27.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/242


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009

(2011/610/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05894/2011 — C7-0051/2011),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-“Impriża Konġunta ARTEMIS” għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi tal-Kompjuter (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0126/2011),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2009;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta ARTEMIS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU C 342, 16.12.2010, p. 1.

(2)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)   ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(4)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2009,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05894/2011 — C7-0051/2011),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-“Impriża Konġunta ARTEMIS” għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi tal-Kompjuter (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta ARTEMIS adottati permezz ta’ Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tagħha fit-18 ta’ Diċembru 2008,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0126/2011),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.

billi l-Impriża Konġunta ARTEMIS twaqqfet f’Diċembru 2007 biex tiddefinixxi u timplimenta “Aġenda ta’ Riċerka” għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin għas-sistemi integrati tal-kompjuter f’oqsma ta’ applikazzjoni varji sabiex issaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbilità Ewropea, u tippermetti l-ħolqien ta’ swieq ġodda u applikazzjonijiet soċjetali,

C.

billi l-Impriża Konġunta tinsab f’fażi ta’ tnedija u kienet għadha ma stabbilietx bis-sħiħ il-kontrolli interni u s-sistemi għar-rappurtar finanzjarju tagħha sa tmiem l-2009,

L-implimentazzjoni tal-baġit

1.

Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2009 kien jinkludi EUR 46 000 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 8 000 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jirrikonoxxi wkoll li r-rati ta’ utilizzazzjoni tal-approprijazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet kienu 81 % u 20 % rispettivament;

2.

Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta tinsab f’fażi ta’ tnedija u għalhekk jifhem ir-rata ta’ utilizzazzjoni relattivament baxxa għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet;

Kontribuzzjoni tal-membri

3.

Jistieden lill-Impriża Konġunta tarmonizza l-preżentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-membri fil-kontijiet skont il-gwida tal-Kummissjoni;

4.

Jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tiżviluppa d-dispożizzjonijiet dwar is-sħubija u l-kofinanzjament u, b’mod partikolari, dwar:

—

l-arraġamenti għall-adeżjoni ta’ membri ġodda,

—

il-kontribuzzjonijiet in natura mill-membri,

—

it-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom l-Impriża Konġunta tista’ tivverifika l-kontribuzzjonijiet tal-membri,

—

il-kundizzjonijiet li skonthom il-Bord ta’ Tmexxija jista’ japprova kofinanzjament;

Sistemi ta’ kontroll intern

5.

Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tikkompleta l-implimentazzjoni tal-kontrolli interni u s-sistema ta’ informazzjoni finanzjarja tagħha; jitlob b’mod speċifiku lill-Impriża Konġunta biex:

—

ittejjeb id-dokumentazzjoni tal-attivitajiet u l-proċessi tal-IT u l-elenkar tar-riskji tal-IT,

—

tiżviluppa pjan għall-kontinwità tal-operat,

—

tiżviluppa politika ta’ protezzjoni tad-data;

6.

Jistieden lill-Impriża Konġunta tinkludi fir-Regoli Finanzjarji tagħha riferenza speċifika għas-setgħat tas-Servizz ta’ Verifika Interna (IAS) bħala l-Awditur Intern tagħha, abbażi tad-dispożizzjoni stipulata fir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi tal-Komunità;

7.

Jikkunsidra, b’mod partikolari, li r-rwol tal-IAS bħala Awditur Intern għandu jkun li tagħti parir lill-Impriża Konġunta dwar kif għandha tittratta r-riskji, billi toħroġ opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll u billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u għall-promozzjoni ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda; jikkunsidra li huwa essenzjali wkoll li l-Impriża Konġunta tippreżenta lill-awtorità li tagħti l-kwittanza rapport imħejji mid-Direttur Eżekuttiv tagħha li jissintetizza l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni magħmula mill-Awditur Intern, ir-rakkommandazzjonijiet li jkunu saru u l-azzjonijiet meħuda rigward dawn ir-rakkommandazzjonijiet;

8.

Huwa tal-fehma li, minħabba d-daqs tal-baġit tagħha u l-komplessità tal-kompiti tagħha, l-Impriża Konġunta għandha tikkunsidra li tistabbilixxi kumitat ta’ verifika li jirrapporta direttament lill-Bord ta’ Tmexxija;

Nuqqas ta’ ftehim ospitanti

9.

Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tikkonkludi malajr ftehim ospitanti mal-Belġju rigward akkomodazzjoni għall-uffiċċju, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandhom jiġu pprovduti mill-Belġju lill-Impriża Konġunta kif stipulat skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 74/2008.

(1)   ĠU C 342, 16.12.2010, p. 1.

(2)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)   ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(4)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.