<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0700619901.case.xml"><NO.CASE>C-119/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0119</NO.CELEX><NO.SEQ>0001.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>6228</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6250</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20070718">18.7.2007</DATE>- KAWŻA C-119/05</LEFT><RIGHT>LUCCHINI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-119/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja), permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20041022">22 ta' Ottubru 2004</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20050314">14 ta' Marzu 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Ministero dell'Industria, del Commercio e dell'Artigianato,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Lucchini SpA,</HT> li qabel kienet Lucchini Siderurgica SpA,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, P. Jann, C W. A. Timmermans, A. Rosas u K. Lenaerts, Presidenti ta' l-Awla, J. N. Cunha Rodrigues, R. Silva de Lapuerta, K. Schiemann (Relatur), J. Makarczyk, G. Arestis, A. Borg Barthet u M. Ilešič, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-6229"?><P>Avukat Ġenerali: L. A. Geelhoed,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20060606">6 ta' Ġunju 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Lucchini SpA, li qabel kienet Lucchini Siderurgica SpA, inizjalment minn F. Lemme, avvocato, wara minn G. Lemme u A. Anselmo, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn T. Boċek, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster, M. de Grave u C. ten Dam, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn V. Di Bucci u E. Righini, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' I-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta ta' l-<DATE ISO="20060914">14 ta' Settembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-6230"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-prinċipji tad-dritt Komunitarju applikabbli għar-revoka ta' att nazzjonali li jagħti għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, li ġie adottat permezz ta' sentenza tal-qorti li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' rikors imressaq minn impriża stabbilita fl-Italja, Lucchini SpA (li qabel kienet Siderpotenza SpA, sussegwentement Lucchini Siderurgica SpA, iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Lucchini<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>) kontra d-deċiżjoni tal-Ministero deirindustria, del Commercio e dell'Artigianato (il-Ministeru ta' l-Industrija, tal-Kummerċ u ta' l-Artiġjanat, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>MICA<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) li ordnat l-irkupru ta' l-għajnuna mill-Istat Il-MICA ġiet maħtura wara entitajiet oħra li preċedentement kellhom l-obbligu tal-ġestjoni ta' l-għajnuna mill-Istat fir-reġjun tal- Mezzogiorno (iktar 'il quddiem, l-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>awtoritajiet kompetenti<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(c) tat-Trattat KEFA jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jagħtu sussidji jew għajnuna ta kwalunkwe tip fis-setturi industrijali tal-faħam u ta' l-azzar.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6231"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Sa mill-1980, quddiem kriżi fis-settur ta' l-azzar fl-Ewropa, li bdiet issir iktar kritika u ġeneralizzata, ġew adottati bosta derogi minn din il-projbizzjoni assoluta u inkundizzjonata abbażi ta' l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 95 tat-Trattat KEFA.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>B'mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2320/81/KEFA tas-<DATE ISO="19810807">7 ta' Awwissu 1981</DATE> li tistabbilixxi regoli Komunitarji dwar l-għajnuna favur l-industrija ta' l-azzar (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="228" DATE.PUB="1981" PAGE.FIRST="14">ĠU L 228, p. 14</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem it-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>tieni kodiċi<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>) stabbilixxiet it-tieni kodiċi dwar għajnuna mill-Istat fl-azzar. L-għan ta' dan il-kodiċi kien li jippermetti l-għoti ta għajnuna bl-għan li jistabbilizza l-impriżi ta' l-azzar u jnaqqas il-kapaċità ta' produzzjoni tagħhom għal-livell tat-talba prevedibbli, filwaqt li jipprovdi għat-twaqqif gradwali ta din l-għajnuna f terminu ta' żmien predeterminat, għal dak li għandu x'jaqsam man-notifika tagħha lill-Kummissjoni (sat-<DATE ISO="19820930">30 ta' Settembru 1982</DATE>) u l-awtorizzazzjoni tagħha (sal-<DATE ISO="19830701">1 ta' Lulju 1983</DATE>) u anke l-għoti tagħha (sal-<DATE ISO="19841231">31 ta' Diċembru 1984</DATE>). Dawn it-termini ġew estiżi, fir-rigward tan-notifika, sal-<DATE ISO="19850531">31 ta' Mejju 1985</DATE>, fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni, sa l-<DATE ISO="19850801">1 ta' Awwissu 1985</DATE>, u fir-rigward ta' l-għoti, sal-<DATE ISO="19851231">31 ta Diċembru 1985</DATE>, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1018/85/KEFA tad-<DATE ISO="19850419">19 ta' April 1985</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni Nru 2320/81 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" DATE.PUB="1985" PAGE.FIRST="5">ĠU L 110, p. 5</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tieni kodiċi jipprovdi proċedura obbligatorja ta' approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-għajnuna kollha prevista. B'mod partikolari, skond l-Artikolu 8(1) ta' dan:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Il-Kummissjoni għandha tiġi informata, f'ħin utli biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett biex tiġi mogħtija jew biex tiġi modifikata għajnuna [...] L-Istat Membru interessat jista' jġib fis-seħħ il-miżuri maħsuba biss bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni u skond il-kundizzjonijiet stabbiliti minnha biss.