European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4647

19.7.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11611 — PAI PARTNERS / HFO GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/4647)

1.   

Fil-11 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PAI Partners S.à r.l. (“PAI Partners”, il-Lussemburgu), sussidjarja posseduta totalment minn PAI Partners SAS (Franza),

—

In-negozju Health Facilities Operations (“HFO Group”, il-Ġermanja) ta’ Vamed AG, li fl-aħħar mill-aħħar huwa kkontrollat minn Fresenius SE &Co. GaA (il-Ġermanja).

PAI Partners se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ HFO Group.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

PAI Partners hija ditta ta’ ekwità privata li timmaniġġja għadd ta’ fondi li jinvestu fis-setturi tas-servizzi tan-negozju, tal-ikel, tal-prodotti għall-konsumatur, tal-industrija ġenerali u tal-kura tas-saħħa.

—

HFO Group huwa negozju tal-faċilitajiet tas-saħħa attiv fl-Awstrija, fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Iżvizzera u fir-Renju Unit, li joffri kemm servizzi ta’ riabilitazzjoni inpatient kif ukoll outpatient kif ukoll servizzi oħra tal-kura tas-saħħa bħall-mediċina preventiva u s-servizzi tal-infermiera.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11611 — PAI PARTNERS / HFO GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4647/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)