21.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8788 — Apple Inc./Shazam Entertainment Limited)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 106/10)

1.

Fl-14 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Apple Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Shazam Entertainment Limited (ir-Renju Unit).

Apple Inc. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Shazam Entertainment Limited kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

Il-konċentrazzjoni ġiet irriferuta lill-Kummissjoni mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Federali tal-Awstrija skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-referenza kienet suċċessivament konġunta mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ Franza, l-Italja, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżlanda u n-Norveġja.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Apple Inc.: id-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ apparati tal-komunikazzjoni mobbli u tal-midja, kompjuters personali u l-plejers diġitali portabbli talp-mużika, u l-bejgħ ta’ varjetà ta’ software relatat, servizzi, apparati periferali, soluzzjonijiet ta’ networking u kontenut diġitali u applikazzjonijiet diġitali ta’ terzi persuni,

—   Shazam Entertainment Limited: l-iżvilupp tal-app Shazam, li bħala l-funzjonalità ċentrali tagħha tippermetti lill-utenti li jagħrfu l-mużika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8788 — Apple Inc./Shazam Entertainment Limited

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).