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-6232"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 3484/85/KEFA tas-<DATE ISO="19851127">27 ta' Novembru 1985</DATE>, li tistabbilixxi regoli Komunitarji dwar l-għajnuna favur l-industrija ta' l-azzar (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="340" DATE.PUB="1985" PAGE.FIRST="1">ĠU L 340, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem it-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>tielet kodiċi<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>) issostitwixxiet it-tieni kodiċi u introduċiet it-tielet kodiċi ta għajnuna mill-Istat għall-industrija ta' l-azzar sabiex tippermetti deroga ġdida, iktar limitata, bejn l-<DATE ISO="19860101">1 ta' Jannar 1986</DATE> u l-<DATE ISO="19881231">31 ta' Diċembru 1988</DATE>, għall-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 4(c) tat-Trattat KEFA.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 3 tat-tielet kodiċi, il-Kummissjoni setgħet b'mod partikolari tawtorizza għajnuna ġenerali biex l-installazzjonijiet jiġu adattati għas-sistemi legali ġodda fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ambjent. L-għajnuna mogħtija ma setgħet febda każ taqbeż il-limitu ta' 15% ta' l-ekwivalenti fsussidju wara l-ispejjeż ta' l-investiment</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) tat-tielet kodiċi kien jippreċiża li l-għajnuna setgħet tiġi implementata biss skond il-proċduri stabbiliti fl-Artikolu 6 u ma setgħetx jagħtu lok għal ħlas wara l-<DATE ISO="19881231">31 ta Diċembru 1988</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1), (2) u (4), tat-tielet kodiċi kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Il-proġetti maħsuba sabiex jistabbilixxu jew jimmodifikaw l-għajnuna għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, f'biżżejjed żmien biex tkun tista' tiddeċiedi dwar il-każ [...]. Bl-istess mod hija għandha tiġi mgħarrfa dwar il-proġetti maħsuba biex japplikaw sistemi ta' għajnuna li dwarhom hija diġà tat deċiżjoni bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KEE fis-settur ta' l-azzar. In-notifiki lill-Kummissjoni tal-proġetti ta' għajnuna msemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru sat-<DATE ISO="19880630">30 ta' Ġunju 1988</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6233"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-proġetti kollha ta' intervent finanzjarju (sehem f'ishma, għoti ta kapital jew miżuri simili) min-naħa ta' l-Istati Membri, entitajiet territorjali jew organi li jużaw għal dan l-għan ir-riżorsi pubbliċi, favur intrapriżi ta' l-azzar għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, f'biżżejjed żmien biex tkun tista tieħu deċiżjoni f'dan is-sens, u mhux aktar tard mit-<DATE ISO="19880630">30 ta' Ġunju 1988</DATE>.</TXT><P>Il-Kummissjoni tiwerifika jekk dawn l-interventi għandhomx elementi ta' għajnuna, skond l-Artikolu 1, paragrafu 2, u eventwalment tevalwa l-kompatibbiltà ta' din id-deċiżjoni mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 sa 5.</P></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Jekk, wara li tkun stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw losservazzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni tqis li għajnuna mhijiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta' din id-deċiżjoni, hija tgħarraf lill-Istat Membru interessat bid-deċiżjoni tagħha. Il-Kummissjoni tiddeċiedi mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' tiddeċiedi dwar l-għajnuna in kwistjoni. Jekk Stat Membru ma jħarisx din id-deċiżjoni, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat KEFA. L-Istat Membru in kwistjoni ma jistax jeżegwixxi miżuri ppjanati bħal dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jekk mhux bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni u skond il-kundizzjonijiet stabbiliti minnha.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>It-tielet kodiċi ġie ssostitwit, mill-<DATE ISO="19890101">1 ta' Jannar 1989</DATE> u sal-<DATE ISO="19911231">31 ta' Diċembru 1991</DATE>, permezz tar-raba kodiċi, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni Nru 322/89/KEFA ta' l-<DATE ISO="19890201">1 ta Frar 1989</DATE>, li tistabbilixxi regoli Komunitarji dwar għajnuna favur lindustrija ta' l-azzar (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="038" DATE.PUB="1989" PAGE.FIRST="8">ĠU L 38, p. 8</REF.DOC.OJ>), li rrepeta, b'mod partikolari, l-Artikolu 3 tat-tielet kodiċi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6234"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Sa mill-iskadenza tat-Trattat KEFA, fit-<DATE ISO="20020723">23 ta' Lulju 2002</DATE>, is-sistema prevista mit-Trattat KE tapplika wkoll għall-għajnuna mill-Istat għall-industriji ta' l-azzar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 183 dwar l-intervent straordinarju fil-Mezzogiorno ta' l-Italja (Liġi Nru 183/1976 dwar il-kontroll ta' intervent straordinarju fil-Mezzogiorno), tat-<DATE ISO="19760502">2 ta' Mejju 1976</DATE> (GURI Nru 121 tat-<DATE ISO="19760508">8 ta' Mejju 1976</DATE>, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Liġi Nru 183/1976<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>), li tipprovdi, b'mod partikolari, il-possibbiltà li tagħti sussidi kemm bħala kapital kif ukoll ir-rimborż ta' l-imgħax, sa 30 % ta' l-ispejjeż ta' l-investimenti għat-twettiq ta' proġetti industrijali fil-Mezzogiorno.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan (codice civile), intitolat <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>Awtorità ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>,</HT> jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Il-konstatazzjonijiet stabbiliti f'deċiżjoni minn sentenza li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> huma obbligatorji bejn il-partijiet, l-eredi tagħhom jew l-aventi kawża tagħhom.