11.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/128


P9_TA(2022)0390

Ħatra għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Keit Pentus-Rosimannus

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2022 dwar il-ħatra proposta ta' Keit Pentus-Rosimannus għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0316/2022 – 2022/0808(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2023/C 167/20)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0316/2022),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0272/2022),

A.

billi, bl-ittra tal-20 ta' Settembru 2022, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Keit Pentus-Rosimannus għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament imbagħad ipproċeda biex jevalwa l-kwalifiki ta' Keit Pentus-Rosimannus, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fit-twettiq ta' din l-evalwazzjoni, il-kumitat irċieva curriculum vitae mingħand Keit Pentus-Rosimannus kif ukoll it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju bil-miktub li kien indirizzat lilha;

C.

billi l-kumitat, imbagħad, ipproċeda bis-seduta ta' smigħ ta' Keit Pentus-Rosimannus fit-8 ta' Novembru 2022, li matulha hija għamlet stqarrija ta' ftuħ u wara wieġbet għall-mistoqsijiet li sarulha mill-membri tal-kumitat;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Keit Pentus-Rosimannus għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.