerdanya, Berguedà, Girona, Osona, Vallès Oriental and Maresme not included in Zone II, all in the Autonomous Community of Catalonia

 

The following municipalities from the region of Segrià (Autonomous Community of Catalonia)

—

Alamús,

—

Alcoletge,

—

Alfarràs,

—

Alguaire,

—

Almenar,

—

Almacelles,

—

Alpicat,

—

Benavent de Segrià,

—

Corbins,

—

Lleida,

—

Portella,

—

Rosselló,

—

Torrefarrera,

—

Torre-serona,

—

Vilanova de la Barca

—

Vilanova de Segrià

 

The following municipalities in the region of Tamarite de Litera (Autonomous Community of Aragon):

—

Albelda,

—

Alcampell,

—

Altorricón,

—

Baélls,

—

Baldellou,

—

Camporrélls,

—

Castillonroy,

—

Tamarite de Litera

 

The following municipalities in the region of Graus (Autonomous Community of Aragon):

—

Arén,

—

Benabarre,

—

Campo,

—

Capella,

—

Castigaleu,

—

Estopiñán del Castillo,

—

Foradada del Toscar,

—

Graus,

—

Isábena,

—

Lascuarre,

—

Monesma y Cajigar,

—

Perarrúa,

—

La Puebla de Castro,

—

Puente de Montañana

—

Santaliestra y San Quílez,

—

Secastilla,

—

Sopeira,

—

Tolva,

—

Torre la Ribera,

—

Valle de Bardají,

—

Valle de Lierp,

—

Veracruz

—

Viacamp y Litera

 

The following municipalities in the region of Castejón de Sos (Autonomous Community of Aragon):

—

Benasque,

—

Bisaurri,

—

Bonansa,

—

Castejón de Sos,

—

Chía,

—

Laspaúles,

—

Montanuy,

—

Sahún,

—

Seira,

—

Sesué

—

Villanova

 

The following municipalities in the region of Boltaña (Autonomous Community of Aragon):

—

Abizanda

—

Aínsa-Sobrarbe

—

Bárcabo

—

Bielsa

—

Boltaña

—

Broto

—

Fanlo

—

Fiscal

—

Fueva, La

—

Gistaín

—

Labuerda

—

Laspuña

—

Palo

—

Plan

—

Puértolas

—

Pueyo de Araguás, El

—

San Juan de Plan

—

Tella-Sin

—

Torla-Ordesa

 

The following municipalities in the region of Jaca (Autonomous Community of Aragon):

—

Aisa

—

Ansó

—

Aragüés del Puerto

—

Bailo

—

Borau

—

Canal de Berdún

—

Canfranc

—

Castiello de Jaca

—

Fago

—

Jaca

—

Jasa

—

Mianos

—

Puente la Reina de Jaca

—

Salvatierra de Esca

—

Santa Cilia

—

Santa Cruz de la Serós

—

Sigüés

—

Valle de Hecho

—

Villanúa

 

The following municipalities in the region of Sabiñánigo (Autonomous Community of Aragon):

—

Biescas

—

Caldearenas

—

Hoz de Jaca

—

Panticosa

—

Sabiñánigo

—

Sallent de Gállego

—

Yebra de Basa

—

Yésero

 

The following municipalities in the region of Elizondo (Autonomous Community of Navarra):

—

Baztan

—

Urdazubi/Urdax

—

Zugarramurdi

 

The following municipalities in the region of Estella (Autonomous Community of Navarra):

—

Abárzuza/Abartzuza

—

Allín/Allin

—

Améscoa Baja

—

Aranarache/Aranaratxe

—

Artazu

—

Cirauqui/Zirauki

—

Eulate

—

Guesálaz/Gesalatz

—

Guirguillano

—

Larraona

—

Lezaun

—

Mañeru

—

Salinas de Oro/Jaitz

—

Valle de Yerri/Deierri

 

The following municipalities in the region of Irurzún (Autonomous Community of Navarra):

—

Altsasu/Alsasua

—

Araitz

—

Arakil

—

Arano

—

Arbizu

—

Areso

—

Arruazu

—

Bakaiku

—

Basaburua

—

Betelu

—

Ergoiena

—

Etxarri Aranatz

—

Goizueta

—

Goñi

—

Imotz

—

Irañeta

—

Irurtzun

—

Iturmendi

—

Lakuntza

—

Larraun

—

Leitza

—

Lekunberri

—

Olazti/Olazagutía

—

Uharte Arakil

—

Urdiain

—

Valle de Ollo/Ollaran

—

Ziordia

 

The following municipalities in the region of Ochagavia (Autonomous Community of Navarra):