<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skond il-qorti tar-rinviju, din id-dispożizzjoni tkopri mhux biss il-motivi invokati matul il-proċedimenti tal-kawża kkonċernata iżda anke dawk il-motivi li setgħu jiġu invokati.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Rigward il-livell proċedurali, din teskludi kull possibiltà li tirreferi quddiem qrati kawżi li diġà ġew deċiżi minn qorti oħra b'mod definittiv.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6235"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>It-talba ta' Lucchini ghal ghajnuna mill-Istat</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19851106">6 ta' Novembru 1985</DATE>, Lucchini ressqet talba għal għajnuna skond il-Liġi Nru 183/1976 quddiem l-awtoritajiet kompetenti, fid-dawl tal-modernizzazzjoni ta' ċertu installazzjonijiet ta' l-azzar. Għal investiment globali ta ITL <FT TYPE="NUMBER">2550</FT> miljun, Lucchini talbet li tibbenefika minn sussidju ta ITL 765 miljun (jiġifieri 30 % ta' l-ispejjeż) u ta' rimborż ta' l-imgħax fuq self ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">1020</FT> miljun. L-istitut ta' kreditu inkarigat li jeżamina t-talba għal self approva s-somma mitluba għal terminu ta' 10 snin, b'rata favorevoli ta' 4,25 %.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta ittra ta' l-<DATE ISO="19880420">20 ta April 1988</DATE>, l-awtoritajiet kompetenti Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 6(1) tat-tielet kodiċi dwar l-għajnuna, blintenzjoni li jagħtu għajnuna lil Lucchini. Skond in-notifika, din kienet għajnuna għal investiment għat-titjib tal-ħarsien ta' l-ambjent. L-ammont tar-rimborż ta' l-imgħax fuq self ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">1020</FT> miljun kien indikat bħala wieħed li jilħaq ITL 367 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta' ittra tat-<DATE ISO="19880622">22 ta Ġunju 1988</DATE> il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni f'dak li jikkonċerna n-natura ta' l-investimenti li jibbenefikaw minn din l-għajnuna kif ukoll il-kundizzjonijiet preċiżi (rata u dewmien) tas-self mitlub. F'din l-ittra ntalbet ukoll mingħand l-awtoritajiet kompetenti indikazzjoni dwar jekk l-għajnuna ngħatatx fil-kuntest ta' sistema ġenerali favur il-ħarsien ta' l-ambjent, sabiex ikun possibbli li l-installazzjonijiet jiġu adattati għal dawn ir-regoli ġodda f'dan il-qasam, b'indikazzjoni tar-regoli in kwistjoni. L-awtoritajiet kompetenti ma rrispondewx għal din it-talba.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6236"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19881116">16 ta' Novembru 1988</DATE>, fid-dawl tal-fatt li kienet qed toqrob l-iskadenza tat-terminu ta' żmien fil-31 ta' Diċembru ta' l-istess sena, stabbilita mit-tielet kodiċi għall-għoti ta' għajnuna, l-awtoritajiet kompetenti ddeċiedew li jagħtu prowiżorja-ment,kapital ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">382500</FT> miljun lil Lucchini, jiġifieri 15 % ta' l-investiment totali (minflok it-30% previst mil-Liġi Nru 183/76), li kellhom jitħallsu qabel il-<DATE ISO="19881231">31 ta Diċembru 1988</DATE>, kif kien jeżieġi t-tielet kodiċi. Madankollu r-rimborż ta' l-imgħax ġie miċħud, minħabba li dan kien ġab l-ammont globali ta' l-għajnuna mogħtija għal aktar mil-limitu ta' 15% previst minn dan il-kodiċi. Skond l-Artikolu 6 tat-tielet kodiċi, l-adozzjoni tal-miżura finali ta' għoti ta' għajnuna kienet suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, u ebda ħlas ma sar mingħand l-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ma setgħetx tevalwa mill-bidu l-kompatibbiltà ta l-għajnuna ppjanata mas-suq komuni, minħabba nuqqas ta' kjarifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti, hija fetħet kontra tagħhom il-proċedura prevista fl-Arikolu 6(4) tat-tielet kodiċi u infurmathom b'dan b'ittra tat-<DATE ISO="19890113">13 ta' Jannar 1989</DATE>. Awiż dwar din il-proċedura ġie ppubblikat <HT TYPE="ITALIC">fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> tat-<DATE ISO="19900323">23 ta Marzu 1990</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="073" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="5">ĠU C 73, p. 5</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B'telex tad-<DATE ISO="19890809">9 ta' Awwissu 1989</DATE>, l-awtoritajiet kompetenti pprovdew dettalji addizzjonali dwar l-għajnuna in kwistjoni. Permezz ta ittra tat-<DATE ISO="19891018">18 ta' Ottobru 1989</DATE>, il-Kummissjoni indikat lil dawn l-awtoritajiet li r-risposta tagħhom ma kinitx sodisfaċenti peress li ċerti dettalji kienu neqsin. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, fin-nuqqas ta risposta xierqa fit-tmiem ta' terminu ta' żmien ta 15-il jum ta' xogħol, hija kellha kull raġuni sabiex tadotta deċiżjoni finali fuq il-bażi ta' l-unika informazzjoni li hija kellha. Din l-ittra baqgħet mingħajr risposta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/555/KEFA</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 90/555/KEFA ta' l-<DATE ISO="19900620">20 ta' Ġunju 1990</DATE>, dwar għajnuna maħsuba mill-awtoritajiet Taljani favur il-fabbriki ta' l-azzar ta' Tirreno u ta'<?PAGE NO="I-6237"?> Siderpotenza [Lucchini] (N195/88 — N200/88), (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="314" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="17">ĠU L 314, p. 17</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni ddikjarat l-għoti totali ta' din l-għajnuna favur Lucchini inkompatibbli mas-suq komuni, peress li ma kienx intwera li l-kundizzonijiet neċessarji għad-deroga prevista fl-Artikolu 3 tat-tielet kodiċi kienu sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Din id-Deċiżjoni ġiet innotifikata lill-awtoritajiet kompetenti fl-<DATE ISO="19900720">20 ta' Lulju 1990</DATE> u ppubblikata <HT TYPE="ITALIC">fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> fl-<DATE ISO="19901114">14 ta' Novembru 1990</DATE>. Lucchini ma kkontestatx din id-deċiżjoni fi żmien xahar kif previst fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat KEFA.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-proċedura quddiem il-qorti ċivili</P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Qabel ma ttieħdet id-Deċiżjoni 90/555, Lucchini, peress li kienet għadha ma rċevietx l-għajnuna, ressqet lill-awtoritajiet kompetenti quddiem it-Tribunale civile e penale ta' Ruma fis-<DATE ISO="19890406">6 ta' April 1989</DATE>, sabiex tistabbilixxi d-dritt tagħha għall-ħlas totali ta' l-għajnuna li kienet inizjalment mitluba (jiġifieri sussidju ta' ammont ta ITL 765 miljun u rimborż ta' l-imgħax ta' l-ammont ta' ITL 367 miljun).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza ta' l-<DATE ISO="19910724">24 ta' Lulju 1991</DATE>, jiġifieri wara d-Deċiżjoni 90/555, it-Tribunale civile e penale ta Ruma ddeċieda li Lucchini kellha dritt li tieħu l-għajnuna in kwistjoni u ordnat lill-awtoritajiet kompetenti jħallsu s-somom mitluba. Din is-sentenza kienet ibbaża biss fuq il-Liġi Nru 183/1976. La t-Trattat KEFA u lanqas it-tielet jew ir-raba' kodiċi jew id-Deċiżjoni 90/555 ma ġew iċċitati millpartijiet quddiem it-Tribunale civile e penale ta' Ruma u din il-qorti ma rreferietx għal dawn id-dispożizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio.</HT> It-tieni kodiċi kien ġie ċċitat millawtoritajiet kompetenti, iżda l-imsemmija qorti ma kkunsidratx dan il-kodiċi għaliex ma kienx għadu fis-seħħ meta ġraw il-fatti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6238"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-awtoritajiet kompetenti appellaw kontra din is-sentenza quddiem il-Corte d'appello ta' Ruma. Huma kkontestaw il-kompetenza tal-qrati ċivili u sostnew li ma kellhom ebda obbligu ta' ħlas għal għajnuna, u għall-ewwel darba, alternattivament, li dan l-obbligu setgħa jestendi biss sal-limitu ta' 15% ta' l-investiment skond ta' l-Artikolu 3 tat-tielet kodiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta' sentenza tas-<DATE ISO="19940506">6 ta' Mejju 1994</DATE>, il-Corte d'appello di Roma ċaħdet dan lappell u kkonfermat is-sentenza tat-Tribunale civile e penale ta' Ruma.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F'nota tad-<DATE ISO="19950119">19 ta' Jannar 1995</DATE>, l-Awocatura Generale dello Stato analizzat is-sentenza tal-Corte d'appello ta' Ruma u ddeċidiet li din kienet mogħtija in konformità mar-regoli ta motivazzjoni u ta dritt. Konsegwentement, l-awtoritajiet kompetenti ma appellawx fil-Kassazzjoni. Minħabba li s-sentenza ma ġietx ikkontestata, din saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fit-<DATE ISO="19950228">28 ta' Frar 1995</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minħabba li fl-<DATE ISO="19951120">20 ta' Novembru 1995</DATE> l-ammonti ta' għajnuna kienu għadhom ma tħallsux, u wara rikors ta' Lucchini, il-President tat-Tribunale civile e penale ta' Ruma ordna lill-awtoritajiet kompetenti jħallsu l-ammonti dovuti lil Lucchini. Din l-inġunzjoni ġiet iddikjarata prowiżorjament eżekuttiva u, fi Frar 1996, Lucchini kisbet il-qbid ta ċerti beni ta' MICA, b'mod partikolari, il-karozzi ta' dan il-Ministeru, peress li dan kien għadu ma eżegwiex l-ordni ta' l-inġunzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Sussegwentament, fit-<DATE ISO="19960308">8 ta' Marzu 1996</DATE>, permezz tad-Digriet Nru 17975 tad-Direttur Ġenerali tal-MICA, Lucchini ngħatat għajnuna f'kapital ta' ITL 765 miljun u rimborż ta' l-imgħax ta' ITL 367 miljun, bħala eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Corte d'appello ta Ruma. Id-digriet kien jipprovdi li din l-għajnuna tiġi rrevokata kollha kemm hi, jew parzjalment, b'mod partikolari, <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>f'każ ta' deċiżjonijiet Komunitarji<?PAGE NO="I-6239"?> negattivi dwar il-validità ta' l-għoti jew il-ħlas ta' l-għajnuna msemmija<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>. Fit-<DATE ISO="19960322">22 ta' Marzu 1996</DATE> din l-għajnuna, ta' l-ammont ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">1132</FT> miljun, tħallset u s-somma ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">601375</FT> ġiet miżjuda, fis-<DATE ISO="19960416">16 ta' April 1996</DATE>, bħala interessi legali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-iskambju ta' korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani</P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta' nota tal-<DATE ISO="19960715">15 ta' Lulju 1996</DATE> indirizzata lill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni osservat li, minkejja d-Deċiżjoni 90/555 :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>[...] wara sentenza tal-[Corte d'appello di Roma] tas-<DATE ISO="19900506">6 ta Mejju 1994</DATE>, li, bi ksur tal-prinċipji l-aktar bażiċi tad-dritt Komunitarju, stabbilixxiet li [Lucchini] għandha d-dritt li tibbenefika mill-għajnuna li kienet diġà ddikjarata inkompatibbli mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet [kompetenti], li ma kkunsidrawx li kien xieraq li jappellaw fil-Kassazzjoni, taw, fix-xahar ta' April ta' l-istess sena, l-għajnuna msemmija iktar 'il fuq, li hija inkompatibbli mas-suq komuni.