—

Abaurregaina/Abaurrea Alta

—

Abaurrepea/Abaurrea Baja

—

Aria

—

Aribe

—

Burgui/Burgi

—

Castillonuevo

—

Esparza de Salazar/Espartza Zaraitzu

—

Ezcároz/Ezkaroze

—

Gallués/Galoze

—

Garaioa

—

Garde

—

Garralda

—

Güesa/Gorza

—

Hiriberri/Villanueva de Aezkoa

—

Isaba/Izaba

—

Izalzu/Itzaltzu

—

Jaurrieta

—

Navascués/Nabaskoze

—

Ochagavía/Otsagabia

—

Orbaizeta

—

Orbara

—

Oronz/Orontze

—

Roncal/Erronkari

—

Sarriés/Sartze

—

Urzainqui/Urzainki

—

Uztárroz/Uztarroze

—

Vidángoz/Bidankoze

 

The following municipalities in the region of Pamplona (Autonomous Community of Navarra):

—

Adiós

—

Ansoáin/Antsoain

—

Anue

—

Añorbe

—

Aranguren

—

Atetz

—

Barañáin/Barañain

—

Belascoáin

—

Beriáin

—

Berrioplano/Berriobeiti

—

Berriozar

—

Bidaurreta

—

Biurrun-Olcoz

—

Burlada/Burlata

—

Cendea de Olza/Oltza Zendea

—

Ciriza/Ziritza

—

Cizur

—

Echarri/Etxarri

—

Enériz/Eneritz

—

Etxauri

—

Ezcabarte

—

Galar

—

Huarte/Uharte

—

Ibargoiti

—

Iza/Itza

—

Juslapeña/Txulapain

—

Lantz

—

Legarda

—

Lizoain-Arriasgoiti/Lizoainibar-Arriasgoiti

—

Monreal/Elo

—

Muruzábal

—

Noáin (Valle de Elorz)/Noain (Elortzibar)

—

Obanos

—

Odieta

—

Olaibar

—

Orkoien

—

Pamplona/Iruña

—

Puente la Reina/Gares

—

Tiebas-Muruarte de Reta

—

Tirapu

—

Ucar

—

Ultzama

—

Unciti

—

Urroz-Villa

—

Uterga

—

Valle de Egüés/Eguesibar

—

Villava/Atarrabia

—

Zabalza/Zabaltza

—

Zizur Mayor/Zizur Nagusia

 

The following municipalities in the region of Sanguesa (Autonomous Community of Navarra):

—

Aoiz/Agoitz

—

Arce/Artzi

—

Auritz/Burguete

—

Erro

—

Esteribar

—

Izagaondoa

—

Lónguida/Longida

—

Lumbier

—

Luzaide/Valcarlos

—

Oroz-Betelu/Orotz-Betelu

—

Orreaga/Roncesvalles

—

Romanzado/Erromantzatua

—

Urraul Alto

—

Urraul Bajo

 

The following municipalities in the region of Santesteban (Autonomous Community of Navarra):

—

Arantza

—

Beintza-Labaien

—

Bera

—

Bertizarana

—

Donamaria

—

Doneztebe/Santesteban

—

Elgorriaga

—

Eratsun

—

Etxalar

—

Ezkurra

—

Igantzi

—

Ituren

—

Lesaka

—

Oiz

—

Saldías

—

Sunbilla

—

Urroz

—

Zubieta

 

The following municipalities in the region of Guipuzcoa (Autonomous Community of Basque Country):

—

Abaltzisketa

—

Aduna

—

Aia

—

Aizarnazabal

—

Albiztur

—

Alegia

—

Alkiza

—

Altzaga

—

Altzo

—

Amezketa

—

Andoain

—

Anoeta

—

Antzuola

—

Arama

—

Aretxabaleta

—

Arrasate/Mondragón

—

Asteasu

—

Astigarraga

—

Ataun

—

Azkoitia

—

Azpeitia

—

Baliarrain

—

Beasain

—

Beizama

—

Belauntza

—

Berastegi

—

Bergara

—

Berrobi

—

Bidania-Goiatz

—

Deba

—

Donostia/San Sebastián

—

Eibar

—

Elduain

—

Elgeta

—

Elgoibar

—

Errenteria

—

Errezil

—

Eskoriatza

—

Ezkio-Itsaso

—

Gabiria

—

Gaintza

—

Gaztelu

—

Getaria

—

Hernani

—

Hernialde

—

Hondarribia

—

Ibarra

—

Idiazabal

—

Ikaztegieta

—

Irun

—

Irura

—

Itsasondo

—

Larraul

—

Lasarte-Oria

—

Lazkao

—

Leaburu

—

Legazpi

—

Legorreta

—

Leintz-Gatzaga

—

Lezo

—

Lizartza

—

Mendaro

—

Mutiloa

—

Mutriku

—

Oiartzun

—

Olaberria

—

Oñati

—

Ordizia

—

Orendain

—

Orexa

—

Orio

—

Ormaiztegi

—

Pasaia

—

Segura

—

Soraluze-Placencia de las Armas

—

Tolosa

—

Urnieta

—

Urretxu

—

Usurbil

—

Villabona

—

Zaldibia

—

Zarautz

—

Zegama

—

Zerain

—

Zestoa

—

Zizurkil

—

Zumaia

—

Zumarraga

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/230/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)