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>L-awtoritajiet kompetenti rrispondew permezz ta' nota tas-<DATE ISO="19960726">26 ta' Lulju 1996</DATE> fejn sostnew li l-għajnuna ngħatat kienet <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>suġġetta għad-dritt ta' rkupru<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tan-Nota Nru 5259 tas-<DATE ISO="19960916">16 ta' Settembru 1996</DATE>, il-Kummissjoni wriet ilfehma tagħha li l-awtoritajiet kompetenti, meta taw l-għajnuna li kienet diġà ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni 90/555 lil Lucchini, kienu kisru d-dritt Komunitarju u stiednet dawn l-istess awtoritajiet jirkupraw l-għajnuna in kwistjoni fi żmien ħmistax il-ġurnata u jikkomunikawlha, fi żmien xahar, il-miżuri konkreti adottati sabiex tikkonforma ma din id-deċiżjoni. Jekk l-awtoritajiet imsemmija kienu ser jonqsu milli jikkonformaw ma' din l-inġunzjoni, il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi nuqqas ta twettiq ta' obbligu skond l-<?PAGE NO="I-6240"?>Artikolu 88 tat-Trattat KEFA u stiednet lill-awtoritajiet kompetenti jressqu eventwali osservazzjonijiet ġodda skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat KEFA fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Ir-revoka ta' l-ghajnuna moghtija</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tad-Digriet Nru 20357, ta' l-<DATE ISO="19960920">20 ta Settembru 1996</DATE>, il-MICA rrevoka d-Digriet Nru 17975, tat-<DATE ISO="19960308">8 ta' Marzu 1996</DATE>, u ordna restituzzjoni tas-somma ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">1132</FT> miljun, miżjuda b'interessi li jikkorrispondu għar-rati stabbiliti u ta' dik ta' ITL <FT TYPE="NUMBER">601375000</FT> miljun, miżjuda bl-inflazzjoni monetarja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju</P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz ta' rikors tas-<DATE ISO="19961116">16 ta Novembru 1996</DATE>, Lucchini kkontestat id-Digriet Nru 20357 quddiem it-Tribunale amministrativo regionale del Lazio. Dan ta' l-aħħar laqa' t-talba ta' Lucchini bsentenza ta' l-<DATE ISO="19990401">1 ta April 1999</DATE>, billi kkunsidra li lprerogattivi li jippermettu lill-amministrazzjoni pubblika li tirrevoka l-atti invalidi tagħha stess minħabba illegalità jew nullità kienu limitati, f'dan il-każ, mid-dritt għall-għoti ta' għajnuna stabbilit minn sentenza tal-Corte d'appello ta' Ruma li kienet <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-Avvocatura Generale dello Stato, li kienet qegħda taġixxi f'isem il-MICA, appellat quddiem il-Consiglio di Stato (kunsill ta l-Istat) fit-<DATE ISO="19991102">2 ta' Novembru 1999</DATE>, li fih invokat l-aggravju li d-dritt Komunitarju li kien direttament applikabbli, u li kien jinkludi kemm it-tielet kodiċi kif ukoll id-Deċiżjoni 90/555, kellu jagħti prevalenza lis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tal-Corte d'appello ta' Ruma.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6241"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Consiglio di Stato kkonstata l-eżistenza ta' kunflitt bejn din is-sentenza u d-Deċiżjoni 90/555.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Skond il-Consiglio di Stato, huwa evidenti li l-awtoritajiet kompetenti setgħu u kellhom jinvokaw fil-ħin l-eżistenza tad-Deċiżjoni 90/555 matul il-kawża deċiża mill-Corte d'appello ta Ruma, kawża li fiha d-diskussjoni kienet tirrigwarda fost l-oħrajn, il-legalità tan-nuqqas ta' għoti ta għajnuna minħabba li l-għoti ta' din l-għajnuna kien suġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Konsegwentement, peress li l-awtoritajiet kompetenti kienu rrinunzjaw li jikkontestaw is-sentenza mogħtija mill-Corte d'appello ta' Ruma, mhemmx dubju li din is-sentenza saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u li din l-awtorità tapplika għall-kwistjoni dwar il-kompatibbiltà ta' l-għajnuna mill-Istat mad-dritt Komunitarju, mill-inqas għal dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet Komunitarji li ttieħdu qabel ma ngħatat is-sentenza. Għaldaqs-tant, sentenza <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tista tiġi invokata wkoll kontra d-Deċiżjoni 90/555 li ġiet adottata qabel ma ntemmet il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Skond il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt Komunitarju li huwa direttament applikabbli, ikkostitwit fil-każ in kwistjoni mit-[tielet kodiċi], mid-Deċiżjoni [90/555], kif ukoll min-[Nota] Nru 5259 [...], li jordna lill-Gvern Taljan li jirkupra l-għajnuna mogħtija — atti li bis-saħħa tagħhom ġiet adottata d-deċiżjoni rkupru kkontestata fil-kawża preżenti (jiġifieri d-Digriet Nru 20357 [...]), huwa ġuridikament possibbli u fundat għal amministrazzjoni nazzjonali li tirkupra l-għajnuna mingħand benefiċjarju privat, minkejja li s-sentenza mogħtija minn qorti ċivili li tafferma l-obbligu inkundizzjonat tal-ħlas ta' l-għajnuna in kwistjoni saret <HT TYPE="ITALIC">res judicatdl</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-6242"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-proċedura ta' l-irkupru tal-ħlas, fid-dawl tal-prinċipju stabbilit li d-deċiżjoni fuq l-irkupru ta' l-għajnuna mogħtija li taqa' taħt id-dritt Komunitarju iżda li l-implementazzjoni tagħha u l-proċess ta' rkupru li jirriżulta minnha fin-nuqqas ta dispożizzjonijiet Komunitarji f'dan ir-rigward, irregolata mid-dritt nazzjonali (sentenza tal-<DATE ISO="19830921">21 ta' Settembru 1983</DATE>, Deutsche Milchkontor <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="205/82—215/82" YEAR="1983" PAGE.ECR="2633">205/82 sa 215/82, Ġabra p. 2633</REF.DOC.ECR>), hija legalment impossibbli minħabba deċiżjoni ġudizzjarja effettiva, li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> (l-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili [Taljan]) li tipproduċi l-effetti tagħha bejn individwu u l-amministrazzjoni u li tobbliga lill-amministrazzjoni tikkonforma magħha?<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq domandi preliminari dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattat KEFA, kif ukoll fuq atti li huma bbażati fuqu, anke jekk dawn id-domandi huma mressqa wara li t-Trattat KEFA skada. Anke jekk f'dawn iċ-ċirkustanzi l-Artikolu 41 ta' dan it-Trattat ma japplikax iżjed sabiex jagħti ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja, ikun kontra l-għan u l-koerenza tat-Trattati u irrikonċiljabbli mal-kontinwità tas-sistema legali Komunitarja jekk il-Qorti tal-Ġustizzja mhijiex kompetenti sabiex tassigura interpretazzjoni uniformi tar-regoli marbuta mat-Trattat KEFA u li jibqgħu jipproduċi effetti anke wara l-iskadenza ta' dan ta' l-aħħar (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="19900222">22 ta' Frar 1990</DATE>, Busseni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-221/88" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-495">C-221/88, Ġabra p. I-495, punt 16</REF.DOC.ECR>). L-ebda waħda mill-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet ma kienet barra minn hekk ikkontestat il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għal raġunijiet differenti, Lucchini madankollu tikkontesta l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari. It-talba ta' inammissibbiltà tagħha hija bbażata rispettivament fuq in-nuqqas ta regola Komunitarja li għandha tiġi interpretata, fuq in-nuqqas ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta sentenza ta' qorti nazzjonali jew l-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan u fuq il-fatt li d-domandi magħmula huma ta' natura ipotetika.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6243"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, fil-kuntest ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 234 KE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, kull evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża taqa taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali. Bl-istess mod hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha tressqet il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata, li għandha tevalwa fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża kemm in-neċessità għal deċiżjoni preliminari sabiex tkun f'pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. B'konsegwenza, peress illi d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (ara, b'mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20030225">25 ta' Frar 2003</DATE>, IKA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-326/00" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-1703">C-326/00, Ġabra p. I-1703, punt 27</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20050412">12 ta' April 2005</DATE>, Keller, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-145/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-2529">C-145/03, Ġabra p. I-2529, punt 33</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20060622">22 ta' Ġunju 2006</DATE>, Conseil general de la Vienne, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-419/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-5645">C-419/04, Ġabra p. I-5645, punt 19</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom hija ntalbet tieħu deċiżjoni mill-qorti nazzjonali sabiex tiwerifika l-ġurisdizzjoni proprja tagħha (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="19811216">16 ta' Diċembru 1981</DATE>, Foglia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="244/80" YEAR="1981" PAGE.ECR="3045">244/80, Ġabra p. 3045, punt 21</REF.DOC.ECR>). Ir-rifjut li tiddeċiedi fuq domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b'mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mitluba ma għandha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta' natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex l-elementi fattwali jew ta' dritt li huma essenzjali sabiex twieġeb b'mod utli għad-domandi magħmula lilha (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20010313">13 ta' Marzu 2001</DATE>, PreussenElektra, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-379/98" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-2099">C-379/98, Ġabra p. I-2099, punt 39</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20020122">22 ta' Jannar 2002</DATE>, Canal Satelite Digital, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-390/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-607">C-390/99, Ġabra p. I-607, punt 19</REF.DOC.ECR>, u Conseil general de la Vienne, iċċitata iktar 'il fuq, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li dan mhuwiex il-każ fil-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa ċar li t-talba għal deċiżjoni preliminari preżenti tirrigwarda regoli ta' dritt Komunitarju. Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ preżenti, mhijiex mitluba tinterpreta<?PAGE NO="I-6244"?> d-dritt nazzjonali jew sentenza mogħtija minn qorti nazzjonali iżda li tiddeċiedi fliema ċirkustanzi l-qrati nazzjonali għandhom l-obbligu, skond id-dritt Komunitarju, li ma japplikawx id-dritt nazzjonali. Għaldaqstant, jidher li d-domandi magħmula huma marbuta mas-suġġett tal-kawża prinċipali, kif iddefinit mill-qorti tar-rinviju, u li r-risposta għad-domandi magħmula tista' tkun utli għal din il-qorti sabiex tkun tista tiddeċiedi dwar l-annullament jew le tal-miżuri li ttieħdu għall-irkupru ta' l-għajnuna in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Gustizzja għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq it-talba għal deċiżjoni preliminari preżenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dritt Komunitarju jipprekludix l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali intiża li tistabbilixxi l-prinċipju ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata,</HT> bħal ma huwa l-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan, safejn l-applikazzjoni tagħha tostakola l-irkupru ta' għajnuna mogħtija mill-Istat bi ksur tad-dritt Komunitarju, u fejn l-inkompatibbiltà tagħha mas-suq komuni tkun ġiet ikkonstatata permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li saret definittiva.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar fl-ewwel lok li, fis-sistema legali Komunitarja, il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali huma limitati kemm fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat kif ukoll fir-rigward ta' l-invalidità ta' l-atti Komunitarji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6245"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali fil-qasam ta' l-ghajnuna mill-Istat</P></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-qrati nazzjonali jistgħu, fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat, jiddeċiedu fuq kawżi fejn għandhom l-obbligu li jinterpretaw u li japplikaw il-kunċett ta' għajnuna, imsemmi fl-Artikolu 87(1) KE, b'mod partikolari sabiex jiddeterminaw jekk miżura meħuda mill-Istat, li tittieħed mingħajr kunsiderazzjoni tal-proċedura ta' kontroll preliminari ta' l-Artikolu 88(3) KE taqax jew le taħt dan l-Artikolu (sentenzi tat-<DATE ISO="19770322">22 ta' Marzu 1977</DATE>, Steinike &amp; Weinlig, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="78/76" YEAR="1977" PAGE.ECR="595">78/76, Ġabra p. 595, punt 14</REF.DOC.ECR>, u tal-<DATE ISO="19911121">21 ta' Novembru 1991</DATE>, Federation nationale du commerce extérieur des produits alimentaires u Syndicat national des negociants et transformateurs de saumon, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-354/90" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-5505">C-354/90, Ġabra p. I-5505, punt 10</REF.DOC.ECR>). Bl-istess mod, sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura meħuda mill-Istat li tittieħed mingħajr kunsiderazzjoni għall-proċedura ta' eżami preliminari stabbilit mill-Artikolu 6 tat-tielet kodiċi għandhiex tkun suġġetta jew le għal dan l-eżami, qorti nazzjonali tista wkoll ikollha tinterpreta l-kunċett ta' għajnuna, imsemmi fl-Artikolu 4(c) tat-Trattat KEFA u l-Artikolu 1 tat-tielet kodiċi (ara, b'analoġija, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20010920">20 ta' Settembru 2001</DATE>, Banks, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-390/98" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-6117">C-390/98, Ġabra p. I-6117, punt 71</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qrati nazzjonali ma għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar il-kompatibbiltà ta' għajnuna mill-Istat mas-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Effettivament, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat, jew ta' skema ta' għajnuna mas-suq komuni taqa taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, li taġixxi taħt il-kontroll tal-qorti Komunitarja (ara s-sentenzi Steinlike &amp; Weinlig, iċċitata iktar 'il fuq, punt 9; Fédération nationale du commerce extérieur des produits alimentaires u Syndicat national des négociants et transformateurs de saumon, iċċitata iktar 'il fuq, punt 14, kif ukoll tal-<DATE ISO="19960711">11 ta' Lulju 1996</DATE>, SFEI <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-3547">C-39/94, Ġabra p. I-3547, punt 42</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6246"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali fir-rigward ta' l-invalidità ta' atti Komunitarji</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, jekk il-qrati nazzjonali jistgħu jkollhom jeżaminaw il-validità ta' att Komunitarju, madankollu huma ma għandhomx ġurisdizzjoni li jistabbilixxu huma stess L-invalidità ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji (sentenza tat-<DATE ISO="19871022">22 ta' Ottubru 1987</DATE>, Foto-Frost, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="314/85" YEAR="1987" PAGE.ECR="4199">314/85, Ġabra p. 4199, punt 20</REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja biss għandha ġurisdizzjoni li tistabbilixxi l-invalidità ta' att Komunitarju (sentenzi tal-<DATE ISO="19910221">21 ta' Frar 1991</DATE>, Zuckerfabrik Siiderdithmarschen u Zuckerfabrik Soest, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-143/88+C-92/89" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-415">C-143/88 u C-92/89, Ġabra p. I-415, punt 17</REF.DOC.ECR>, kif ukoll ta' l-<DATE ISO="20060110">10 ta Jannar 2006</DATE>, IATA u ELFAA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-403">C-344/04, Ġabra p. I-403, punt 27</REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, din il-ġurisdizzjoni tirriżulta wkoll espliċitament mill-Artikolu 41 tat-Trattat KEFA.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skond ġurisprudenza stabbilita, deċiżjoni adottata mill-istituzzjonijiet Komunitarji li ma kinitx ġiet ikkontestata mid-destinatarju tagħha fiż-żmien previst fil-ħames subparagrafu ta' l-Artikolu 230 KE ssir definittiva fir-rigward tiegħu (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19940309">9 ta' Marzu 1994</DATE>, TWD Textilwerke Deggendorf, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-188/92" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-833">C-188/92, Ġabra p. I-833, punt 13</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20021022">22 ta' Ottubru 2002</DATE>, National Farmers' Union, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/01" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-9079">C-241/01, Ġabra p. I-9079, punt 34</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li mhemmx il-possibiltà, għall-benefiċjarju ta' għajnuna mill-Istat li kienet is-suġġett ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata direttament għal Stat Membru wieħed li jaqa' taħtu l-benefiċjarju, li minħajr dubju seta' jikkontesta din id-deċiżjoni u li ħalla t-terminu taż-żmien imperattiv previst fl-Artikolu 230(5) KE jiskadi, li dan jikkontesta utilment il-legalità ta' din id-deċiżjoni quddiem il-qrati nazzjonali permezz ta rikors magħmul kontra l-miżuri ta' eżekuzzjoni ta' din id-deċiżjoni, meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali (sentenzi ċċitati TWD Textilwerke Degendorf, punti 17 u 20, kif ukoll National Farmers' Union, punt 35). L-istess prinċipji neċessarjament japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> fil-kuntest tal-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat KEFA.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6247"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju ġustament irrifjutat li tagħmel domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità tad-Deċiżjoni 90/555, deċiżjoni li Lucchini setgħet tikkontesta fi żmien xahar li jibda jiddekorri millpubblikazzjoni ta' din ta' l-aħħar skond l-Artikolu 33 tat-Trattat KEFA, ħaġa li m'għamlitx. Għal dawn l-istess raġunijiet, ma jistax jiġi kkunsidrat is-suġġeriment ta' Lucchini li titlob, sussidjarjament lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din eventwalment tiwerifika l-validità ta' din l-istess deċiżjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio.</HT></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali fil-kawża prinċipali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kunsiderazzonijiet preċedenti li la t-Tribunale civile e penali ta' Ruma u lanqas il-Corte d'appello ta' Ruma ma kellhom ġurisdizzjoni li jiddeċiedu dwar il-kompatibbiltà ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istat mitluba minn Lucchini mas-suq komuni u l-ebda waħda minn dawn il-qrati ma setgħet tinvalida d-Deċiżjoni 90/555 li ddikjarat din l-għajnuna inkompatibbli ma' l-imsemmi suq.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu wkoll jiġi kkonstatat li s-sentenza tal-Corte d'appello ta' Ruma, li tagħha <HT TYPE="ITALIC">r-res judicata</HT> hija invokata, u wisq iktar id-deċiżjoni tat-Tribunale civile e penali ta' Ruma, ma jiddeċiedu espressament fuq il-kompatibbiltà ta' l-għajnuna mill-Istat mitluba minn Lucchini mad-dritt Komunitarju jew fuq il-validità tad-Deċiżjoni 90/555.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Skond il-qorti nazzjonali, l-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan jipprekludi mhux biss il-ftuħ mill-ġdid, fit-tieni kawża, tal-motivi li kienu digà ġew espressament deċiżi<?PAGE NO="I-6248"?> definittivament, iżda wkoll li jiġu kkunsidrati kwistjonijiet li setgħu tqajmu fil-kuntest ta' kawża preċedenti u li ma tqajmux. Tali interpretazzjoni ta din id-dispożizzjoni, tista' b'mod partikolari jkollha l-konsegwenza li tattribwixxi lil sentenza mogħtija minn qorti nazzjonali, effetti li jaqbżu l-limiti tal-ġurisdizzjoni tal-qorti in kwistjoni kif jirriżultaw mid-dritt Komunitarju. Huwa ċar, kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, li l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, interpretata f'dan il-mod, ma tapplikax id-dritt Komunitarju f'dan il-każ u tagħmel impossibbli l-irkupru ta' għajnuna mogħtija mill-Istat li kienet magħmula bi ksur tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li huwa l-obbligu tal-qrati nazzjonali li jinterpretaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, safejn jistgħu, b'tali mod li l-applikazzjoni tagħhom tikkontribbwixxi għall-implementazzjoni tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-qorti nazzjonali li għandha l-obbligu li tapplika, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, ir-regoli tad-dritt Komunitarju, għandha l-obbligu li tassigura l-effett sħiħ ta' dawn ir-regoli u ma tapplikax, fejn huwa neċessarju, fuq awtorità tagħha stess, kull dispożizzjoni li tmur kontra l-leġiżlazzoni nazzjonali (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19780309">9 ta' Marzu 1978</DATE>, Simmenthal, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="106/77" YEAR="1978" PAGE.ECR="629">106/77, Ġabra p. 629, punti 21 sa 24</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="19790308">8 ta' Marzu 1979</DATE>, Salumificio di Cornuda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="130/78" YEAR="1979" PAGE.ECR="867">130/78, Ġabra p. 867, punti 23 sa 27</REF.DOC.ECR>; u tad-<DATE ISO="19900619">19 ta' Ġunju 1990</DATE>, Factortame <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-213/89" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-2433">C-213/89, Ġabra p. I-2433, punti 19 sa 21</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Kif ġie stabbilit ukoll fil-punt 52 ta' din is-sentenza, l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta' l-għajnuna mill-Istat jew ta' skema ta għajnuna mas-suq komuni taqa taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, li taġixxi taħt il-kontroll tal-qorti Komunitarja. Din ir-regola tinsab fis-sistema ġuridika interna bħala konsegwenza tal-prinċipju tas-supremazija tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6249"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni ta dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li għandha l-għan li tistabbilixxi l-prinċipju ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> bħal ma huwa l-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan, safejn l-applikazzjoni tagħha tostakola l-irkupru ta' għajnuna mogħtija mill-Istat bi ksur tad-dritt Komunitarju, u fejn l-imkompatibbiltà mas-suq komuni tkun ġiet ikkonstatata permezz ta deċiżjoni tal-Kummissjoni li saret definittiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviku, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq lispejjez. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjonijiet ta' l-osseervazzjonijiet lill-Qorti tal-Gustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li għandha l-għan li tistabbilixxi l-prinċipju ta' <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> bħal ma huwa l-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan, safejn l-applikazzjoni tagħha tostakola l-irkupru ta' għajnuna mogħtija mill-Istat bi ksur tad-dritt Komunitarju, u fejn l-imkompatibbiltà mas-suq komuni tkun ġiet ikkonstatata permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li saret definittiva,</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="I-6250"?></JUDGMENT>